Pulizija jservu open centres ta' immigranti irregolari
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pulizija jinsab preżentament iservi fl-open centres u postijiet oħra ta' detenzjoni/sorveljanza ta' immigranti irregolari?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 26 membru tal-Korp tal-Puluzija stazzjonati fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ġewwa ta' Kandja. Hemm ukoll numru ta' membri tal-Korp li jkunu extra duty f'ċertu ħinijiet tal-ġurnata fid-diversi Ċentri Miftuħa.
Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ qed jingħata lill-pulizija fuq l-influwenza H1N1, kemm bħala protezzjoni għalihom infushom waqt il-qadi ta' dmirijiethom, kif ukoll bħala tweġiba għal sejħiet nazzjonali li jista' jkun il-każ li jseħħu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kien tqassam leaflet maħruġ mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni ta’ Mard, lill-membri tal-Korp, dwar kif wieħed jista jipproteġi lilu nnifsu mill-influwenza Virus A (H1N1). Barra minn hekk, il-Korp tal-Pulizija pprepara pjan ta’ azzjoni dwar x’azzjoni għandha tittieħdet f’fażijiet differenti f’każ ta’ pandemija. Dan il-pjan jinkludi wkoll miżuri sabiex l-Awtoritajiet tas-Saħħa jissupplixxu lbies protettiv u mediċini lill-membri tal-Korp.
F’dan l-istadju mhux meħtieġ li l-membri tal-Korp tal-Pulizija, jieħdu xi prekawzjonijiet aktar minn dawk indikati lill-pubbliku in ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il shift tal-Pulizija ġie mibdul matul din is-sena kurrenti 2009 u f'liema sezzjonijiet seħħ dan? Kemm-il shift fadal biex jinbeda u meta hu mistenni li dan iseħħ? Ma' liema persuni u membri tal-Korp tal-Pulizija saret il-konsultazzjoni dwar dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena ġew mibdula ix-xiftijiet fit-Taqsima ta’ l-SAG, ix-xufiera tal-garage u senior staff, dawk li kien jaħdmu xift ta’ 24 on 24 off, ix-xifts fid-Dipartiment ta’ l-Investigazzjoni Kriminali, Taqsima ta’ l-ALE u t-Taqsima tat-Traffiku, b’tali mod li dawn il-membri ġew jaħdmu f’xiftijiet ta’ sigħat li ma jaqbżux is-46 siegħa fil-ġimgħa. Ma jidhirx li hemm aktar xiftijiet li għad iridu jkunu mibdula, sakemm l-eżiġenzi tas-servizz ma jkunux hekk jirrikjedu.
Korp tal-Pulizija — pulizija li telqu qabel ma temmew il-25 sena servizz
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm Pulizija telqu mill-Korp tal-Pulizija mill-1 ta' Jannar 2009 sal-aħħar ta' Ottubru 2009? Kif kienu maqsuma dawn fid-diversi gradi? Kemm minn dawn il-Pulizija telqu mingħajr ma kienu għalqu l-25 sena servizz?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Spetturi fil-Korp tal-Pulizija — numru ta' sigħat ta' xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa xogħol qed jagħmel kull spettur fil-Korp tal-Pulizija fil-ġimgħa? Kemm-il siegħa ta' disturbance allowance hu intitolat għaliha kull spettur? X'inhi r-rata ta' dan il-ħlas?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi Spetturi fil-Korp tal-Pulizija huma ntitolati sa €69.90 fix-xahar għall-disturbance allowancebħala kumpens għall-ħin li jaħdmu aktar mill-ħin normali tax-xogħol. Dawn jitħallsu skont is-sigħat żejda maħduma u jitħallsu b’dawn ir-rati:
10 – 15 siegħa - €46.60
15 – 20 siegħa - €58.25
aktar minn 20 siegħa - €69.90
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10535 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk min-naħa tal-Viset hux qed issir sorveljanza dwar volumi ta' mużika filgħaxijiet? Huwa ppjanat li fil-futur isiru xi concerts li ma jżommux mal-ħinijiet stabbiliti mil-Ligi? Għalkemm il-post huwa liċenzjat bħala multifunctional dan ma jfissirx li jistgħu jinkisru l-liġijiet.
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kull attivita' ta' din ix-xorta tirrikjedi li tkun koperta b'permess tal-Pulizija, għaldaqstant l-organizzaturi huma meħtieġa li japplikaw għall-permessi neċessarji. Il-Pulizija toħroġ dawn il-permessi skont ir-regolamenti u dawk il-kundizzjonijiet meħtieġa. Dan ma japplikax għal postijiet li huma diġa' liċenzjati biex jorganizzaw dawn it-tipi ta' attivitajiet.
Il-Pulizija dejjem tieħu l-passi neċessarji fejn jirriżulta li jkunu qed jinkissru l-liġijiet ta' pajjiżna.
għases f'Malta u f'Għawdex miftuħa 24 siegħa kuljum
Question
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' liema huma l-għases f'Malta u f'Għawdex li mhux dejjem ikunu miftuħa fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum? Jista' jagħti indikazzjoni dwar jekk hux qed jirriżulta li kien hemm żieda fir-reati kommessi f''dawn il-lokalitajiet?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Kif diġa kelli l-okkażjoni ninforma lill-Kamra illi l-Għasses tal-Pulizija priniċpali kollha, u ċioe’ dawk l-Għasses ikkunsidrati bħala Distrett jew Diviżjonijiet, jinżammu miftuħa l-ħin kollu, filwaqt li l-Għasses l-oħra jingħalqu meta l-preżenza tal-pulizija li jkun xogħol f’dik l-Għassa tkun meħtieġa x’imkien ieħor. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn Jannar u Ottubru tas-sena l-oħra ma' din is-sena kien hemm 7 lokalitjiet li l-Għassa ma’ kienetx miftuħa l-ħin kollu, fejn kien hemm żieda minima fir-reati rrapurtati. Inżid ukoll illi matul l-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, ir-rata ta’ delitti rrapurtati lill-Pulizija naqqset bi 12% fuq l-istess perijodu tas-sena l-oħra.
Persuni mtellgħin il-Qorti fuq atti illegali kontra l-annimali
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' persuni li ttellgħu l-Qorti akkużati b'atti illegali kontra l-annimali f'pajjiżna matul l-2008 u l-2009? Minn liema lokalitajiet kienu dawk li ttellgħu l-Qorti b'dawn l-akkużi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2008 kien hemm 8 persuni li ttellgħu il-Qorti mill-Pulizija fuq reati konnessi ma’ moħqrija ta’ annimali. Dawn kienu residenti Ħamrun (1) il-Mellieha (3) Rabat Għawdex (1) San Gwann (1) Għargħur (1) Valletta (1).
Infurmat ukoll illi matul sa l-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena tressqu 18 il-persuna. Dawn kienu residenti Qormi (4) Żurrieq (1) San Ġiljan (1) B’kara (2) Mellieħa (1) Birgu (1) San Pawl il-Baħar (3) Bidnija (1) Rabat (2) M’xlokk (1) Msida (1).
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' inċidenti tat-traffiku fatali li kellna fit-toroq tagħna matul l-2007, l-2008 u din is-sena? F'liema lokalitajiet seħħew dawn l-inċidenti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm hu preżentament in-nurmu ta' spetturi tal-pulizija li qed jaqdu diversi doveri li huma meħtieġa mill-ispetturi tal-pulizija biex il-korp ikun jista' jaqdi d-doveri tiegħu sewwa lejn il-bliet u rħula tagħna, kif ukoll ir-residenti tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 29 Spettur tal-Pulizija li huma assenjati xogħol direttament fid-diversi Għasses fl-ibliet u l-irħula. Ma' dawn, wieħed irid iżid ukoll 24 Spettur ieħor, li għalkemm huma stazzjonati fit-Taqsimiet tas-CID, Droga u Frodi, ukoll huma impenjati sabiex jissiltu l-kriminalità fl-ibliet u l-irħula tagħna. Ta min wieħed jgħid li hemm ukoll 2 Spetturi li hemm fit-Taqsima tat-Traffiku, li wkoll qed jagħmlu xogħol siewi ħafna fl-interess tal-kommunita' in ġenerali. Fl-aħħar mill-aħħar, l-Korp tal-Pulizija kollu, mill-kbir saż-żgħir qiegħed hemm sabiex iservi lill-kommunità u lill-pajjiżna, irrespettivament il-post fejn ikun qed iservi.
Jista' l-Ministru jagħti l-aħħar statistika dwar in-numru ta' immigranti li ddaħħlu Malta mill-1 ta' Jannar 2009 illegalment u safejn hu possibbli minn liema pajjiżi? X'inhu s-sess u l-etajiet ta' dawn l-immigranti illegali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ immigranti illegali li daħlu illegalment Malta mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena huwa ta’ 1475. Il-pajjiżi, li minnhom joriġinaw dawn il-persuni, l-etajiet u s-sess tagħhom huma kif jidher fuq it-tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn kienu 1232 irġiel, 3 minnhom tfal, u 243 nisa, 9 minnhom tfal.
kuntistabbli u surġent — kumpens għall-ħin żejjed fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa qed jaħdem effettivament fil-ġimgħa kull kuntistabbli u surġent, meta wieħed jinkludi wkoll il-ħin li jqatta' fl-Akkademja tal-Pulizija? Kif se jiġi kkumpensat kull shift għall-ħin żejjed li qed jagħmel, anke b'rispett lejn il-Work Directive tal-Unjoni Ewropea?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi kif ġew irranġati l-ħinijiet tax-xogħol tal-membri tal-Korp tal-Pulizija, kuntistabbli u surġent qiegħed effettivament jaħdem medja ta' 45.6 siegħa fil-ġimgħa. Dan inkluż l-attendenza fl-Akkademja tal-Pulizija żewġ nofs ta' nhari fix-xahar. Dan ifisser li għall-ewwel darba fl-istorja tal-Korp, il-membri qed jieħdu taħriġ b'mod regolari, kull xahar, mill-ħin tax-xogħol tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il crime inħareġ fl-aħħar għaxar xhur u ċioe mill-1 ta' Jannar 2009, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija talli kienu fil-vettura tas-servizz bla beritta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mill-ewwel ta' Jannar ta' din is-sena, kien hemm tliet membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew irrappurati talli kienu fil-vettura tas-servizz mingħajr beritta.
General Head Quarters tal-Pulizija — overtime lill-fizzjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Korp tal-Pulizija biex japprova sigħat f'overtime lill-fizzjali fil-General Head Quarters tal-Pulizija, u dan ma sarx ma' fizzjali fid-distrett, meta dawn ħafna minnhom jaqbżu sew l-ammont ta' disturbance allowance dovut?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi Spetturi, u mhux il-fizzjali kollha, li ma jaħdmux bix-xift imma jaħdmu office hours u għalhekk skont il-PSMC m’humiex intitolati għas-Sunday u Public holiday allowances, meta jkunu meħtiega li jaħdmu l-Ħdud, dawn jitħallsu bir-rata doppja għas-sigħat kollha li huma jkunu ħadmu. Dan il-ħlas isir bir-rata ta’ skala 10 skont il-PSMC. Minn naħa l-oħra il-fizzjali stazzjonati fid-Distretti jew f’Taqsimiet oħra bix-xift, jitħallsu s-Sunday u Public holiday allowances.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Membri tal-Pulizija jservu fit-Trade Section sabiex ilaħħqu max-xogħol ta' manutenzjoni tal-postijiet kollha okkupati mill-Pulizija, inkluż l-għases?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 12-il membru tal-Korp tal-Pulizija u 7 impjegati pajżana iservu fit-Trades Section sabiex jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni fil-postijiet użati mill-Korp. Infurmat ukoll li jkun hemm okkażjonijiet fejn membri oħra tal-Korp ikunu assenjati temporanjament sabiex jagħmlu dan it-tip ta' xogħol meta dan ikun meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hi stazzjonata fil-Prosecutional Unit tal-Pulizija fil-preżent? Kemm kien dan il-complement f'din it-taqsima f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena, sa mis-sena 2000? Kemm hemm persuni preżentament fil-Korp tal-Pulizja li qed isegwu kors tal-liġi fl-Università?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa ta' disturbance allowance huma intitolati għalihom l-ispetturi tal-Pulizija fix-xahar? Kemm hi r-rata tal-ħlas li jitħallsu l-ispetturi tal-Pulizija għal dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi Spetturi fil-Korp tal-Pulizija huma ntitolati sa €69.90 fix-xahar għall-disturbance allowance bħala kumpens għall-ħin li jaħdmu aktar mill-ħin normali tax-xogħol. Infurmat illi dawn jitħallsu skont is-siegħat żejda maħduma u jitħallsu b’dawn ir-rati:
minn 10 – 15 siegħa - €46.60
minn 16 – 20 siegħa - €58.25
aktar minn 20 siegħa - €69.90
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f'Malta u Għawdex li għandhom l-protezzjoni tal-pulizija 24 siegħa kull jum? Peress li digà staqsejt mistoqsija simili u l-Ministru ma jidhirx li fehem l-mistoqsija sejjer nerġa' nidikkjara b'mod ċar li m'inhiex interessat fuq minn għandu din l-għassa imma kemm hawn ċittadini li għandhom din l-għassa, u kemm tiġi tiswa kull ġimgħa lil pajjiż dan is-servizz li jingħata lil dawn iċ-ċittadini?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-preżent hawn 20 persuna/post li għandhom sorveljanza tal-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar is-sejbiet ta’ diesel tal-kuntrabandu? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont eżatt ta’diesel bil-kuntrabandu li nqabad?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi din l-investigazzjoni għadha mhix konkluża.
Każijiet ta' vjolenza domestika li tressqu quddiem il-Qorti
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9119, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba rigward il-vjolenza domestika issa li għaddew tliet xhur biex tinġabar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 9119, ninsab infurmat illi mill-każijiet ta' vjolenza domestika li ġew deċiżi matul l-2008, kien hemm 4 sentenzi ta' ordni ta' trażżin, 5 ta' protezzjoni, 1 ta' trattament. Infurmat ukoll illi ma kien hemm ebda każ fejn tali ordni ma ġietx obduta.