Għawdex — Nadur - Triq il-Qortin - sistema tad-drenaġġ
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31504, peress li fi Triq Qortin huma biss żewġ residenzi li qed jitbattlilhom id-drenaġġ b'xejn, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan mhux qed isir għar-residenzi kollha fi Triq Qortin u jgħid ukoll meta se jsir ix-xogħol biex ir-residenzi jiġu komunikati mas-sistema tad-drenaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-vacancy notice li kienet dehret, tal-managers li hemm preżentament fis-Sezzjoni tal-Corporate Services fil-Korporazzjoni Enemalta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' ċitazzjonijiet li l-Korporazzjoni Enemalta ħallset fuq karozzi (kemm hired/leased/owned) li kienu assenjati fl-uffiċċu taċ-Chief Executive Officer u f'dipartimenti oħra tal-korporazzjoni bejn l-20 ta' Novembru 2008 u s-17 ta' Novembru 2011? Jista' jikkonferma li hija l-prassi tal-istess korporazzjoni li l-impjegati jħallsu ċ-ċitazzjonijiet u s-soltu taħt l-ebda ċirkostanza ma titħallas ċitazzjoni mill-Korporazzjoni Enemalta, kif fil-fatt ġie kkonfermat meta riċentement ħarġet ċirkolari mid-dipartiment tal-Corporate Services?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevol Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn iċ-ċitazzjonijiet. Ninsab infurmat illi ftit tal-ġranet ilu, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta ħareġ struzzjonijiet lid-dipartiment tal-finanzi fil-korporazzjoni, u anke nħarġet ċirkolari mid-Dipartiment tal-Corporate Services li tfakkar lill-impjegati kollha li l-ebda ċitazzjoni m’hi se tithallas mill-korporazzjoni, u din tapplika għal kullħadd. Ninsab infurmat ukoll li l-Korporazzjoni se titlob li f’dawn il-każijiet kollha, l-uffiċċjali konċernati jħallsu l-ammont taċ-ċitazzjoni mħallsa mill-korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li l-kumpanija ARMS Ltd tinvestiga l-ilment ta’ familja ta’ tlieta min-nies b’tifel ta' 11-il sena, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed ikollhom kontijiet ikkalkulati b’mod eċċessiv fejn jidħol il-konsum tal-ilma minkejja li l-meter inbidlilhom madwar sena ilu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li qabel għall-kont tad-dawl u l-ilma kien iħallas €210 u issa rċieva kont ta' €2,002? Jista' xi ħadd mill-ħaddiema ta' ARMS Ltd jikkuntattjah?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 31082 u jara li jitmexxa każ ta' żewġ persuni li dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, li waħda minnhom hija Għawdxija li tikri post furnished u li issa għalqilha l-kuntratt? Peress li dawn għandhom post Marsaxlokk u applikaw għad-dawl u ilma jista' l-Ministru jara li dan is-servizz jingħatalhom mill-aktar fis biex ikunu jistgħu jidħlu fih?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għall-istallazzjoni tas-servizz tal-ilma mitlub għaddiet għand il-persuna nkarigata mix-xogħol sabiex jagħmel appuntament mal-klijenta fil-ġranet li ġejjin.
Peress li r residenti ta' Marsalforn in partikolari Qbajjar Road qed jilmentaw minħabba qtugħ ta' ilma, jista' l-Ministru jara li l-ħsara li hemm tiġi rimedjata?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-qtugħ, li kien ippjanat minn qabel kif ukoll imħabbar fil-media, kien meħtieġ minħabba bżonn ta’ manutenzjoni fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma ta’ Victoria. M’hemm l-ebda ħsara li qed tikkaġuna xi qtugħ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx żviluppi ġodda għal dak li jikkonċerna l-bini tas-Selmun Place Hotel? Jista' jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li ma ssirx ħsara lill-istess bini?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-proċess tal-bejgħ tal-lukanda Selmun għadu għaddej. Il-post huwa mgħasses b’servizz ta’ security sabiex jiġi assikurat li-l-lukanda ma tiġix vandalizzata jew żarmata.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandhiex applikazzjonijiet għall-istallazzjoni ta' servizzi tal-ilma li ilhom pendenti għal iktar minn sitt xhur? Jekk iva, f'liema lokalitajiet u x'inhuma r-raġunijiet għal dan id-dewmien?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Lotteries and Gaming Authority — salarji, kundizzjonijiet u benefiċċji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju u l-kundizzjonijiet, benefiċċji eċċ. taċ-Chief Executive Officer, tad-Direttur tal-Human Resources, tad-Direttur tal-iStrategy and Planning u tad-Direttur tal-Corporate tal-Lotteries and Gaming Authority?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jinħarġu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ta' koppja anzjana, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li ilhom ma jirċievu l-kontijiet xhur u minkejja li jċemplu l-ARMS Ltd jibqgħu bla risposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 30416, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bi tweġiba to date abbażi ta' dak li jirriżulta bħala dejn globali?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ — Żona tar-Remel - provista tal-elettriku three-phase
Question
Jista' l-Ministru jara li l-provista tal-elettriku fiż-żona magħrufa bħala Tar-Remel f’Ħaż-Żebbuġ u li tidher fuq is-site plan li d-dettalji dwarha qed jitnbagħtu separatament, titjieb u tiġi eleveta minn dik preżenti jiġifieri minn single phase għal three-phase?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret ma jirriżultax li fl-inħawi msemmija hemm bżonn li jgħaddi it-3 phase biex tissaħħah is-sistema tal-elettriku.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — post vakanti ta' chief security officer
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-rekwiżiti mitluba mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għal post vakanti ta' chief security officer u li ġie rreklamat mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ mingħajr talba għal rekwiżiti? X'inhuma l-kriterji tal-għażla? Kemm kien hemm persuni li applikaw? Kif sar ix-short listing? Fuq liema kriterji?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rreklamat il-post vakanti ta’ Head of Security skond ir-rekwiżiti li jidru hawn taħt;
“Applicants must be in possession of a degree related to security management or a related area, issued by the University of Malta or any other recognized institution. Candidates must also have at least five (5) years experience as Head of Security. Applicants having experience within the Police Force and/or in private investigation agencies shall be preferred.”
Il-Kriterji tal-għażla huma maqsuma bejn il-kwalifiki, esperjenza u adegwatezza għall-post vakanti
Kien hemm 37 applikazzjoni fejn 5 kienu eliġibli (2 minnhom barranin).
Ġew
short listed
3 applikazzjonijiet abbażi tal-kwalifiki mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema kategorija jew salary band tpoġġiet l-impjegata, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tal-Korporazzjoni Enemalta li riċentament ingħatat din il-ħatra?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-impjegata, li d-dettalji tagħha intbagħtu separatament, tpoġġiet fil-kategorija ta’ bejn €29,500 - €33,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern fuq riklamar relatat mal-Budget 2012 fuq il-gazzetti (jagħti breakdown gazzetta b’gazzetta), fuq it-televiżjoni (jagħti breakdown stazzjon bi stazzjon), fuq l-istazzjonijiet tar-radju (jagħti breakdown stazzjon bi stazzjon), fuq l-internet (jagħti breakdown website b’website) ? Jista' jgħid min ipproduċa dawn ir-riklami u kemm kien il-ħlas li rċieva għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid kif intgħażel min ipproduċa dawn ir-riklami?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-nefqa fuq id-disinn u l-produzzjoni ta’ din il-pubblikazzjoni kienet ta’ €3,717. L-iżpiża għall-istampar kienet ta’ €32,130, filwaqt li dak tal-pustaġġ kien €5,058.14.
Il-produzzjoni tal-pubblikazzjoni saret minn Lighthouse Communications. Il-kumpanija ntgħażlet abbażi ta’ expression of interest li ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 18353 tat-12 ta’ Diċembru 2008.
Ix-xogħol ta’ stampar sar mill-kumpanija Print It peress li l-istamperija tal-Gvern ma setgħetx tagħmel ix-xogħol fil-kwantitajiet u ż-żmien rikjest, filwaqt li d-distribuzzjoni fid-djar saret mill-Maltapost plc.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-gvern fuq pubblikazzjoni li ntbagħtet fid-djar f’Malta u Għawdex relatata mal-Budget 2012 ? Jista' jgħid min ipproduċa din il-pubblikazzjoni u kemm kien il-ħlas li rċieva għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid kif intgħażel min ipproduċa din il-pubblikazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31615.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-programm tal-Gvern Malti fl-isfond tal-Programmi Ewropej 2020? Kemm qed jikkalkula li pajjiżna jirċievi finanzjament bejn l-2013 u l-2020?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proċess ta’ negozjar tal-budget tal-Unjoni Ewropeja ser jibda fix-xhur li ġejjin u għaldaqstant mhux possibli li jingħataw estimi finanzjarji f’dan l-istadju.
Ħlas ta' income tax minn ħaddiema li jaħdmu l-Libja
Question
Peress li sas-sena 2011 ħaddiema Maltin li kienu jaħdmu fil-Libja kien jħallsu biss il-bolla (NI contribution) u kienu eżenti mill-ħlas ta' taxxa fuq il-qligħ peress li kienet titħallas fil-Libja u f'Malta xejn taħt id-double taxation agreement, jista' l-Ministru jispjega jekk minn din is-sena 2012 il-ħaddiema Maltin li jaħdmu l-Libja hux se jħallsu 15% (normal tax foreign on income anke f'Malta)?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi mis-sena ta’ stima 2012 (sena bażi 2011) daħal fis-seħħ trattat ġdid dwar ħelsien mit-taxxa doppja mal-Libja. It-trattat il-ġdid jimxi mal-mudell tal-OECD li fuqu huma bbażati t-trattati ta’ Malta u ta’ ħafna pajjiżi. Dan it-trattat issostitwixxa t-trattat preċedenti mal-Libja li kellu format differenti mill-bqija tat-trattati u li minħabba l-mod kif kien miktub kien jirriżulta li kien biss il-pajjiż fejn isir ix-xogħol li seta’ jintaxxa.
Skont it-trattat il-ġdid, u kif hemm fit-trattati li Malta għanda ma kull pajjiż ieħor, kemm il-pajjiż fejn qed isir ix-xogħol kif ukoll il-pajjiż tar-residenza għandhom dritt
prima facie
li jintaxxaw. Naturalment imbagħad jidħol fis-seħħ il-mekkaniżmu tad-
double tax relief
li jingħata fil-pajjiż tar-residenza. Għalhekk ma titħallasx taxxa doppja fuq l-istess income.
Ħaddiema Maltin fil-Libja huma taxxabbli bil-15% hawn Malta meta jikkwailfikaw taħt id-dispożizzjonijiet tal-
overseas employment
. Kif għedna iktar ‘il fuq, din it-taxxa mbagħad tiġi mnaqqsa bil-mekkaniżmu tad
-double tax
relief jekk tkun qed titħallas ukoll taxxa fil-Libja.