Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li l-istess Ministeru tiegħu ħareġ tender fl-1 ta' Ġunju 2020 'MGOZ/MPU/T 47/2020 Subject PROVISION OF PROJECT MANAGEMENT, BUILDING INFORMATION MODELLING MANAGEMENT, STRUCTURAL CERTIFICATIONS AND FAÇADE ENGINEERING SERVICES' u nħarġet permezz ta' accelerated opening u ġie ppubblikat fil-website tal-Ministeru għal Għawdex u fil-website www.etenders.gov.mt li din it-tender ġiet awarded fit-12 ta' Ġunju 2020 iżda imbagħad xi ġimgħat wara din it-tender ġiet ikkanċellata?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-offerti ġiet ikkanċellata b'konformità mal-artikolu 18.3 tar-regoli ġenerali li jirregolaw is-sejhiet l-offerti. Sadanittant, saru l-arrangamenti mehtiega bis-servizzi ser/qed jigu pprovduti minn uffiċjali fi ħdan il-Ministeru li ġew ingaġġati dan l-aħħar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-proġett ta’ SME Hub li hu ppjanat li jsir mill-Ministeru għal Għawdex ġewwa x-Xewkija? Jista' jgħid fiex wasal dan il-proġett? Meta hu mistenni li jitlesta u kemm-il SME ser ikun jistgħu joperaw fih meta jkun lest?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett mistenni jibda hekk kif joħroġ l-permess mill-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Nadur Għawdex – Triq il-Madonna ta’ Fatima — xogħlijiet
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li saru ftit tax-xhur ilu mill-Ministeru għal Għawdex fuq parti minn Triq il-Madonna ta' Fatima ġewwa n-Nadur Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar u jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din il-parti tat-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista’ jgħid jekk sarux quality control tests u jekk iva minn min saru, meta saru u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk sarux quantity surveyor reports fuq ix-xogħol li sar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Perit inkarigat mix-xogħol hu perit tal-Ministeru għal Għawdex. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Karma kopja taċ-ċertifikati li saru.
Attachments:PQ 17319 - Nadur Għawdex – Triq il-Madonna ta’ Fatima - xogħlijiet.pdf
Ir-Rabat — Triq Sannat – perit inkarigat mix-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15462 u jgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tiegħu fuq parti minn Triq Sannat bejn ir-Rabat u s-Sannat, Għawdex? Jista' jpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq din it-triq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Jista' jgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq din it-triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Jista' jgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Jista' jpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet jista' jagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema fiċ-Ċivil li ngħataw il-promozzjoni ta' Heavy Plant Driver u ta' Motor Transport Driver għal mal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?? Jista’ jgħid fil-ġimgħat li ġejjin kemm hemm ippjanati skont il-Capacity Building li jingħataw promozzjonijiet ta’ Heavy Plant Driver u ta' Motor Transport Driver mal-Ministeru għal Għawdex lil ħaddiema li jaħdmu mas-Servizz Pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum ingħataw żewġ promozzjonijiet wara sejħa għall-applikazzjonijiet. L-ewwel waħda kienet f’Ottubru tas-sena 2015, fejn ġie appuntat Motor Transport Driver u l-oħra fis-sena 2019, fejn ġie appuntant Heavy Plant Driver.
Fl-HR Plan ta’ din is-sena hemm approvati 7 Motor Transport Drivers u 23 Heavy Plant Drivers. Ir-riżultat għas-sejħa għall-applikazzjonijiet ta’ Motor Transport Drivers kien ippublikat fid-19 ta’ Novembru 2020.
Il-Qala – Triq il-Wardija – Xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol infrastrutturali fuq Triq il-Wardija fil-Qala peress li r-residenti ta’ din it-triq ilhom diversi ġimgħat ibatu minn inkonvenjent kbir peress li t-triq hija nofsha maqlugħa? Jista’ jgħid jekk is-sistema tad-drenaġġ f'din it-triq hux ser tinbidel u ssir mill-ġdid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol infrastrutturali ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Bħalissa qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Water Services sabiex tinbidel is-sistema tad-drenaġġ li ma nbidlet qatt min meta ġie mgħoddi s-servizz.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14244 fl-intier tagħha u jgħid fejn tinsab bħalissa l-funtana li kien hemm ġewwa Pjazza San Franġisk u jgħid fejn hemm il-ħsieb li titpoġġa l-istess funtana issa li tneħħiet minn Pjazza San Franġisk? Meta mistennija tkun fil-post ġdid tagħha din il-funtana?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 14244.
Proġett ta’ Riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intużaw metri kubi ta' concrete ready-mix, kif ukoll min kejjel (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u xi grad ta' ready-mix hu, fil-Proġett ta’ Riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat Għawdex? Jista' jgħid kemm-il test sar, min għamel dawn it-testijiet (jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra isem, kunjom u grad tal-individwu/individwi) u fiex kienu jikkonsistu dawn it-testijiet min-naħa tal-Ministeru għal Għawdex s'issa u f’liema ġurnata, ħin tal-ġurnata u xahar saru u x'kien l-eżitu ta’ dawn it-testijiet kif ukoll jgħid ġewwa liema laboratorji saru dawn it-testijiet u jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ntużaw 1420m3 ta’ concrete fi Pjazza San Franġisk, C20 u C25. Ix-xogħol qed jiġi mkejjel mil-Perit tal-Ministeru għal Għawdex. Intant qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tat-testijiet.
Attachments:PQ 17273 - Proġett ta’ Riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Franġisk.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati tal-kumpanija Gozo Channel u kemm ikkuntrattat impjegati minn kuntratturi esterni fis-snin 2017, 2018 u 2019?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol taż-żebgħa tal-ħadid fil-Bajja tal-Qbajjar, Għawdex, meta beda dan ix-xogħol, kemm hemm ħaddiema fuq dan ix-xogħol u kemm ser jiswa dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol mistenni jitlesta f’dawn il-jiem li ġejjin. Hemm ħaddiem tal-Gvern li qiegħed jagħmel dan ix-xogħol u l-ispejjeż marbuta maż-żebgħa jlaħħqu madwar €164.40 (Vat eskluż).
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16824, jista' l-Ministru jikkonferma li 7 persuni li jaħdmu mas-settur pubbliku biss applikaw għat-teleworking f'Għawdex għal perjodu msemmi?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li talbet informazzjoni dwar is-settur pubbliku, igifieri dak li jirrigwardja l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru, nikkonferma li kien hemm sebgħa talbiet għal telework fil-kumpanija Gozo Channel (Holdings) Ltd.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-Mistoqsija Parlamentari 15598 kollha kemm hi u jgħid kemm-il ftehim għandu l-Ministeru għal Għawdex mal-Kurja ta' Għawdex u oħrajn ġodda li kien hemm f'dawn l-aħħar xhur? Jista' jgħid xi jkopri kull ftehim? Jista' jgħid kemm hu l-ħlas totali li sar s’issa fuq kull ftehim? Jista' jpoġġi kopja ta' kull ftehim li hemm bejn il-Gvern u l-Kurja ta' Għawdex fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 15598.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar s'issa u x'jonqos isir fuq kull kors, skema u proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020? Jista' jagħti t-timeframes bid-data sa meta għandu jitlesta x-xogħol li jonqos isir? Kemm kienet l-istima oriġinali u kemm hija mistennija li tkun l-ispiża issa? Fejn hemm differenza bejn l-istima oriġinali u dik riveduta, x'inhi r-raġuni għad-differenza?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2014-2020 illi huma preżentement għaddejjin u għadhom ma tlestewx huma dawk skont it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed nelenka ukoll ir-raġunijiet għad-differenzi bejn l-istima oriġinali u dik riveduta, fejn hu l-każ.
Kuntratti għall-asfaltar ta’ toroq residenzjali u toroq arterjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti ngħataw mit-8 ta' Marzu 2013 sat-3 ta' Ġunju 2017 għall-asfaltar ta' toroq residenzjali u toroq arterjali? Min ħadhom u kemm hu l-valur ta' kull kuntratt? Kien hemm xi varjazzjoni fil-prezz tal-kuntratt wara li beda x-xogħol? Jekk kien hemm, x'inhu l-valur il-ġdid? Xi ħlasijiet saru fuq kull triq? Fadal xi kontijiet pendenti? Jista’ jgħid għal kull kuntratt jew direct order sarux quantity surveyor reports jew quality control tests u jekk iva jpoġġihom kollha fuq il-Mejda tal-Kamra, kif ukoll f' kull każ jgħid min kien il-perit li ċċertifika x-xogħol li sar fit-toroq residenzjali u arterjali?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar tmien snin saru numru rekord ta’ toroq f’Għawdex, dan għal kuntrarju ta’ li sar taħt amministrazzjoni preċedenti. Għalhekk din l-informazzjoni teħtieġ xogħol massiċċ u li tieħu enerġija u ħin siewi lill-uffiċjali ta’ dan il-Ministeru.
Għalhekk, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema Triq qed jirreferi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17173, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-kumpanija "Gozo Channel Co. Ltd." għas-sena 2018 li l-Ministru ddikjara li ġew sottomessi lir-Reġistratur tal-Kumpanija fl-20 ta' Lulju 2020 imma sal-lum, għadhom ma tpoġġewx fuq is-sit tal-istess Reġistratur?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-mistoqsija parlamentari numru 17173 kienet tirreferi għall-audit accounts tal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd u mhux tal-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd. Kopja tal-audit accounts tal-Gozo Channel (Operations) Ltd għas-sena 2018 tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 16768.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17173, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-kumpanija Gozo Channel Co. Ltd. għas-sena 2019 u għall-ewwel sitt xhur tal-2020?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 17173
Ministeru għal Għawdex – nefqa fuq reklamar u marketing
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 185, 8736, 10256, 11994, ngħarrfu li tlabt biex jinġabar il-bqija tat-tagħrif. Appena dan ikun disponibbli, inkun nista’ npoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-billboards li tpoġġew mill-Ministeru għal Għawdex xi xhur ilu ġewwa Triq iż-Żewwieq fil-Qala Għawdex u fil-parti ta' isfel ta' Triq l-Imġarr fin-Nadur, li ilha iktar min sentejn magħluqa, biex jirreklamaw xogħol li sar u li qed issir mill-Ministeru għal Għawdex għandhomx il-permessi meħtieġa tal-Awtorità tal-Ippjanar u entitajiet oħra kompetenti u jekk iva jpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn il-billboards qegħdin skont is-Subsidiary Legislation 552.28.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa s'issa taħt kull item of expenditure għal din is-sena sew kapitali kif ukoll rikorrenti tal-Ministeru tiegħu? Kemm hu l-ammont kommess għan-nefqa taħt kull item u li s'issa għadu ma tħallasx? Saru xi trasferimenti ta' fondi minn item għal ieħor u jekk iva kemm kien dan l-ammont?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.