IFE, MFHEA, FES, SportMalta, EquestriMalta u AIMS — Pubblikazzjoni tar-rapporti ta’ ħidma
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi d-data/dati meta ġew ippubblikati u ppreżentati r-rapporti b'rabta mas-sena ta' ħidma 2023 tal-entitajiet segwenti:
i. Istitut għall-Edukazzjoni (IFE);
ii. Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA);
iii. Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES);
iv. SportMalta;
v. EquestriMalta u
vi. Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti (AIMS)?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-laqgħa tat-tiġrijiet li kellha ssir nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru 2024, fis-1.00 p.m. ġiet posposta għat-3.00 p.m. u aktar tard imħassra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Fid-dawl tal-fatt li tħassru numru ta' tiġrijiet li kellhom isiru nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi assigurat li l-korsa tal-Marsa qed tinżamm fi stat tajjeb mill-kuntrattur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex – Skola Sekondarja tal-Gvern – Għalliem tal-Ingliż
Question
Fid-dawl li l-Iskola Sekondarja tal-Gvern ġewwa Għawdex ilha ġimgħat sħaħ mingħar għalliem tal-Ingliż għall-istudenti tal-Year 11 (Form 5), jista’ l-Ministru jgħid meta dawn ser jingħataw għalliem?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-għalliem għas-suġġett imsemmi, fl-iskola msemmija ntbgħat sabiex jibda' bis-servizz tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23149 u jgħid jekk ġaladarba saru l-applikazzjonijiet uffiċjali tal-Malta Further and Higher Education (MFHEA) biex l-awtorità tingħaqad mal-entitajiet internazzjonali European Network for Quality Assurance in Higher Education (ENQA) u European Quality Assurance Register for Higher Education (EQAR) meta dawn saru? Jekk dan sar, tista' l-awtorità tal-MFHEA tgħid jekk Malta ġietx aċċettata bħala membru? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi forma ta' risposta minn dawn l-entitajiet u jekk dan huwa fil-pozittiv, x'tip ta' risposta hemm?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni formali biex l-MFHEA issir membru sħiħ tal-ENQA saret fiT-13 ta’ Frar tal-2023 filwaqt li l-applikazzjoni biex Malta tissieħeb fl-EQAR saret fl-14 ta’ April tal-2023.
Infurmat li d-deċizjoni tal-ENQA ma titħabbarx qabel il-proċess tal-EQAR ikun magħluq kompletament. L-EQAR jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-istess rapport li tkun ħejjiet l-ENQA imma d-deċizjonijiet tagħhom huma ndipendenti minn xulxin.
Infurmat ukoll li għalkemm l-MFHEA ma weħlet mill-ebda standard meta l-EQAR għamlet evalwazzjoni tar-rapport imħejji minn-ENQA, l-EQAR iddeċidiet li ma daħħalx lill-MFHEA fir-reġistru. L-MFHEA qiegħdha fi stadju li tappella din id-deċiżjoni.
Santa Luċija — Parkeġġ biswit il-ground tal-futbol
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22041, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-risposta li ntbagħtet għall-ittra uffiċjali li ġiet ipprovduta fl-istess tweġiba?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokument qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21991, 22835 u 23126 u jgħid kemm-il student hu intitolat għal LSE iżda għad ma għandux dan is-servizz preżenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li dan il-proċess jirrikejdi ingaġġ ta’ LSEs skont il-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f'safar mill-uffiċjali ta' EquestriMalta, minn Ġunju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li l-entita msemmija nefqet €9,800 fi spejjeż fuq safar uffiċjali matul dawn l-aħħar 16-il xahar.
In-Naxxar — Kulleġġ Maria Reġina - Middle School – Postijiet ta’ parkeġġ għal persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi n-numru ta' postijiet ta' parkeġġ għal persuni b'diżabilità fl-Iskola tan-Naxxar Middle School, li mhumiex parkeġġi riservati iżda postijiet ta' parkeġġ uffiċjali, miżbugħin apposta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija hemm 3 postijiet ta’ parkeġġ għal persuni b’diżabilità.
Università ta’ Malta — Korsijiet bi stipendju addizzjonali - Admissions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm admissions fil-korsijiet tal-Università ta’ Malta li fl-aħħar ħames snin kellhom stipendju addizzjonali (prescribed courses)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti statistika grafika ta’ studenti li ggradwaw mill-Università ta’ Malta mill-1986 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li n-numru ta’ gradwati għas-sena 2024 mhuwiex finali peress li hemm studenti li ser jiggradwaw f’Novembru u f’Marzu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-lingwi preferuti magħżula mill-istudenti fl-iskejjel sekondarji, maqsuma f’numri u persentaġġi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-lingwi preferuti fl-iskejjel sekondarji huma;
Lingwa
Numru ta’ studenti
Persentaġġ
Taljan
1,281
54.72%
Spanjol
506
21.61%
Franċiż
330
14.10%
Ġermaniż
194
8.29%
Għarbi
27
1.15%
Ċiniż
3
0.13%
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel pubbliċi f’Malta u Għawdex?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li b'kollox haw 110 skejjel tal-Istat madwar Malta u Għawdex li dawn jinkludu 100 skola publika, 6 learning support centres u 4 skejjel speċjalizzati.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19886 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk il-Gvern hux qed iħallas lill-għalliema Maltin u barranin tal-Iskola Medika Barts? Jekk le, jista' jgħid min qed iħallas lil dawn l-għalliema?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskola msemijja hi skola privata.