Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ San Ġwann inkluż il-Kappara u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’ San Ġwann/Il-Kappara jinkludu Triq il-Mensija , p/o Triq Wied Ghollieqa, Triq il-Gojjin, Triq ic-Cawsli, Triq iz-Żebbuġ, Triq Taż-Żwejt, Unnamed road between Triq Taz-Zwejt and Triq Sir Anthony Mamo (San Ġwann Industrial Estate), Triq Tal-Balal, Road works at Vjal ir-Rihan, San Gwann between Juniors roundabout and Bellavista roundabout, Triq G Despott, PO Triq Antonio Schemrbi, PO L-Orintologia, Triq San Frangisk , Triq is-Seqer saru b’investiment ta’ aktar minn €11 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tas-Swieqi inkluż il-Madliena u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fIs-Swieqi/Il-Madliena jinkludu Triq il-Giebja , p/o Triq il-Kejla , Triq it-Tiben, Triq tal-Franciz, Triq is-Sidra, Road works at Triq il-Markiz Scicluna, Triq it-Tomna, Triq ir-Ratal, Triq Buganvilla c/w Triq Habb il-Qamh, p/o Triq l-Iskwerra, Triq l-Ilqugh, Triq il-Ħemel, Triq is-Sirk, Triq bla Isem bejn Triq is-Slielem u Triq Zejni, Triq l-Ortensja, Triq Sant' Andrija, Triq il-Gizimin p/o, Triq Josef Kalleya saru b’investiment ta’ aktar minn €6 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta’ Ta' Xbiex u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Ta’ Xbiex jinkludu Triq Abbate Rigord, Triq L-Imradd saru b’investiment ta’ madwar €900,000. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Gżira u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fIl-Gżira jinkludu p/o Triq Luqa Briffa, p/o Triq Nazju Ellul, p/o Triq San Gorg, Triq Il-Gzira and Triq Sliema, proposed culvert along Triq Luqa Briffa and Triq San Gorg, Triq Manoel de Vilhena / p/o Triq Carlo Manche (Town Centre), Ix-Xatt ta' Tigne, Triq Sliema, Triq Moroni saru b’investiment ta’ aktar minn €4 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm xarabanks elettriċi fil-flotta Maltija sa issa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-flotta tal-karozzi tal-linja li jaħdmu għas-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda hemm erbgħa u tletin karrozza tal-linja li jaħdmu bl-elettriku.
Fid-dawl tal-miri ambjentali kemm tal-pajjiż kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mira ta’ 120 xarabank li jaħdmu bl-elettriku hux ser tintlaħaq sal-aħħar tal-2025 kif imwiegħed?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-mira ta’ 120 xarabank li jaħdmu bl-elettriku humiex apparti n-numru ta’ xarabanks elettriċi li diġà għandna fil-pajjiż?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23263 fl-intier tagħha, u jagħti l-ammont ta' enforcement officers ingaġġati fil-perjodu indikat, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant l-ingaġġament tal-Enforcement Officers dejjem isir skont il-ħtieġa u abbażi tas-sejħiet li jinħarġu perjodikament.
Għaldaqstant, nista’ nikkonfermalek li fl-2022 ġew ingaġġati 5 Enforcement Officers, fl-2023 ġie ngaġġat enforcement officer wieħed u sa Ottubru tal-2024 ġew ingaġġati 48 enforcement officer.
Raħal Ġdid — Triq is-Sultana - Xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23345 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22995, fejn ġie mwieġeb li ‘fit-triq imsemmija, l-ebda sistema ta’ rainwater run-off tal-bjut ma tqabdet mas-sistema tad-drenaġġ.’, u fid-dawl li ir-ritratti annessi juru li f’tal-inqas każ wieħed (minn diversi f'din it-triq) ir-rainwater run-off li qabel saru x-xogħlijiet fuq il-bankina kien jagħti għat-triq (kif mitlub bil-liġi); ġie mqabbad mas-sistema tad-drenaġġ mill-kuntrattur ingaġġat minn-Infrastructure Malta; jista’ allura l-Ministru jgħid x'azzjoni ser tittieħed dwar dawn il-konnessjonijiet illegali, u jara li x-xogħol jiġi spezzjonat sabiex ikun stabbilit kemm saru konnessjonijiet ta' dan it-tip mill-kuntrattur imqabbad?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-kuntrattur ingħata struzzjonijiet u bagħat rapport formali li jindika l-istat tax-xogħlijiet qabel skatta ix-xogħol meħtieġ, u kwalunkwe azzjoni meħuda. Il-ġimgħa li għaddiet, il-kuntrattur wettaq l-arranġamenti meħtieġa li permezz tagħhom il-pajp kellu jitnaqqas fid-daqs sabiex jinxtered l-ilma fil-livell tat-triq.
Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili — Pjan ta' Azzjoni
Question
Peress li l-Politika Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili, ippubblikata f'Jannar 2023, tgħid fir-raba' parti li l-Ministeru ma' entitajiet oħra se jistabbilixxi set ta' miżuri li se jiġu formulati fi Pjan ta' Azzjoni li kellu jkun pubblikat sal-aħħar ta' Diċembru 2023, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex pubblikat dan il-Pjan ta' Azzjoni u fejn wieħed jista' jsibu, u jekk ma ġiex pubblikat jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u meta jaħseb li dan se jiġri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru fi Triq il-Lewż, il-Gudja u kemm huwa previst li ser jiġu jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li f’parti minn Triq il-Lewż, Gudja qed isiru xogħlijiet ta’ bini mill-ġdid tat-triq. Ix-xogħlijiet jinkludi bdil tal-medda tad-drenaġġ, mains tal-ilma ġodda, house connections, bini mill-ġdid tal-bankini, parking bays tal-konkos, bini mill-ġdid tat-triq u asfalt.
Ix-xogħlijiet huma stmati li jiġu jiswew madwar €120,000 (VAT mhux inkluż).
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma x-xogħlijiet li qed isiru fit-tieni parti ta’ Triq San Anard, f’Ħal Tarxien u kemm ser jiġu jiswew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja it-tieni fażi tax-xogħlijiet fis-service road ta’ Triq San Anard. IM qegħda fil-proċess li jitqiegħed dranaġġ kompletatment ġdid li ser jikkumplimenta id-drenaġġ ġdid li tqiegħed f’tal Barrani. Il-house connections kollha tas-servizzi tal-ilma potabbli ser ikunu qegħdin isiru mill-ġdid, kif ukoll ser jitgħaddew pajpijiet għal Melita u GO. Il-bankini u central strip ser jinbidlu u ser nispiċċaw bl-iskavar u bini mill-ġdid tat-triq. Total ta’ investiment għal dan kollu jammonta għal €1,509,624.57 (VAT eskluż).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Electric Buses tal-Malta Public Transport fil-preżent ġewwa Għawdex li jintużaw għas-servizz tal-linja ġewwa Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent is-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda ġewwa Għawdex qiegħed jiġi servut permezz ta’ karozzi tal-linja diesel mgħammra b’magni Euro VI u allura jniġġsu anqas. Hemm ukoll sitt Electric Buses li qegħdin joperaw fuq is-servizz tal-Park and Ride li jopera bejn ix-Xewkija u l-Port ta’ l-Mġarr.
Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22506 u ċjoè: B’referenza għall-permess PA00680/22 maħruġ f’isem Transport Malta (TM), jista’ l-Ministru jgħid min qed jesegwixxi x-xogħol konness u min se jħallas għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm hu stmat li se jiswa dan ix-xogħol u għaliex TM qed tidher għal dawn ix-xogħlijiet li jinkludi restaurant li se jintuża minn individwi privati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispejjeż kollha relatati mal-applikazzjoni għall-Permess PA00680/22 huma mħallsa mill-Operatur u għaldaqstant jinkludu l-ispejjeż tal-arkitett u x-xogħlijiet kollha meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22507 u jgħid għaliex Transport Malta tat il-kunsens tagħha sabiex jibdew ix-xogħlijiet ta’ żvilupp fuq il-permess PA00680/22 f’isimha waqt li għadu taħt appell?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport ta’ Malta qed timxi mal-liġijiet viġġenti. Intant, nhar il-Ħamis 31 ta’ Ottubru, l-Environment and Planning Review Tribunal (EPRT) ċaħad l-appell u kkonferma l-permess maħruġ PA00680/22.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21887 u jgħid meta ser titranġa l-funtana li tinsab fil-parking tal-marina ġewwa l-Imsida?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li is-sejħa għal-offerti għal installazzjoni ta’ sistema ġdida li tinkludi pompa ġdida, bozoz ġodda u automatic dosing tal-klorin u aċidu ser toħroġ f’ Jannar 2025. Ix-xogħol mistenni li jibda fit-tieni kwart tas-sena 2025 u jispiċċa fit-tielet kwart ta’ l-istess sena.
Tas-Sliema — Kunsill Lokali - Talba għal residential parking
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22618, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu qattx kellu talba mill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema fuq residential parking?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li riċentament ma saret l-ebda talba bil-miktub għal Residential Parking mill-kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Il-Gudja — Triq Ħal Resqun - Parkeġġi pubbliċi okkupati minn karozzi tal-kiri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23125 u jara li jsir l-infurzar meħtieġ minn Transport Malta fuq abbuż minn operatur/i tal-karozzi tal-kiri li kkapparraw l-inħawi kollha ta' parkeġġi pubbliċi fi Triq Ħal Resqun, il-Gudja, faċċata tal-Malta International Airport, b'karozzi tal-kiri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sezzjoni tal-Infurzar diġà wettqet diversi spezzjonijiet u se tkompli ssegwi s-sitwazzjoni mill-qrib biex tiżgura li tittieħed kull azzjoni meħtieġa f’waqtha.