Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #13056 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet ta' karozzi reġistrati lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13057 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Serqiet minn djar privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' serqiet minn djar privati lokal b'lokal f'Malta u Għawdex matul din is-sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #13144 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vakanzi fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm vakanzi fil-Korp tal-Pulizija fl-20 ta' Novembru 2009? Jista' jgħid f'liema gradi jeżistu dawn il-vakanzi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif ġej: Rank Vacancies Assistant Commissioner 1 Superintendent 2 Inspector 27 2/Sergeant Major 7 Sergeants 45 Constables 143
Leg 11 PQ #13210 Sitting 172 2009-11-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Vjolenza domestika

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-liġijiet: a) eżistenti b) in the pipeline li jirregolaw l-vjolenza domestika, partikolarment fuq setturi dgħajfin bħalma huma n-nisa u t-tfal?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Membru jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Leg 11 PQ #12855 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li nqabdu jsuqu mingħajr il-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm, matul l-aħħar 12-il xahar, kien in-numru ta' persuni li nqabdu jsuqu xi vettura mingħajr il-liċenzja tas-sewqan? Minn fejn kienu dawk li fil-fatt inqabdu jsuqu tali vetturi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tnax il-xahar, ċioe minn Novembru tas-sena l-oħra sallum, il-pulizija qabdet 58 persuna jsuqu vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan. Dawn il-persuni kienu joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet:- Balzan Floriana Luqa Pietà San Pawl il-Baħar Żabbar B’Kara Għaxaq M’Scala Qormi Żejtun B’Buġia Gżira Mosta Rabat Senglea Żurrieq Buġibba Ħamrun Mqabba Safi Siġġiewi Cospicua Żebbuġ Mtarfa San Ġiljan St Lucia Dingli Kalkara Naxxar San Ġwann Tarxien
Leg 11 PQ #12856 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni li tteħditilhom il-liċenzja tas-sewqan

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li tteħditilhom il-liċenzja tas-sewqan b'deċizjoni tal-Qorti, matul l-aħħar 12-il xahar? Minn fejn kienu dawk li tilfu l-liċenzja b'dan il-mod? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawk involuti humiex ġejjin minn xi age group partikolari?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar tnax il-xahar, ċioe minn Novembru tas-sena l-oħra sallum, kien hemm 395 li kienu skwalifikati b’sentenzi tal-Qrati milli jkollhom liċenzja tas-sewqan kif spjegat fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #12891 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Proċedura użata mill-Pulizija għal vetturi abbandunati fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-proċedura użata mill-Pulizija biex vetturi abbandunati fit-toroq jintneħħew minn fejn ikunu: a) meta l-liċenzja tal-vettura tkun imħallsa u valida? b) meta l-liċenzja tal-vettura tkun magħluqa? ċ) meta n-number plate ikun tneħħa?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi it-tneħħija ta’ vetturi u oġġetti oħra mit-toroq mill-Pulizija u l-Kunsilli Lokali hija dik stabbilita fir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru. (Leġislazzjoni Sussidjarja 65.13).
Leg 11 PQ #12924 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Dħul miċ-ċitazzjonijiet u multi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul f'ċifra ta' flus ta' ċitazzjonijiet/multi eċċ. li tat il-Qorti ta' Malta u Għawdex matul din is-sena separatament? Kemm minnhom tħallsu u kemm minnhom huma pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 11 PQ #12926 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Persuni li ttieħdu l-isptar għall-kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena, xahar b'xahar kemm kien in-numru ta' persuni li qed jissoktaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li ttieħdu l-isptar għall-kura? X'nazzjonlità, x'natura ta' mard, x'sess u kemm ħa żmien l-intervent mediku tagħhom?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Ninsab infurmat li l-intervent mediku kien bejn ġurnata u 20 jum. Rigward in-natura ta' mard, ninforma lill-Onorevoli Membru li skont il-liġi tal-Protezzjoni tad-Data hija meqjusa bħala informazzjoni sensittiva u personali.
Leg 11 PQ #12928 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — drogi rappurtati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każijiet ta' droga irrapurtati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul din is-sena, xahar b'xahar?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' każijiet ta' droga irrappurtati fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul din is-sena huwa kif ġej:- Jannar 11 Frar 7 Marzu 4 April 4 Mejju 3 Ġunju 10 Lulju 4 Awwissu 5 Setttembru 5 Ottubru 4 Novembru 2 (sa issa)
Leg 11 PQ #12929 Sitting 171 2009-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità korrettiva ta' Kordin — persuni li qed jiskontaw sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li fil-mument qed jisskontaw sentenza tagħhom fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordinu kemm fiċ-Ċentru tal-Imtaħleb? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' persuni li qed jiskontaw sentenza tagħhom fis-CCF huwa ta' 322, (300 raġel u 22 mara) filwaqt li hemm 14-il raġel fiċ-Ċentru SATU.
Leg 11 PQ #12835 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

persuni allegatament involuti fil-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tal-opri tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-persuni allegatament involuti fil-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tal-opri tal-baħar, għad baqgħalhom proċeduri legali pendetni quddiem il-qrati tagħna? Kemm minn dawk li ttellgħu l-Qorti instabu ħatja u kemm minnhom inħelsu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi mill-persuni allegatament involuti fil-ħruġ tal-liċenzji tas-sewqan tal-opri tal-baħar, hemm 35 persuni li għad għandhom il-każ tagħhom pendenti quddiem il-Qorti. Kien hemm ukoll 411 li kellhom il-każ tagħhom deċiż, li minnhom 9 instabu mhux ħatja.
Leg 11 PQ #12853 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

San Pawl il-Baħar, — sewqan eċċessiv fil-by-pass

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-Pulizija tagħmel spezzjonijiet regolari fil-by-pass ta' San Pawl il-Baħar, b'mod partikolari l-Ħdud filgħodu, għaliex irċevejt numru ta' ilmenti li f'din it-triq qed ikun hemm min jabbuża billi jsuq b'mod li jista' jikkawża mwiet?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku kif ukoll il-Pulizija tal-Mobile u tad-Distrett jagħmlu rondi regolari fil-By Pass ta’ San Pawl il-Baħar.

Sliema — Tignè Sea Front - stabbiliment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm matul is-sena 2008 u matul is-sena 2009 sal-lum x’passi ttieħdu mill-pulizija dwar l-ilmenti ġustifikati tal-ġirien tal-istabbiliment tax-xorb u l-ikel tal-post li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament li jibqa’ miftuh sal-4.00am b’mużika u storbju insapportabbli, ġarr storbjuz ta’ siggijiet, imwejjed u krietel tal-birra fis-siegħat bikrin ta’ filgħodu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa debitament liċenzjat kemm mill-Awtorita' ta’ Malta tat-Turiżmu kif ukoll mid-Diviżjoni tal-Kummerċ. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f’dawn l-istabbilimenti u fejn ikun il-każ jittieħdu passi skont il-liġi.

Tas-Sliema — Tignè Sea Front - wine bar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-pulizija tieħux il-passi meħtieġa biex tara jekk l-istabbiliment tal-ikel u x-xorb li dettalji tiegħu qed jinbagħatu separatament għandux il-permessi kollha meħtieġa biex jopera bħala wine bar u ristorant kif fil-fatt qed jagħmel? Jista’ jgħid jekk għandux il-permessi biex jibqa’ jkollu mużika tgħajjat sar-4.00am fi blokk residenzjali ta’ nies li minħabba l-ħsejjes u l-inkonvjenti li qed joħloq qed iħarbatilhom il-ħajja tagħhom ta’ kuljum bi ħsejjes u rwejjaħ insapportabbli anki fis-siegħat li wieħed jistenna li jieħu l-mistrieħ diċenti tiegħu biex l-għada jqum għax-xogħol?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa debitament liċenzjat kemm mill-Awtorita' ta' Malta tat-Turiżmu, kif ukoll mid-Diviżjoni tal-Kummerċ. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'dawn l-istabbilimenti u fejn ikun il-każ jittieħdu passi skont il-liġi.

Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — skemi u inizjattivi għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-ministeru tiegħu fejn jidħlu kunsilli lokali? X'kuntatt hemm bejn il-ministeru tiegħu u l-kunsilli lokali? X'inizjattivi/skemi għandu l-ministeru tiegħu vis-a-vis il-kunsilli lokali?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-politika tal-Ministeru fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali hija waħda ta' appoġġ kontinwu u nvolviment sħiħ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, mill-Qrati tal-Gustizzja u mill-Korp tal-Pulizija.
Leg 11 PQ #12840 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Korp tal-Pulizija — pulizija il servew fil-korp għal 25 sena servizz

Question

Jista' l-Ministru kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija li għadhom iservu fil-korp minkejja li għalqu 25 sena servizz fl-1 ta' Novembru 2009? F'liema grad jinsabu dawn l-uffiċjali? Kemm hemm ukoll membri fil-Korp tal-Pulizija li huma mistennija jagħlqu l-25 sena servizz sal-aħħar tas-sena kurrenti 2009?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onoervoli Interpellant huwa kif ġej: Grad Għalqu 25 sena servizz sal-1 ta’ Novembru 2009 Ser jagħlqu l-25 sena servizz matul Novembru u Diċembru Kummissarju tal-Pulizija 1 - Deputat Kummissarju 1 - Assistant Kummissarju 6 - Suprintendent 8 - Spettur tal-Pulizija 6 2 Surġent Maġġur tal-1 klassi 2 - Surġent Maġġur tat-2 klassi 13 2 Surġent 13 1 Kuntistabbli 104 18 Total 154 23
Leg 11 PQ #12850 Sitting 168 2009-11-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Investigazzjonijiet ta' Diesel tal-Kuntrabandu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 12332, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi indikazzjoni ta' meta se tkun konkluża din l-investigazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tistenna mingħand il-Kontrollur tad-Dwana sabiex tkun tista tipproċedi b'dan il-każ.

storbju mhux aċċettabbli

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi meħtieġa dwar storbju mhux aċċettabbli li qed idejjaq lir-residenti tal-blokk ta’ appartamenti li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fejn f'dawn l-aħħar tliet snin fetaħ it-tieni restaurant eżatt fil-blokka u qed jagħlaq fl-4.00 ta' filgħodu? Jista’ jigi nvestigat dan l-ilment u jittieħdu passi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-istabbiliment imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa debitament liċenzjat kemm mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu, kif ukoll mid-Diviżjoni tal-Kummerċ. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f'dawn l-istabbilimenti u fejn ikun il-każ jittieħdu passi skont il-liġi.
Leg 11 PQ #12821 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — gwardjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna b'mod globali taħdem fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Kemm minn dawn huma gwardjani (correctional officers)? Kemm minn dawn huma special response team? Kemm jaħdmu fl-uffiċini amministrattivi? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitlub mill-Onorevoli Interpellant.