Legislature:
Category:
Reset
Active:

EquestriMalta u MRC — Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23155 u ċjoè: B'referenza għall-ftehim iffirmat ftit tal-jiem ilu bejn EquestriMalta u l-Malta Racing Club (MRC), jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha u dettaljata dwar inizjattivi, proposti u meta l-għotja li sejra tgħaddi mill-awtorità EquestriMalta lil MRC?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-għotja ta' dawn il-fondi ngħatat mal-iffirmar. · Dan il-ftehim ikopri spejjeż marbuta ma riżorsi umani fejn l-MRC ilha timpjega numru ta' ħaddiema part-timers marbuta mal-operat regolatorju tat-tiġrijiet. · L-għotja mistennija tkopri wkoll inizjattivi oħra marbuta ma' kundizzjonijiet aħjar lis-sewwieqa u ż-żwiemel li l-Malta Racing bdiet timplimenta xi wħud minnhom u se tintroduċi fil-bidu tas-sena d-dieħla. - Dawn jinkludu allowances tal-ġerrejja, miżuri tal-anti-doping, għajnuna medika, u sponsor għal parteċipazzjonijiet varji internazzjoni bil-għan li nsaħħu l-preżenza ta' Malta barra minn Malta, filwaqt li l-isportivi tagħna jkomplu jtejjbu l-livell tagħhom.

Tiġrijiet — Laqgħa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23163 u jgħid x'kienet ir-raġuni li l-laqgħa tat-tiġrijiet li kellha ssir nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru 2024, fis-1.00 p.m. ġiet posposta għat-3.00 p.m. u aktar tard imħassra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li fl-interess għas-sigurtà tas-sewwieqa u ż-żwiemel, it-tiġrijiet ġew ikanċellati wara ftehim bejn il-Malta Racing Club u l-Malta Equidrome.

Il-Korsa tal-Marsa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23164 u ċjoè: Fid-dawl tal-fatt li tħassru numru ta' tiġrijiet li kellhom isiru nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru 2024, jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi assigurat li l-korsa tal-Marsa qed tinżamm fi stat tajjeb mill-kuntrattur?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-kuntrattur ħa ħsieb li l-korsa terġa tiġi lura għan-normal.

Awtorità għall-Integrità fl-Isports — Impjegati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22516, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna msemmija f'din il-kariga hijiex "politically-restricted" skont Skeda A tad-Direttiva 5 tas-Servizz Pubbliku?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif intefqu l-fondi tal-Ministeru tiegħu fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll x’intefaq s’issa fl-2024 u kif se jintefqu l-kumplament tal-fondi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tkun iżjed speċifika fid-domanda tagħha.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Newtralità tal-karbonju - Tnaqqis fl-emmissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 22256.

MUT — Skola Guardian Angel - Direttivi

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22852 u 23127 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22521, dwar direttivi maħruġa mill-Malta Union of Teachers (MUT) fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-direttivi msemmija fl-istess tweġiba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m’għandix xi nżid mat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22521.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Awtoritajiet u korporazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru hemm żewġ awtoritajiet li huma l-Awtorita għall-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) u l-Awtorità ta' Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA). Fir-rigward tal-AIMS, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15880. Ic-Chairperson tal-bord huwa l-Imħallef Emeritus Antonio Mizzi u li jiġi remunerat skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u remunerazzjoni tal-bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern. Fir-rigward tal-MFHEA, ic-Chairperson tal-bord huwa Dr. Edward Woods u jiġi wkoll remunerat skont il-Manwal tal-kategorizzazzjoni, klassifikazzjoni u remunerazzjoni tal-bordijiet u kumitati maħtura mill-Gvern.

Ilmenti dwar entità

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22992 jista’ l-Ministru jgħid f'liema jum u xahar daħlu dawn l-ilmenti dwar l-entità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u kif ġew investigati? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) kkonsultatx entitajiet u awtoritajiet oħra fl-investigazzjoni tagħha u liema kienu dawn l-entitajiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-MFHEA tinvestiga kull każ skont il-merti distinti tiegħu. Infurmat li l-ilmenti kollha saru matul din is-sena.

MCAST — Bachelors of Science Honours in Nursing Studies - Ħlas għall-placements

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellhom jitħallsu u kemm fil-fatt tħallsu għall-placement l-istudenti tal-MCAST li qed isegwu l-kors Bachelors of Science Honours in Nursing Studies għall-perjodu bejn it-22 ta' April 2024 u l-31 ta' Lulju 2024? Jista' jippreżenta din l-informazzjoni għal kull Year Group li fiha l-istudenti jagħmlu placement?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-ewwel pagament lill-istudenti li qed isegwu l-kors imsemmi diġa ntbgħat. Infurmat ukoll li se jkunu qed jitħallsu tas-siegħat kollha li ħadmu bejn it-22 ta’ April u l-31 ta’ Lulju 2024.

MCAST — Bachelors of Science Honours in Nursing Studies - Ħlasijiet għall-placements

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-payslip għall-ħlasijiet għall-placements li saru mill-perjodu bejn it-22 ta' April 2024 u l-31 ta' Lulju 2024 mill-istudenti tal-MCAST li qed isegwu Bachelors of Science Honours in Nursing Studies ingħatatx? Jekk le, għaliex ma ngħatatx u meta ser tkun qed tingħata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Skolasajf — Klassijiet - Arja kkundizzjonata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn klassijiet b’arja kkundizzjonata li jintużaw għal Skolasajf? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn klassijiet bla arja kkundizzjonata li jintużaw għal Skolasajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21280.

Child care centres — AEDs u Pediatric First Aid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Child Care Centres f’Malta? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom m’għandhomx Automated External Defibrillator (AEDs) u kemm minnhom m’għandhomx first aiders tat-tfal (pediatric first aid)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li preżentament hemm 194 ċentru madwar Malta u Għawdex. Kull min jaħdem mat-tfal fiċ-ċentri għandu jkollu ċertifikat validu fl-Ewwel Għajnuna Pedjatrika. Id-DQSE jgħamlu external review sabiex jiżguraw li dawn iċ-ċertifikati huma validi.

Skola Medika Barts – Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19887 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid kemm hemm għalliema Maltin u barranin fl-Iskola Medika Barts?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21601.

Skola Medika Barts – Nazzjonalitajiet tal-għalliema u l-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19888 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid x'nazzjonalitajiet għandhom l-għalliema u l-istudenti tal-Iskola Medika Barts?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 21601.

Skola Medika Barts — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19889 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u jgħid jekk l-għalliema tal-Iskola Medika Barts intgħażlux b'call jew b’tender? Jekk b’call meta ġiet ippubblikata u jekk b’tender meta ġiet ippubblikata?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21601.

Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti — Rapport ta’ Ħidma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tal-Awtorità għall-Integrità fl-Isport Malti (AIMS) għas-sena 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li r-rapport imsemmi qiegħed fl-istadji finali tiegħu sabiex jiġi ppublikat.