Legislature:
Category:
Reset
Active:

European Research Area

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament x'qed jagħmel pajjiżna sabiex aħna nipparteċipaw bl-aħjar manjiera fil-European Research Area? Stante li hu prospettat li fis-summit tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fl-4 ta' Frar 2011 il-European Research Area tiġi kompletata, kif se jara l-Gvern li din il-European Research Area tgħin bl-aħjar mod lir-riċerkaturi tagħna? Min se tkun l-aġenzija nazzjonali li se taħdem fil-kuntest ta' dan il-proġett? Xi flus se joħroġ pajjiżna għat-twaqqif ta' din l-area? X'benefiċċji wieħed jipprospetta li jkollu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, f’dan il-każ lill-Prim Ministru.

First Degree — għajnuna finanzjarja għall-korsijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il student Malti u Għawdxi li għamlu korsijiet li jwasslu għal first degree universitarju f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea f'suġġett li mhux offrut f'Malta, ingħataw għajnuna finanzjarja? Kemm b'kollox ammontat din l-għajnuna sena b'sena mill-2008 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Squatters żgumbrati minn residenzi tal-gvern

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' squatters li ġew żgumbrati minn residenzi tal-gvern matul l-2009 u l-2010? Fejn jinsabu, lokal lokal, il-propretajiet li minnhom ġew żgumbrati dawn l-isquatters?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fl-2009 saru żgrumbramenti ta’ sqatters minn 10 postijiet tal-gvern waqt li fl-2010 in-numru kien ta’ 10 residenzi.

Literacy specialists — kwalifiki

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif intgħażlu l-literacy specialists? Xi kwalifiki għandhom u x'taħriġ ingħataw biex jagħmlu x-xogħol tagħhom b'mod effettiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Direttorat għall-Kwalita’ u Standard fl-Edukazzjoni għandu erba’ kategoriji ta’ għalliema speċjalizzati fil-litteriżmu: Complementary Teachers Dawn jintagħżlu wara sejħa interna, u jagħtu servizz f’livell ta’ skola primarja. Ikunu għalliema b’esperjenza fil-primarja. Kif jintagħżlu jkollhom kors organizzat mid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni (DKSE) li jippreparahom għax-xogħol il-ġdid tagħhom, u jkollhom ukoll żvilupp professjonali regolari matul is-sena. Ngħidu aħna matul l-ewwel term tas-sena skolastika 2010-2011 kellhom taħriġ u hidma intensiva f’livell ta’ Kulleġġ fl-iżvilupp ta’ riżorsi għalihom marbuta mal-appoġġ fil-litteriżmu fl-ewwel sentejn tal-primarja. Għalliema peripatetici fis-Servizz tal-SpLD Dawn il- literacy specialists tad-dyslexia li jaħdmu fi ħdan is-Servizz tal- Specific Learning Difficulties intagħzlu permezz ta’ intervista wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet għal dawk l-għalliema li kienu għamlu xi xogħol jew xi ricerka f’dan l-qasam. Dawn l-għalliema, li jammontaw għal 11, għandhom il Bachelor’s degree, lestew il-post-graduate certificate, fuq medda ta’ sena u nofs, fil-qasam tad-dyslexia fl-universita ta’ Malta. Għandhom ukoll iċ-ċcertifikat ta’kompetenża mill- British Psychological Society biex jassessjaw it-tfal. Tnejn minhom diġa għandhom il-Masters degree waqt li tmienja oħra qed isegwu wkoll kors fil-livell tal-Masters. Tnejn oħra qegħdin jingħataw taħriġ u ser isewgu l-kors meta dan ikun offrut mill-universita ta’ Malta. Literacy Support Teachers Dawn jintagħżlu wara sejħa interna, u jagħtu servizz f’livell ta’ Kulleġġ. Il-maġġoranza huma għalliema peripatetiċi li qabel kienu mal-Literacy Unit u l-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, fejn ħadu taħriġ intensiv fil-litteriżmu. Issir ħidma kostanti biex l-għalliema f’dan il-grupp jiddakkru minn xulxin, biex it-tim kollha jissaħħaħ fil-medda sħiħa ta’ strateġiji għall-litteriżmu. Kif jintagħżlu jkollhom kors organizzat mid-DKSE li jippreparahom għax-xogħol il-ġdid tagħhom, u jkollhom ukoll żvilupp professjonali regolari matul is-sena. Għalliema peripatetici tal-Malta Writing Programme Dawn jintagħżlu wara sejħa interna, u jagħtu servizz fuq livell nazzjonali. Waħda mill-kondizzjonijiet tal-għażla hija li jkunu temmew b’suċċess taħriġ intensiv ta’ xahar dwar it-tagħlim tal-kitba. Ikollhom ukoll żvilupp professjonali regolari matul is-sena. Id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fi ħdan id-DKSE għandu l-inkarigu li jikkordina t-taħrig u l-appoġġ ta’ dawn l-għalliema, biex b’mod integrat jgħinu lill-iskejjel jimplimentaw l-iStrateġija dwar il-Litteriżmu.

checklists tal-bżonnijiet tat-tfal fil-primarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kif sejjer l-ġbir tat-tagħrif biex jimtlew iċ-checklists dwar il-bżonnijiet tat-tfal fil-primarja? X'ħin qed jimtlew? Meta ntbagħtu fl-iskejjel tul din is-sena skolastika? Veru li biex jimtlew dawn ic-checklistsit-tfal tilfu attivitajiet oħra fosthom il-mużika u d-drama?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti bid-dyslexia

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi programmi qed isiru bħalissa fl-iskejjel primarji u sekondarji statali għal studenti bid-dyslexia?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din is-sena skolastika l-biċċa l-kbira tax-xogħol tal-SpLD Service kien iffokat fuq l-assessments ta’ dawk l-istudenti li ġew irreferuti mill-iskejjel tagħhom minħabba s-suspett ta’ dyslexia. S’issa ġew assessjat 280 studenti Wara li jsiru t-testijiet meħtieġa issir laqgħa mal-ġenituri fejn jiġu spjegati l-bżonnijiet partikolari ta’ kull student u jingħataw suġġerimenti kif jistgħu jgħinu t-tfal. Jinkiteb rapport kemm għall-iskola u kemm għall-ġenituri u jiġu diskussi l-ħtiġijiet ta’ dawn it-tfal ma’ l-iskola u mal-għalliema tagħhom. Sar ukoll eżercizzju ma’ 219 istudent dyslexic li qegħdin fil-Form 1 tal-iskejjel sekondarji statali sabiex jitkellmu fuq il-bżonnijiet tagħhom. Ngħatat għajnuna biex jintegraw ruħhom aħjar fl-iskola l-ġdida. Ġie mogħti lilhom Transition booklet bis-suġġerimenti biex jgħinuhom f’din il-bidla. Ingħataw ukoll lezzjonijiet fuq Study Skills ma’ gruppi żgħar sabiex ikunu aktar kapaci għax-xogħol tas-Sekondarja. Sar stħarriġ mal-istudenti dyslexic kollha fl-iskejjel tal-istat sabiex jingħata sapport fejn hu l-aktar meħtieg. Saru wkoll laqgħat regolari mal-LSAs u l- INCOs biex ikun hemm aktar koordinazzjoni għal-ġid tal-istudenti.

Pensjoni li tinqasam bejn persuna li tkun f'home u oħra li tkun fil-komunità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif tinqasam il-pensjoni bejn koppja li parti minnhom tkun ġewwa home u l-parti l-oħra tkun għadha tgħix fil-komunità? Kemm tinżamm mill-pensjoni biex tkopri l-ispejjeż ta' dik il-persuna li tkun ġewwa home u kemm jifdlilha flus f'idejha dik il-persuna li tkun ġewwa l-home u kemm jifdlilha flus f'idejha dik il-persuna li tkun fil-komunità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Meta persuna minn koppja li jkunu dipendenti fuq pensjoni waħda kontributorja tas-sigurta’ soċjali issir residenti f’waħda mid-djar għall-anzjani tal-Gvern, il-pensjoni tas-sigurta’ soċjali tinqasam. Erbgħin (40) fil-mija tal-pensjoni dovuta taħt l-iskema tas-sigurta’ soċjali tmur lil dik il-parti tal-koppja li tkun residenti f’xi dar għall-anzjani tal-Gvern, filwaqt li l-konjugi li tibqa’ tgħix id-dar fil-komunita’ tirċievi ammont ta’ pensjoni ekwivalenti għal 60 fil-mija tal-pensjoni tas-sigurta’ soċjali. Il-persuna li tkun residenti f’waħda mid-djar għall-anzjani tal-Gvern tkun trid tikkontribwixxi parti mill-erbgħin (40) fil-mija tal-pensjoni li tinqata’ għaż-żamma tagħha fir-residenza li tkun qed tgħix fiha. Din il-kontribuzzjoni tiġi determinata wara li jsir test tal-mezzi kollha tal-persuna residenti mid-Dipartiment tal kura ta’ l-Anzjani u l-Komunita’. Dan it-test jieħu inkonsiderazzjoni il-parti tad-dħul tal-persuna residenti mill-kommunjoni. Peress li r-rati huma dipendenti fuq dan it-test tal-mezzi, r-rata ta’ kontribuzzjoni dovuta tista’ tvarja minn pensjonant għall-ieħor. Irid jingħad ukoll li dan it-test jiżgura li l-pensjonant fid-dar għall-anzjani tal-Gvern fl-ebda ħin ma jista’ jitħalla b’anqas minn €1400 fis-sena bħala dħul globali.

Kulleġġ t'Għawdex — pitturi fil-foyer tal-iskola sekondarja tas-subien

Question

Tista' l-Ministru tgħid min tqabbad jagħmel il-pitturi li saru fil-foyer tal-iskola sekondarja tas-subien fi ħdan il-Kulleġġ t’Għawdex u kemm kien il-ħlas li sar għal dawn il-pitturi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Dawn ix-xogħolijiet saru mis-Sur Luciano Micallef li huwa parti mill-istaff tal-FTS. Ma sar l-ebda ħlas għal dawn il-pitturi.

Raħal Ġdid — pjan għal Ground Pace Grasso

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'se jsir minn Ground Pace Grasso f Raħal Ġdid u jekk hux minnu li se tinbena skola sekondarja? Tista' tpoġġi l-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra u x'se jsir mill-iskola sekondarja li hemm eżistenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-Ground Pace Grasso f’Raħal il-Ġdid ser tinbena Skola Sekondarja. Il-pjanti għadhom qed jiġu ppreparati u l-Gvern għadu qed jistudja diversi għażliet dwar l-użu tal-Iskola Sekondarja eżistenti.

Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — food entitlement

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati fi ħdan il-ministeru u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtha li għandhom food entitlement? Tista’ tgħid kemm hu l-budget allokat kull sena u kemm kienet in-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

M’hemm l-ebda impjegat fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja li għandu food entitlement.

Ħaddiema self employed

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 23153 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema self-employed, rġiel għalihom u nisa għalihom, f'Malta u f'Għawdex separatament, fl-aħħar ta' kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta' Lulju 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

xogħol primarju part-time

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru totali ta’ nies, irġiel għalihom u nisa għalihom, li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom f’Malta u f’Għawdex separatament, fl-aħħar ta’ kull sena mill-2003 sal-2009 u fl-aħħar ta’ Lulju 2010?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

statistika tal-early school leavers

Question

Tista' l-Ministru tagħti spjega ta' x'jikkostitwixxi early school leaver għal finijiet ta' statistika? Kif evolviet id-definizzjoni ta' early school leaver għal finijiet statistiċi fl-aħħar snin, okkorrendo?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-definizjoni tal-Eurostat għal early school leaver tirreferi għall-etajiet ta’ bejn 18 u 24 li ma komplewx l-istudji jew xi taħriġ wara l-iskola obbligatorja.

studenti li ma komplewx l-istudji tagħhom

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena mill-2000 sa l-2010 kemm kien in-numru ta' studenti li malli laħqu l-età obbligatorja ta' studji ma komplewx l-istudji tagħhom f'xi istituzzjoni oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Iċ-ċifra ta’ studenti ta’ 17-il sena li ma kienux irreġistrati fl-istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji skont il-Eurostat. 2000 54.2% 2001 54.4% 2002 53.2% 2003 49.9% 2004 42.1% 2005 38.9% 2006 39.9% 2007 38.3% 2008 39% 2009 36.8%

National Research and Innovation programs — nies li gawdew

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Parlament kemm gawdew persuni jew entitajiet min-National Research and Innovation Programs sena b'sena mill-2004 sal-lum? F'liema oqsma?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Istrategija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-Istrategija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għas-sena li ninsabu fiha (2011) u għas-snin li ġejjin?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat.

European Innovation Scoreboard — post Malta fil-qasam tal-innovazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema post tinsab Malta b'mod ġenerali (SII) meta komparata mal-bqija tal-pajjiżi Ewropej fil-qasam tal-innovazzjoni skont l-aħħar European Innovation Scoreboard (EIS)? X'miri għandu l-gvern biex itejjeb dawn ir-riżultati u x'timeframes qed ipoġġi quddiemu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Minstru kkonċernat.

Kulleġġ t'Għawdex — Music option

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex nbidel il-ħsieb oriġinali dwar il-music option li l-ewwel isir proġett pilota fil-Kulleġġ ta' Għawdex u mbagħad jiddaħħal fil-kulleġġi l-oħra? La l-proġett pilota jispiċċa f'Ġunju li ġej għax mhux se tiġi offruta l-music option minn Ottubru 2011 fil-kulleġġi l-oħra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 23206.

Bench marking u Użu ta' Reader

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-pubbliku li fil-bench marking ħadd m'hu se jingħata reader? Filwaqt li wieħed jista' jifhem din l-deċiżjoni minħabba l-istatistika nazzjonali li wieħed qed jipprova jibni bl-eżerċizzju ta' bench marking, wieħed jistaqsi, ir-riżultati ta' kull tifel u tifla se jaffettwaw f'liema klassi jew grupp jiġu mpoġġija fihom it-tfal? Per eżempju, kif se jiġu meqjusa tfal bi profil tad-diżleksja, ADhD jew diffikultajiet oħrajn li jirrikjedu l-bżonn ta' reader f'dan ir-rigward?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għan tal-eżami tal-benchmark hu li jkollna stampa ċara tal-abilitajiet tat-tfal u b’hekk hemm bżonn li naraw sa liema livell kapaċi jaslu mingħajr ir-Reader. Peress li l-qari kemm tal-Malti u kemm tal-Ingliż huwa wieħed mill-ħiliet ewlenin tal-eżami, is-servizz tar- Reader ma jistax jingħata għaliex imur kontra l-iskop ta’ benchmarking li jkejjel il-livell tal-qari tat-tfal. Din il-proċedura tirrifletti ukoll il-prattika fl-eżamijiet tal-lingwa tal-universita’ ta’ Malta (MATSEC) u universitajiet barranin (GCSE) kif ukoll tal-istudji internazzjonali bħal PIRLS fejn wieħed mill-iskopijiet ta’ dawn l-eżamijiet hu li jiġi ddentifikat il-livell milħuq fil qari. Fil-Matematika l-qari mhux ħila li qegħdin nittestjaw u b’hekk f’ċerti każijiet ta’ dyslexia jew diffikultajiet oħra jista’ jingħata Reader . Professjonisti, bħalma huma child psychologists, inclusion coordinators u professjonisti f’oqsma oħra, se jkollhom rwol kruċjali fuq il-mod li jiddetermina kif ser jitqassmu t-tfal fi klassijiet, partikolarment dawk it-tfal li għandhom profil ta’ dyslexia u jew għandhom learning difficulties, partikolari. B’dan l-ezerċizzju l-istudenti se jkollhom opportunitajiet wisq aħjar li isegwu tagħlim li jirrifletti d-differenza fl-abilitajiet tagħhom u b’hekk itejbu il-ħiliet tagħhom.

10 year single word reading level

Question

Tista' l-Ministru, flimkien mal-Università, tispjega għaliex qed tintuża 10-year single word reading level bħala deċizjoni assoluta jekk studenti ikollhomx reader jew le għas-SEC, meta l-abilità li wieħed ikun kapaċi jiddeċifra kelma weħidha mhix l-istess bħall-abilità li taqra passaġġi b'mod li tista' taċċessa x'qed jgħid il-passaġġ? Tista' tinforma jekk kienx hemm esperti fid-diffikultajiet tal-qari li kienu involuti f'din id-deċizjoni, apparti minn psikologi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-deċiżjoni li ttieħdet mill-ACCESS – Disability Support Committee(ADSC) – tal-Università ta’ Malta, li tuża’ t-10 Year Single Word Reading Level bħala l-benchmark jekk student ikollux reader jew le għas-SEC, hija bbażata fuq deċiżjoni li ħa l-Joint Council for Qualifications (JCQ) li jiġbor fih numru ta’ awtoritajiet tal-eżamijiet Ingliżi. Barra minn hekk, l-esperjenza ta’ dan il-kumitat (ADSC), magħmul minn esperti f’oqsma relatati differenti, tixhed li dan il-kriterju jgħodd ukoll għal tfal Maltin. Student Malti li jiskorja f’livell ta’ għaxar snin fuq test Ingliż fil-fatt għandu jitqies ma’ standard ta’ student Ingliż li jaqra f’livell ta’ ħdax-il sena. In-numru ta’ studenti li ħadu reader is-sena l-oħra kien ta’ 116. Dan huwa numru sostanzjali li juri li dan il-kriterju ma huwiex restrittiv. Apparti minn psikologi, nies oħra involuti f’din id-deċiżjoni kienu jinkludu esperti fid-diffikultajiet tal-qari, esperti fil-lingwistika u oħrajn.