Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali — rapporti
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il post tax-xogħol ġie rrapportat lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali bejn Marzu 2008 u Mejju 2009 biex jittieħdu l-passi, peress li l-employer ma jkunx qed iħallas il-pagi lill-ħaddiema fil-ħin kif jixraq? Min huma dawn l-intrapriżi? X'passi ttieħdu mid-Dipartiment? X'kien ir-riżultat tal-azzjoni jew azzjonijiet li d-Dipartiment ikun ħa? Tħallsu dawn il-ħaddiema jew għadhom ma tħallsux u fil-każ kemm ilhom ma jitħallsu?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li minn Marzu 2008 sa nofs Mejju 2009, id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg investiga 38 kaz fejn gie allegat li l-pagi tal-haddiema li kienu ghadhom fl-impieg ma kienux thallsu fid-data li suppost tithallas il-paga.
Informat ukoll li minn dawn it-38 kaz, wara l-investigazzjonijiet necessarji, jirrizulta illi f’21 kaz, wara l-intervent tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg, ittiehdet azzjoni mill-principal biex in-tnaqqis relattiv gie rrangat, f’kaz minnhom irrizulta li ma kienx hemm xi tnaqqis fil-pagi minn-naha tal-principal, filwaqt illi 2 kazi tressqu l-Qorti. Il-5 kazi l-ohra qeghdin fil-process biex jintbaghtu l-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament huwiex proprjetà tal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, għaliex ilu madwar sentejn magħluq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant li l-fond li għalih qed issir referenza huwa tal-Gvern u l-kuntratt ta’ kirja ma’ l-inkwilini sar f’Marzu ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana li tilfulha ċ-ċekk tal-pensjoni, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara fiex waslet it-talba għall-Home Help ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara l-każ tas-Sinjur li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li spiċċa bil-pensjoni u għadu ma ħax risposta dwar sussidju tad-dawl u l-ilma?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jiġi rivedut il-każ tal-anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar talba għal servizz ta' għajnuna fid-dar li ġiet rifjutata?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari 6920 u cioè: kemm minn fost l-immigranti irregolari li ġew Malta fl-aħħar għaxar snin iħaddmu n-nies magħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jgħati iktar informazzjoni dwar il-persuni konċernati biex tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.
Peress li Salmetenol inhaler huwa out of stock, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8136 u 7886 u jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8139, 7392 u 7190 li oriġinarjment saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hemm persuni f'ċentri ta' detenzjoni bħalissa? Kemm minnhom ġew screened għal mard infettiv? Kemm minnhom instabu li kellhom xi waħda minn dawn il-mardiet u liema huma? X'inhi l-prevalenza ta' kull marda infettiva f'kull ċentru?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8165, 7710, 7387, 6983 u 6251 u jgħid kemm ġew diagnosed każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana (colon) matul l-2008? F'kemm-il każ minnhom sar screening tal-familjari tal-pazjent? Kemm-il konsulent mexa b'dan il-mod għaqli?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-informazzjoni fuq każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana matul is-sena 2008, għadha qed tinġabar.
Informat ukoll li matul is-sena 2007 kien hemm 189 każijiet ġodda ta' kanċer fil-musrana. Ma tinżammx informazzjoni dwar in-numru ta' familjari ta' pazjenti li jiġu offruti screeing, imma il-konsulenti tal-Mediċina u Kirurġija joffru dan l-screeing lill-familjari tal-pazjenti li huma diagnosed bil-kanċer fil-musrana u li huma taħt il-65 sena.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni lil din l-anzjana li qiegħda f'home għall-anzjani u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar kemm qed jaqtgħula mill-pensjoni għaliex dan l-aħħar żidulha l-ħlas ta' kull xahar?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura meta pazjenti li ma jistgħux joħorġu u ma jkunux rikoverati fl-Isptar Mater Dei ikollhom bżonn li jarahom speċjalista tal-Gvern? L-ispeċjalisti tal-Gvern għandhom xi allowance biex iżuru lil dawn il-morda li ma jkunux fl-Isptar Mater Dei jew jitħallsu għal kull vista li jagħmlu barra mill-isptar? F'każ li fl-affermativ, x'tip ta' allowance/ħlas jingħataw?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8103 u jgħid f'dawn l-aħħar ħames snin kemm mietu nies bil-kanċer, sena b'sena, kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll minn lokal lokal?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8144 u 7406 u jara l-każ ta' sinjura li applikat għal post ta' support worker li minkejja l-esperjenza li għandha ta' 25 sena ħidma qalulha li m'għandhiex il-kwalifiki biżżejjed biex tagħmel dan ix-xogħol. Jista' jara li dan il-każ jiġi investigat qabel jinfetħu proċeduri quddiem l-Ombudsman?
ċittadini ta' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea — reġistrati li jaħdmu Malta
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm, minn Mejju tal-2004 'l hawn ġew reġistrati li qed jaħdmu f'Malta ċittadini ta' pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea u f'liema settur ġew impjegati?
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol — spetturi impjegati
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar:
a) Kemm hemm persuni impjegati bħala spetturi mal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Siġurtà fuq il-Post tax-Xogħol biex jagħmlu spezzjonijiet fuq postijiet tax-xogħol?
b) Kemm-il spezzoni jagħmlu kuljum?
ċ) Jekk huwa possibbli, jista' jagħti rendikont (sommarju) ta' dak li rrapportaw dawk l-ispetturi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita timpjega 12 ’il-persuna li huma wkoll appuntati bħala Uffiċjali għas-Saħħa u s-Sigurta skont kif titlob il-liġi, u li bħala parti minn xogħolhom jagħmlu wkoll spezzjonijiet ta’ postijiet tax-xogħol. Skond il-policy tal-Awtorita, viżti f’postijiet tax-Xogħol isiru minn żewġ Uffiċjali f’daqqa, sakemm il-post tax-xogħol ma jkunx meqjus bħala high risk, ma tkunx teżisti l-probabbilta ta’ azzjoni ġudizzjarja, jew meta l-iskop tal-ispezzjoni jkun follow-up ta’ spezzjoni li tkun saret qabel.
Informat ukoll li saru 2,022 spezzjoni matul l-2008. Mhux possibbli li jingħata rendikont ta’ kemm isiru spezzjonijiet matul ġurnata, għaliex in-numru jvarja skond il-kumplessita tal-każ – spezzjoni tista tieħu siegħa, u allura jkunu jistgħu jsiru diversi spezzjonijiet matul ġurnata, iżda hemm postijiet li fihom spezzjoni iddum madwar tlett ijiem sħaħ jew iktar. Barra minn hekk, il-liġi prinċipali taħseb li jkun hemm f’kull post tax-xogħol, Rappreżentanti tal-Ħaddiema għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol, u l-Uffiċjali tal-Awtorita jistgħu jikkoordinaw l-azzjoni li tkun trid issir f’postijiet tax-xogħol differenti mingħajr il-ħtieġa li l-post ikun spezzjonat fiżikament mill-Uffiċjali, għalkemm dawn jirriżervaw id-dritt li jekk ikun hemm il-ħtieġa xorta jagħmlu spezzjoni. In-numru ta’ postijiet tax-xogħol li jkollhom problemi solvuti b’dan il-mod, u li huwa sostanzjali, ma jidħolx fl-istatistika dwar spezzjonijiet.
Ta’ min wieħed jifhem li l-liġijiet ta’ saħħa u sigurta f’pajjiżna llum huma kumplessi u vasti, u jikkonċernaw l-oqsma kollha tal-industrija, kategoriji differenti ta’ ħaddiema, u sitwazzjonijiet, perikli u riskji differenti. Jeżistu ħafna obbligi legali, li fil-maġġoranza tagħhom jappartjenu lil min iħaddem. Fid-dawl ta’ dan mhuwiex possibbli li jingħata rendikont ġenerali ta’ xi jkunu sabu l-Uffiċjali. Madanakollu, nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex iħares lejn ir-Rapporti ta’ Ħidma ta’ kull sena li ppreparat l-Awtorita, liema rapporti kienu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra, u li fihom rapporti dettaljati tal-kampanji ta’ spezzjonar li torganiżża kull tant żmien l-Awtorita.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema li qed jaħdmu full-time (a) b'kuntratt definit, u (b) b'kuntratt indefinit? Kemm minn kull grupp huma irġiel u kemm nisa? Kemm hemm minnhom li huma taħt it-30 sena?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed jingħad li l-Health Centre ta' Ħal Qormi se tkun magħluqa indefinittivament? Għaliex indefinittivament? Dan se joħloq inkonvenjent serju għal kulmin ikollu bżonn juża s-servizzi t'hemmhekk, b'mod partikolari għall-anzjani? X'se jsir fiċ-ċirkostanzi, b'attentat biex jingħelbu dawn l-inkonvenjenzi, partikolarment fit-tqassim ta' mediċini?
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' familja li għandha persuna b'diżabilità severa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar applikazzjoni Shared Ownership Scheme 3 mal-Awtorità tad-Djar?
Jista' jgħid kif meta l-Bord ta' l-Awtorità laqa' l-appell li kienet ressqet din il-familja u aċċetta l-applikazzjoni tagħha lejliet l-elezzjoni ġenerali (fit-3 ta' Marzu 2008) bil-miktub mingħand iċ-Chief Executive Officer, l-Awtorità tad-Djar wara ftit tal-ġimgħat irrevokat din id-deċiżjoni u rtirat l-allokazzjoni ta' post lil din il-familja?
Jaħseb li meta l-Awtorità allokat dan il-post vojt lil din il-familja u mbagħad ġiet imċaħħda minnu, din għaddiet minn tbatijiet psikoloġiċi?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li L-Awtorita’ tad-Djar ma tistax tipproċedi b’din l-applikazzjoni minħabba l-fatt li l-applikanta mhux konformi ma numru ta’ kundizzjonijiet. Skond il-kwalifiki meħtieġa biex wieħed jibbenefika taħt din l-iskema l-applikanti jridu ikunu ċittadini Maltin jew ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea. L-applikanta m’hix ċittadina Maltija jew ċittadina ta’ l-Unjoni Ewropea.
Waħda mill-kwalifiki meħtieġa biex wieħed jibbenefika taħt din l-iskema hija li l-applikant għandu jkun impjegat bi qliegħ sa’ mill-anqas sena qabel id-data tal-ħruġ ta’ din l-iskema. L-applikanta ma kinitx qegħda taħdem sena qabel il-pubblikazzjoni ta’ din l-iskema. Fi Frar 2008 l-Awtorita’ staqsiet għall-garanzija għax-xiri tal-proprjeta’. L-Awtorita’ ma ngħatatx din il-garanzija.
Informat ukoll li l-applikanta għadha de facto separata. Minħabba dawn ir-raġunijiet l-Awtorita’ ma tistax tkompli tipproċedi b’din l’applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies jaħdmu għal rashom
part-time
biss f’Malta u Għawdex separatament fl-aħħar ta’ kull sena mill-2000 sal-aħħar tal-2008?