Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 2020 sal-aħħar ta' Ottubru 2020 kemm kien in-numru totali ta' persuni f'impjieg full-time fl-aħħar ta' kull xahar u kemm kien in-numru totali ta' persuni f'impjieg part-time fl-aħħar ta' kull xahar? Kemm minn dawn kienu ċittadini Maltin u kemm kienu dawk li ma kellhomx ċittadinanza Maltija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni barranin u Maltin jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi full-time u part-time sal-aħħar ta’ Jannar 2020 (l-aħħar ċifra ppubblikata) huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
Jannar 2020
Barranin
Maltin
Total
Full-time
63,572
164,032
227,604
Part-time
5,675
28,838
34,513
Total
69,247
192,870
262,117
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17217 u jipprovdi lista ta' direct orders li ngħataw mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) inkluż ir-referenza għan-numru tal-kuntratt, in-natura tal-kuntratt u lil min ingħata, id-data li fih ingħata u d-data li l-kuntratt ġie approvat mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba d-domanda?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min jappunta l-Compliance Monitoring Committee fi ħdan il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU)? Min poġġa fuq dan il-kumitat fl-2019 u 2020? Min ipoġġi fuq dan il-kumitat, jirċievi dħul ieħor minbarra l-paga?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Compliance Monitoring Committee (CMC) huwa kumitat intern tal-FIAU u mhux xi entita separata.
Is-CMC twaqqaf permezz ta’ proċeduri interni f’Diċembru 2011 bi l-għan li jikkonsidra l-findings tas-supervizjoni li tkun saret fuq
subject persons
u r-
representations
li jkunu għamlu, jiddetermina jekk hemmx ksur ta’ obbligi kontra l-ħasil ta’ flus jew finanzjar tat-terrorizmu, u jiddeċiedi dwar liema mizuri amministrattivi, inkluzi penali, għandhom jiġu imposti mill-FIAU skont il-liġi fuq
subject persons.
Skont il-proċeduri interni l-membri li jpoġġu fuq is-CMC huma d-Direttur u d-Deputat Direttur tal-FIAU, Senior Officer (jew persuna li tokkupa kariga għolja), mill-Legal Affairs Section, u Senior Officer (jew persuna li tokkupa kariga għola), mill-Enforcement Section.
L-uffiċjali li jpoġġu fuq is-CMC huma impjegai tal-FIAU u ma jirċievu ebda dħul ieħor għajr il-paga tagħhom.
Jista' l-Ministru jinforma meta ltaqa’ l-Compliance Monitoring Committee tal-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) fl-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda? Min jiddetermina l-aġenda li jkollu quddiemu l-kumitat? Jittieħed vot fil-kumitat dwar deċiżjonijiet li jittieħdu? Jinżammu minuti tal-laqgħat u min jieħu l-minuti?Jista’ jgħid ukoll min jiskrutinja x-xogħol ta' dan il-kumitat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Enforcement Section tal-FIAU tieħu ħsieb issejjaħ il- laqgħat tas-CMC u tipprepara l-Agenda. Jinzammu minuti ta’ kull laqgħa fejn uffiċjal mill-Enforcement Section jieħu l-minuti. Id-deċizjonijiet tas-CMC jittieħdu b’konsensus u ħafna drabi bi qbil unanimu. F’kaz fejn ma jintlaħaqx konsensus id-deċi¿jonijiet jittieħdu b’vot li jkun jeħtieġ maġġoranza sempliċi.
Ix-xogħol tas-CMC jigi skrutinizzat b’mod regolari minn istituzzjonijiet internazzjonali bħal ma huma l-Kummissjoni Ewropea, il-
European Banking Authority
, l-
International Monetary Fund
u l-MONEYVAL.
Matul l-2020 (sat-18 ta’ Novembru) il-
Compliance Monitoring Committee
(CMC) iltaqa’ 28 darba fid-dati murija hawn taħt:
24/01/2020
04/03/2020
06/03/2020
12/03/2020
01/04/2020
15/04/2020
22/04/2020
21/05/2020
11/06/2020
18/06/2020
26/06/2020
30/06/2020
07/07/2020
15/07/2020
16/07/2020
21/07/2020
22/07/2020
28/07/2020
05/08/2020
12/08/2020
01/09/2020
15/09/2020
14/10/2020
23/10/2020
26/10/2020
30/10/2020
03/11/2020
10/11/2020
Jista' l-Ministru jgħid kif il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) tikkomunika d-deċiżjonijiet li jieħu (enforcement measures) lill-kumpaniji jew individwi milquta? Kif ġew ikkomunikati dawn id-deċiżjonijiet bejn l-2015 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jagħti break down xahar b’xahar ta' kemm-il deċiżjoni ġiet komunikata bil-fomm jew permezz ta' laqgħa mill-2015 sal-lum? Jista' jgħid liema deċiżjonijiet ġew mgħoddija lil mezzi tax-xandir permezz ta' e-mail mill-FIAU jew rappreżentanti tagħha u meta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-FIAU jikkomunika d-deċi¿jonijiet dwar enforcement lil subject persons bil-miktub (permezz ta’ email u posta reġistrata jew konsenja bl-idejn).
F’ċirkostanzi eċċezzjonali fejn il-komunikazzjoni bil-miktub ma tasalx, l-FIAU isejjaħ lis-
subject person
sabiex jattendi laqgħa fl-uffiċċji tal-FIAU u matul dik il-laqgħa tingħatalu personalment id-deċizjoni tal-FIAU bil-miktub.
Id-deċizjonijiet kollha dwar
enforcement
li ttieħdu mis-CMC kemm ilu mwaqqaf mill-2011 sal-lum dejjem ġew kominikati lil
subjcet persons
bil-miktub.
Il-penali li jimponi l-FIAU jiġu ppubblikati fuq il-
website
tal-FIAU skont l-artiklu 13C tal-
Prevention of Money Laundering Act
u skont il-
policies
u proċeduri dwar il-pubblikazzjoni ta’ penali stabbiliti mill-Bord (li qegħdin ukoll fuq il-
website
tal-FIAU).
L-FIAU qatt ma jinforma l-media dwar il-penali li jkunu ġew imposti u ppubblikati.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li kull branch tal-Bank of Valletta jistaqsu lill-klijenti li jkunu jridu joħorġu flus mill-bank mistoqsijiet personali; bħal għalfejn trid il-flus, x’se tagħmel bihom, minbarra l-battikata kbira li jagħtu lil kull klijent?
Response (CARUANA, CLYDE)
Il-BOV hija kumpanija privata u għalhekk m’għandix mezz kif inkun naf ir-risposta għad-domanda li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant.
Hemm ir-regolamenti dwar il-ħasil tal flus. Il-bank jitlob għal kull informazzjoni li jħoss li hu meħtieġ.