Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw promozzjonijiet fl-Awtorità tad-Djar bejn Jannar 2017 u t-3 ta' Ġunju 2017? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawn il-promozzjonijiet xahar b'xahar u x'promozzjonijiet ingħataw f'kull każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tat l-ebda promozzjoni fil-perijodu msemmi.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra xi pjanijiet hemm għal postijiet addizzjonali f’residenzi tal-anzjani biex ikunu pprovduti mid-Dipartiment tal-Anzjani inkluż ir-residenza San Vinċenz għas-snin 2017, 2018, 2019 u 2020?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, hemm diversi pjanijiet għal postijiet addizzjonali f'residenzi tal-anzjani f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex.
Huwa ppjanat li dawn il-postijiet addizzjonali joffru servizzi varji innovattivi inkluż servizzi speċjalizzati fil-kura tad-dimensja.
Djar Residenzjali — Servizzi ta’ Psikjatra għal residenti b’diżabilità intelletwali u li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizz ta’ psikjatra għandhom residenti b’diżabilità intelletwali u li jbatu wkoll min-nuqqas ta’ saħħa mentali? Kemm hemm residenti f’Djar Residenzjali li għandhom dawn iż-żewġ diżabilitajiet? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ir-residenti għandhomx care plan bħalma hemm indikat fil-Liġi dwar is-Saħħa Mentali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport għandha 53 resident li għandhom diżabilità intellettwali jew problemi ta' saħħa mentali u li jagħmlu użu mis-servizz ta' psikjatra. Kull wieħed u waħda minn dawn ir-residenti għandhom Individual Support Plan jew pjan ta' kura.
Aġenzija Sapport — Servizzi lil persuni b’diżabilità meta l-ġenituri imutu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’servizzi ta’ sapport jagħtu l-Aġenzija Sapport għal dawk il-persuni b’diżabilità li l-ġenituri tagħhom ikunu mietu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, f'każ li persuna b'dizabilità imutulha l-ġenituri tagħha u jsir kuntatt mal-Aġenzija Sapport, il-ħaddiema soċjali tal-Aġenzija jevalwaw il-każ ikkonċernat u joffru l-għajnuna meħtieġa lill-familjari jew lill-persuna b'diżabilità skont il-bżonn tal-individwu u s-sitwazzjoni tal-familja.
Anke f'każi bħal dawn, l-Aġenzija Sapport tista' toffri servizzi residenzjali, servizzi fil-komunità, servizzi tal-
Independent Community Living
u kif ukoll dawk tal-
Personal Assistant
.
Servizzi fil-Komunità biex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità u min jieħu ħsiebhom
Question
Jista’ l-Ministru jindika fid-dettal is-servizzi kollha li jeżistu fil-komunità sabiex jiġu megħjuna persuni b’diżabilità u min jieħu ħsiebhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz fil-komunità eżistenti mmirati għal persuni b'diżabilità jikkonsistu f'li ġej:
1. Direct Payment - fejn jingħataw fondi sabiex familji li għandhom persuni b'diżabilità jkollhom servizz fid-dar għal ħinijiet qosra sa 12-il siegħa matul il-ġimgħa minn aġenziji privati li jassistu f'għajnuna ta' kura għal persuna b'diżabilità skont il-bżonn;
2. Community Services - fejn impjegati tal-Aġenzija Sapport jaħdmu mal-klijenti fil-komunità sabiex jgħinuhom biex ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar;
3. Independent Community Living (ICL) - fejn jingħataw fondi sabiex familji li għandhom persuni b'diżabilità jkun jista' jkollhom servizz kemm fid-dar u fil-komunità għal iktar minn 13-il siegħa, skont il-każ; u
4. Personal Assistance Fund (PAF) - sabiex persuni b'diżabilità bi bżonnijiet partikolari jkun jista' jkollhom persuna li tatihom is-servizz bħala live in carer u saħansitra jkun hemm iċ-ċans li jieħdu servizzi minn professjonisti oħra skont it-talba u l-fond mogħti.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 73 - MFCS - Direct Orders - Perijodu Mejju - Gunju 2017 2.xlsx
Stennija ta’ anzjani li jridu jidħlu fid-Djar tal-Anzjani
Question
Jistà l-Ministru jindika x'miżuri se jkompli jieħu fix-xhur u fis-snin li ġejjin biex tkompli tonqos il-lista ta' stennija għal dawk l-anzjani li jridu jidħlu fid-Djar tal-Anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fost il-miżuri li qegħdin nieħdu u ser inkomplu naħdmu fuqhom fix-xhur u s-snin li ġejjin, il-Ministeru flimkien mas-Segretarjat għad-Drittijiet ghall-Anzjani u Persuni b'Diżabilità u d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, ser ikompli jara li jissaħħaħ il-proċess ta' assesment u matching meta l-anzjan jiġi biex jidħol f'dar tal-anzjani, u dan sabiex niżguraw li jkun hemm użu aktar effettiv tas-sodod. Din il-ħidma qegħda ssir ma' sforzi oħra biex jissaħħu s-servizzi fil-komunità, bil-għan li kull persuna tingħata l-opportunità li tibqa' tgħix ġewwa darha kemm jista' jkun. Fl-aħħar nett qegħdin u ser inkomplu naħdmu biex jiżdied in-numru ta' sodod disponibbli għal dan is-settur.
Inċentiv għall-familji li jżommu l-anzjani fi djar tagħhom.
Question
Peress li huwa fatt magħruf li l-popolazzjoni Maltija aktar ma jmur, aktar qed tixjieħ, għandu ħsieb li l-Ministeru tiegħu jkompli jinċentiva aktar il-familji li jiddeċiedu li jżommu l-anzjani tagħhom fil-familji tagħhom, minflok ma jintbagħtu fid-Djar tal-Anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, l-Ministeru qiegħed jaħdem u għandu l-ħsieb li jkompli jaħdem biex jinċentiva aktar lill-familji biex iżommu lill-anzjani fil-familji tagħhom. Din il-ħidma qegħda tkun possibbli bis-saħħa tal-Istrateġija għall-Anzjanità Attiva, li l-Gvern ħadem fuqha fil-leġislatura li għaddiet u ser ikun qiegħed ikompli jara li jsegwi tul din il-leġislatura.
Persuni li jiddeċiedu li jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb l-anzjani — għajnuna mill-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jibbenefikaw mill-għajnuna li qed jagħti l-gvern lill-persuni li jiddeċiedu li jibqgħu d-dar u ma joħorġux jaħdmu biex jieħdu ħsieb anzjani fid-dar? Il-gvern għandu indikazzjoni li dan in-numru qed jiżdied minħabba ż-żieda fil-benefiċċji li qed jagħti l-gvern lil dawn il-persuni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li. bil-miżura tal-Bagit 2017, saret riforma fil-Pensjoni tal-Wens u li issa ġiet sostitwita bl-Allowance Miżjuda għall-Carers. Il-pagament żdied minn €105.30 għal €140 fil-ġimgħa.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, matul ix-xahar ta' Ġunju 2017, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħallas total ta' 272 benefiċjarju/a li minnhom kien hemm 69 beneficjarju/a li qabel kienu jieħdu l-Pensjoni tal-Wens. Dan ifisser li kien hemm żieda ta' 203-il każ ġdid bir-riforma li saret.
Il-proċess tal-evalwazzjoni medika tal-applikazzjonijiet kollha li daħlu għadu għaddej u għalhekk hu mistenni li ż-żieda imsemmija fl-ammont ta' benefiċjarji tkun akbar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-flejjes u lil kemm individwu tħallsu minn xi Dipartiment li jaqa’ taħtu bejn l-10 ta’ April 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017? Ta’ xiex, jew għalxiex, kienu l-flejjes imħallsa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku u jindika eżatt xi jrid ifisser meta qed jgħid kemm kienu l-flejjes.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — promozzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-1 ta' Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mogħtija din ir-risposta, kemm-il promotion ingħatat fi ħdan dan il-Ministeru u liema dipartimenti kienu involuti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – impiegi ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il-impieg ġdid inħoloq fid-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabilitá tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kienet in-nefqa tad-dipartimenti kollha f'daqqa għal dawn l-impiegi għall-istess perjodu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru permezz, Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru permezz, Segretarjat Parlamentari għal Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema li ħadu promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema, sija part-time u sija full-time, f’kull entità li għaliha huwa responsabbli, fl-1 ta’ Diċembru 2016, fl-1 ta’ Mejju 2017 u fit-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — impjegati ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista’ jagħti wkoll l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sa 8 ta' Mejju 2013?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant tingħata f'seduta oħra.