Użu minn servizz ta’ xufier u karozza – termination package
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6887, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-termination package? Jista' jgħid minn min kien approvat, kif indikat, f’Diċembru 2019?
Response (ABELA, ROBERT)
Dettalji ta dak li qed tistaqsi dwaru, ingħataw fi tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 7134 tal-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kull kuntratt ta' konsulenza, servizz jew xort’oħra ta' remunerazzjoni li ngħataw mill-Ministeru jew minn xi entità li taqa' taħtu, lill-Eks Membri Parlamentari li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament bejn l-2018 u llum? Jista' f'kull każ jgħid b'liema proċedura ngħata l-kuntratt jew servizz, x'kienet ir-remunerazzjoni u x'kienu l-benefiċċji u perkaċċi marbuta miegħu?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — rapporti lill-pulizija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid f'dawn l-aħħar għaxar snin kemm-il rapport kriminali sar mill-Permanent Secretary mal-Pulizija fir-rigward tal-eżerċizzju tal-funzjoni tagħhom fil-Ministeru? Jista' jgħid ukoll dwar xiex sar ir-rapport u x'kien l-eżitu ta’ kull rapport rispettiv?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6744, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 6980 tal-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6745, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6981 tal-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6746, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6982 tal-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6747, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6983 tal-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6748, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6984 tal-Leġiżlatura XIV.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6749, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru?
Response (ABELA, ROBERT)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 6985 tal-Leġiżlatura XIV.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7134, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed jiswa lill-poplu Malti kull oġġett tas-severance package tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, kif approvat f’Diċembru 2019, kull sena, u x'inhi l-ispiża totali ta' dan is-severance package fuq bażi annwali?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Gvern tax garanzija għas-self li l-Bank of Valletta ta lis-soċjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u x’tip ta’ garanzija ta? Jista’ jqiegħed id-dokumenti relatati fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għalkemm nhar l-10 ta’ Awwissu 2022 intbagħtet email mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament f’isem il-gazzetta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ukoll, fejn din il-persuna għamlet referenza għal ittra li ntbagħtet fit-13 ta’ Ġunju 2022 bit-tema ‘Fond imniedi mill-Gvern biex jittafa l-piż ta’ żieda sostanzjali fil-prezz tal-karta’, ma kien hemm l-ebda tweġiba? Jista’ jagħti r-raġuni għal dan in-nuqqas?
Response (ABELA, ROBERT)
L-email li tagħmel referenza għaliha kienet fil-fatt twieġbet.
Għad-dettalji tal-iskema nirreferi għall-istqarrija tad-Dipartiment tal-Informazzjoni bin-numru PR220678 li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Nirreferi wkoll l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 2769,5864 u 6650.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ivverifikax jekk hux minnu li d-deċiżjonijiet dwar il-kuntratti lil Vitals/Steward ġew diskussi fil-Kabinett? Jista’ jgħid jekk dan iddiskutiehx mal-membri tal- Kabinett tiegħu li kienu jagħmlu parti mill-kabinett tal-Eks Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
L-Awditur Ġenerali diġà rrelata dwar dak mistoqsi fil-konklużjonijiet tar-rapporti tiegħu dwar is-suġġett.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk ivverifikax jekk is-side agreement tal-100 miljun Ewro kienx ġie diskuss fil-Kabinett? Jista’ jgħid jekk dan iddiskutiehx mal-membri tal-Kabinett tiegħu li kienu jagħmlu parti mill-kabinett tal-Eks Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, ROBERT)
Diġà weġibt pubblikament li l-ewwel darba li rajt dan il-kuntratt kien wara li ġie ffirmat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ jew tkellem mal-Eks Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara s-sentenza ‘Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni l-Avukat Dr Adrian Delia vs Onorevoli Prim Ministru ta’ Malta Dr Joseph Muscat et’ (Rikors Numru 133/2018 FDP), deċiża fl-24 ta’ Frar 2023, biex jiddiskutu l-istess sentenza u possibbli l-appell?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la ltqajt u lanqas tkellimt mal-Eks Prim Ministru biex niddiskutu s-sentenza u l-possibbli appell.
Passi fil-konfront ta’ uffiċjali misjuba responsabbli għal nuqqas ta' ħarsien tal-interess nazzjonali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara s-sentenza ‘Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni l-Avukat Dr Adrian Delia vs Onorevoli Prim Ministru ta’ Malta Dr Joseph Muscat et’ (Rikors Numru 133/2018 FDP), deċiża fl-24 ta’ Frar 2023, bediex jara min kienu l-uffiċjali kollha li l-Qorti sabet responsabbli għal nuqqas ta' ħarsien tal-interess nazzjonali? Jista’ jgħid x’passi biħsiebu jieħu fil-konfront tagħhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif jaf sew l-Onor. Interpellant is-sentenza għadha m’għaddietx inġudikat.
Persuni involuti fl-għoti ta’ kuntratti lil kumpaniji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hux qed jindaga biex jara hemmx persuni oħra involuti min-naħa tal-Gvern li kienu involuti fil-kuntratti mogħtija lil Vitals/Stewards u naqsu bil-kbir fl-obbligi u r-responsabbiltà tagħhom bi ħsara għall-poplu Malti?
Response (ABELA, ROBERT)
Il-Qorti esprimiet ruħha wara provi miġjuba quddiemha, fost oħrajn mill-istess interpellant, f’sentenza ta’ 136 faċċata li għadha m’għaddietx inġudikat.
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-laqgħat li attenda l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Berġa ta' Kastilja, bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma ltqajt ma’ Ram Tumuluri.
Laqgħat ma’ uffiċjali/rappreżentanti ta’ kumpaniji fil-Berġa ta’ Kastilja
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti elenku tal-laqgħat li attendew uffiċjali jew rappreżentanti ta' Vitals u/jew Steward Healthcare fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-Berġa ta' Kastilja, bejn l-2013 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Meta kienu dawn il-laqgħat u min kien preżenti għal kull laqgħa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jispjega lill-Kamra d-dettalji tas-severance package tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, x'sewa lill-poplu Malti s'issa u x'qed jiswa lill-poplu Malti kull sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċċji ta’ tmiem il-kariga ta’ eks Prim Ministru kienu introdotti bi skemi li jmorru lura bosta snin u li matul iż-żmien kienu wkoll emendati, kif spjegat fi tweġiba parlamentari 14827 tal-leġiżlatura XIII.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm ukoll ċirkostanza fejn it-terminal benefits, flimkien ma’ benefiċċji oħrajn, tħallsu fuq bażi personali. Pereżempju, l-Eks Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, is-Sur Richard Cachia Caruana, tħallas €179,931.34 bħala benefiċċju terminali, li ma kinux taxxabbli, flimkien ma’ €36,453.25 (li jkopru l-perjodu tan-notice bbażat fuq salarju ta’ tliet xhur) u €39,549.28 għal vacation leave mhux utilizzat, li jlaħħqu għal total ta’ €255,933.87. Dan wara li kien sfiduċjat mill-parlament.
Intant, is-severance package, approvat f’Diċembru tal-2019, huwa kif jidher hawn taħt.
- Karozza mħallsa u użu ta’ xufier;
- Passaport diplomatiku u faċilitajiet tal-protokol oħra;
- Faċilita tat-telefon fuq żewġ land lines u sistema tal-internet;
- Kompjuter jew laptop bi printer u scanner;
- Mobile phone, b’telefonati sa massimu ta’ €2,330 fis-sena;
- Kopja tal-Gazzetta tal-Gvern;
- Terminal benefit JEW Transitional allowance (Skont parametri prevalenti, f’dan il-każ it-terminal benefit kopra l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2008, meta ġie appuntat Kap tal-Oppożizzjoni, sal-aħħar ġurnata tiegħu bħala Prim Ministru fit-12 ta’ Jannar 2020);
- Is-servizz ta’ uffiċċjal pubbliku biex iservi ta’ assistent personali;
- L-użu ta’ uffiċċju (kif spjegat fi tweġiba parlamentari 2150 tal-Leġiżlatura XIV)
- L-użu tat-tieni karozza.