Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qasam tas-Saħħa Mentali – Nefqa kapitali/rikorrenti fis-snin 2018 u 2019

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa totali għas-servizzi tas-saħħa mentali fis-sena 2018 u s-sena l-oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għas-servizzi tas-saħħa mentali tas-sena 2018 kienet €45,726,321 filwaqt li tas-sena li għaddiet iġifieri tal-2019 kienet €49,076,301.

Ċentru ta’ Matul il-Jum (Żejtun) — spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jindika kemm kienet l-ispiża s-sena l-oħra (2019) fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żejtun? Kif intefqu dawn il-flus? Bħalissa kemm hemm klijenti bi problemi ta’ saħħa mentali li jattendu regolarment kull ġimgħa f’dan iċ-Ċentru? Minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-klijenti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża tal-2019 taċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żejtun kienet €47,329. In-numru ta’ persuni li attendew f’dan iċ-Ċentru fl-2019 kien ta’ 35. Dawn il-persuni ġejjin mill-lokalitajiet ta’ Birżebbuġia, Marsaskala, Marsaxlokk u ż-Żejtun.

Ministeru għas-Saħħa – użu ta’ trasport pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isptar Mater Dei diġa għandu skema fejn l-impjegati jistgħu jibbenefikaw għal sussidju jekk jagħmlu użu mit-Trasport Pubbliku. Bħala parti minn pjan wiesa sabiex jippromovi trasport alternattiv, Mater Dei qiegħed jistabbilixxi numru ta’ azzjonijiet bl-iskop li jħajjar l-impjegati jużaw trasport alternattiv. L-oġġettiv huwa li l-pjan ikun prattikabbli u konsistenti mal-ħtiġijiet operattivi tal-isptar. Id-Dipartiment tal-Kura Primarja għalkemm mhux uffiċjalment, minn dejjem inkoraġġixxa l-car pooling u l-użu tat-trasport pubbliku mal-ħaddiema tiegħu. Meta l-impjegati jattendu seminars, meetings eċċ dejjem ġew provduti trasport. Fejn kien possibbli ġew provduti spazji fiċ-ċentri tagħna għall-użu ta’ min jiġi għax-xogħol bir-rota. Nfakkar lill-Onor. Interpellant li preżentament sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-virus COVID-19, temporanjament id-Dipartiment tas-Saħħa mhux qiegħed jinkoraġġixxi l-użu tat-trasport tal-massa.

Sptar Ġenerali t’Għawdex

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex: a. kemm hemm ħaddiema direttament impjegati mal-gvern? b. kemm hemm kumpaniji privati li qed jagħtu servizz lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kemm iħaddmu kull waħda minnhom, x'tip ta' servizz jagħtu, u b’liema mod intgħażlu dawn il-kumpaniji privati biex joffru s-servizz lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u kemm ilhom joffru dan is-servizz? c. kemm hu n-numru ta' ħaddiema li ġew impjegati direttament mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u x'inhu l-grad tagħhom u f’liema sena ġew impjegati u kif intgħażlu dawn il-ħaddiema?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor.nterpellant li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex hemm 812 ħaddiema direttament impjegati mal-gvern. Rigward l-informazzjoni tal-kumpaniji privati li qed jagħtu servizz lill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, ma tistax tingħata peress li hija kummerċjalment sensittiva. In-numru ta’ ħaddiema li huma mpjegati mal-kumpanija msemmija separatament, sal-aħħar ta’ Frar ta’ din is-sena kien ta’ 302. Il-gradi ta’ dawn il-ħaddiema huma varji u bdew jiġu impjegati ħaddiema sa mill-2016.

Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Orthopaedic Unit – xogħol fuq bankina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12278 kollha kemm hi u jgħid jekk inħariġx il-Compliance (Completion) Certificate tal-binja l-ġdida ta' Orthopaedic Unit ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? U jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tal-Compliance (Completion) Certificate fuq il-Mejda tal-Lamra kif mitlub minnu.

Ċimiterju tal-Addolorata

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-entratura għaċ-Ċimiterju tal-Addolorata min-naħa tal-Marsa tkun aċċessibbli għal min irid iżur dan iċ-ċimiterju u juża l-entratura prinċipali? Jista’ jara li jittieħdu l-passi sabiex ikun hemm ħidma ta’ ndafa f’dan iċ-ċimiterju għaliex l-ilmenti dwar it-telqa qed jiżdiedu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li bħalissa għaddej xogħol minn Infrastruttura Malta ta’ bini ta’ fly-overs fil-parti ta’ quddiem taċ-ċimiterju, hemm aċċess minn naħa ta’ Santa Luċija.

Uniformijiet — iġjene

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk persuni li jaħdmu fl-isptarijiet eċċ, u li jaħdmu b’uniformi humiex iġenikament korretti li sabiex iżommu lura milli jdaħħlu magħhom xi kontaminazzjoni fuq il-post tax-xogħol tagħhom, għal dan iż-żmien ta’ biża’, jieqfu milli jmorru fuq ix-xogħol jew lura lejn id-dar bl-uniformi tax-xogħol tagħhom fl-isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istudji xjentifiċi juru li ma hemmx riskju għan-nies barra mill-isptar jekk xi professjonist tas-saħħa joħroġ mil-isptar bl-uniformi. Madanakollu d-dress policy tal-isptar tesiġi li l-impjegati kollha jiġu u jmorru lura d-dar bl-ilbies pajzan tagħhom.

Tnaqqis tat-tipjip — inizjattivi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inizjattivi ttieħdu matul din il-Leġiżlatura sabiex jitnaqqas it-tipjip speċjalment billi għoxrin fil-mija (20%) tal-adulti jpejjpu ta’ kuljum u li hija rata għolja mill-medja Ewropea?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi inizzjattivi sabiex il-pubbliku ikun imheġġeg biex iwaqqaf it-tipjip, fosthom hemm il-Quitline (8007 3333) li joffri pariri b’xejn fuq it-telefon u huwa rreklamat fuq kull pakkett tat-tabakk mibjugħ f’Malta; isiru ukoll kampanji edukattivi fejn tingħata informazzjoni lill-Pubbliku inġenerali permezz tat-televiżjoni, r-radju u l-midja soċjali; jingħataw ukoll sessjonijiet edukattivi u appoġġ għall-waqfien mit-tabakk fi gruppi anke saħansitra fil-postijiet tax-xogħol fuq talba tal-kumpanija; jingħata taħriġ u appoġġ lill-edukaturi sabiex ikunu jistaw jedukaw lit-tfal u ż-żgħażagħ dwar l-użu tat-tabakk; appoġġ għall-waqfien mit-tabakk huwa offrut ukoll għall-għalliema u studenti f'istituti ta 'edukazzjoni għolja; kif ukoll jingħata taħriġ dwar l-użu tat-tabakk lill-professjonisti tas-saħħa sabiex ikunu jistgħu jagħtu pariri u appoġġ lill-pazjenti tagħhom.

Ministeru għas-Saħħa — użu ta' karozzi jaħdmu bl-elettriku

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll l-entitajiet u d-dipartimenti li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħu ma jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku.

Imwiet Traġiċi

Question

Jista’ d-Deputat Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm persuni mietu traġikament is-sena l-oħra u x’kienet ir-raġuni tal-mewt tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni rikjesta minnu għadha qed tinġabar għalhekk għadha mhux disponibbli. Għadd ta 'ċertifikati tal-mewt għadhom proviżorji minħabba li għad trid tingħata l-informazzjoni tossikoloġika.

Diskussjonijiet mal-Italja dwar il-Coronavirus

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk ittieħdux miżuri konġunti jew ġewx diskussi dawn fid-dawl tat-tixrid tal-marda Coronavirus mal-pajjiż ġar tagħna l-Italja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13370 filwaqt li ninfurmah li d-diskussjonijiet għadhom u se jibqgħu għaddejjin.

Ministeru għas-Saħħa — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ma pprovda l-ebda tip ta’ konsulenza fil-Ministeru għas-Saħħa u/jew fl-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għas-Saħħa — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi minnu separatament, beda’ joffri s-servizzi tiegħu fl-isptar Monte Karmeli bħala External Auditor minn Novembru tal-2016 sal-aħħar ta’ Diċembru tal-2019. Dan il-kuntratt ingħata permezz ta’ sejħa għal-offerti u fil-żmien li ġej mistenni joħroġ it-tender relatat ma dan is-servizz.

Trapjanti tal-Organi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru trapjanti tal-organi fis-snin 2017, 2018, 2019 u 2020 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2017 saru 22 trapjant tal-kliewi u 18 il-trapjant tal-Cornea. Matul is-sena 2018 saru 18 il-trapjant tal-kliewi u 13 il-trapjant tal-Cornea. Matul l-2019 saru 16 il-trapjant tal-kliewi, 10 trapjanti tal-Cornea u trapjant tal-Qalb filwaqt li din is-sena saru 2 trapjanti tal-kliewi.

Qasam tas-saħħa mentali – flus minfuqa fuq servizzi fil-komunità u residenzjali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefqu flus fuq servizzi fil-komunità u kemm intefqu flus fuq servizzi residenzjali fil-qasam tas-saħħa mentali matul is-sena 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-nefqa totali għal servizzi fil-komunita’ fl-2019 kienet €9,668,190 li minnhom €4,479,014 intefqu fuq servizzi residenzjali fil-qasam tas-saħħa mentali.

Ministeru għas-Saħħa — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12651 u jgħid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm żewġ kuntratti li issa m’għadhomx fis-seħħ, wieħed ta’ position of trust on a part time basis u l-ieħor ta’ servizzi ta’ konsulenza.

Half way house — pazjenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12946, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien il-perjodu tal-inqas pazjent li dam fil-Half Way House u l-aktar pazjent li dam fl-istess post imsemmi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien li pazjent idum fil-Half way House ivarja skond il-bżonnijiet speċifiċi tal-individwu. L-inqas li dam pazjent fil-Halfway House kien ġurnata waħda.

Corona Virus – nies iċċekkjati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li l-passiġġieri li jidħlu Malta bdew jiġu ċċekjati għal COVID -19 (Corona Virus) 15-il ġurnata wara l-Italja? Jista’ jgħid għaliex passiġġier issuspettat li kellu dan il-virus ma n¿ammx l-isptar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-passiġġieri li qed jidħlu Malta qegħdin jagħddu minn screening point fejn hemm apparat li jidentifika persuni li għandhom id-deni. Dawk identifikati bid-deni jiġu evalwati u fejn hemm bżonn isiru testijiet oħra. Persuni suspettati li jistgħu jkunu pożittivi għall- virus jinżammu f’iżolament.

Ministeru għas-Saħħa — Rapporti ta' serqiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet li ġew rapportati lill-Pulizija li saru mill-Ministeru, dipartimenti, id-dekasteru u awtoritajiet oħra li jaqgħu taħtu kull sena matul l-2017, 2018 u 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija minnu ġew irrapportati 134 serqa lill-Pulizija, li kienu saru mill-entitajiet u d-dipartimenti li jagħmlu parti mid-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.

Antenni tal-5G — studji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarx xi studju f'Malta sabiex jkun investigat jekk is-sistema tal-antenni tal-5G jistgħux jikkaġunaw ħsara lill-bniedem? Jekk le, x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex jittieħdu s-salvagwardji neċessarji?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret review tal-letteratura li tinkludi l-valutazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija internazzjonali għar-riċerka dwar il-Kanċer (IARC). Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ġew ippreżentati fil-Kumitat Parlamentari tas-Saħħa f'Novembru 2019.