Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi, jgħid x'qed isir fid-Dekasteru tiegħu biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet tad-Dekasteru tiegħu u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
In-Naxxar/Baħar iċ-Ċagħaq — Proġett ta’ toroq ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tan-Naxxar inkluż Baħar iċ-Ċagħaq u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fin-Naxxar/Baħar iċ-Ċagħaq jinkludu p/o Triq il-Kappella ta' San Mikiel, n/s in Triq ix-Xbieki, Triq San Pawl, Triq il-Forga, Triq Hannewija, Triq Francis Attard, roundabout at junction of Labour Avenue and Triq San Franġisk Pisani, Triq San Frangisk t' Assisi, roundabout junction between Triq il-Parroċċa and Triq San Pawl, temporary link from the new roundabout at Labour Avenue to the Industrial Area, unnamed road off Vjal il-Labour, Triq il-Mazza, Triq Ċipru, Triq Ġibiltà, Triq il-Libja, Triq il-Marokk, Triq Korfu, Triq l-Argentina, Triq l-Ingilterra, Triq Ċili and Triq il-Mitħna, Triq il-Brażil and Triq Spanja, Triq il-Ġermanja, works at Triq il-Milizzja, Triq it-Tuffieħ, Triq iċ-Ċirasa, Triq il-Lanġas, Triq il-Berquq, Triq il-Ġellewż, Triq is-Sgħajtar, Trejqet l-Irziezet, Triq l-Oqbra ta' Hawwat, Triq il-Kappella ta' Santa Marija, Tal-Qadi, l/o Naxxar, Alleys in limits of Magħtab, Triq l-Emigranti, Triq il-Widna Radar, Triq ir-Ridottt, triq Xatt il-Palm and PO Triq il-Lampara, Triq Greċja, Triq Bradford, Triq Margaret A. Murray saru b’investiment ta’ aktar minn €10 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Pembroke u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’Pembroke jinkludu Triq Gabriele Henin, Triq Burma, Triq Martin Luther King - Part 1, Triq Sir Adrian Dingli, Triq San Patrizju, Triq Pelagio Mifsud, Triq Guzeppi Letard, Triq Patri Odurec Grima, Triq Patri Serafin Zarb, Triq Falaise, Triq A.N.Z.A.C., Triq Jum Pembroke, Triq Bice Mizzi Vassallo, Triq Sir Luigi Preziosi, Triq il-President Anton Buttigieg, Triq Juno/Triq Maddalay, Triq A Cini, Triq il-Battalja ta' Malta, p/o Triq Juno / Triq Tunis / p/o Triq l-Imhallef William Harding, storm water works at Trejqet Patri Odorik Grima saru b’investiment ta’ aktar minn €3 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' San Ġiljan inkluż Paceville u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’ San Ġiljan Triq Wied għomor, Triq ta' Giorni, n/s off Triq Albert Mayr, Triq Hans Stumme, resurfacing at p/o Triq M A Vassalli, resurfacing of Sqaq Lourdes / Sqaq Santu Wistin, Triq Sir Joseph Carbone, Triq William Prescott / p/o Telgħet Birkirkara; Sqaq Ciantar, Triq Bertha K Ilg, Triq Charles Sciberras - Phase 1, Sqaq is-Sigar and PO Triq Henry Calleja, Sqaq Lourdes, Telgħet Birkirkara saru b’investiment ta’ aktar minn €2 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità ta' Tas-Sliema u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid f’ Tas-Sliema jinkludu Triq Sir Arturo Mercieca, Triq Santa Elena, Triq Manwel Dimech, Triq Viani, Triq il-Kurunell Savona saru b’investiment ta’ aktar minn €6 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Santa Luċija — Triq Dawret it-Torri - Sleeping police
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ippjanat li jsir sleeping police fil-bidu ta’ Triq Dawret it-Torri, int u dieħel f’Santa Luċija?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta m’għandiex talbiet pendenti għal traffic calming measures fi Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-ibliet u l-irħula fejn intalbet l-iskema tar-residents parking scheme?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ibliet u l-irħula fejn intalbet l-iskema tar-residents parking scheme huma kif jidher fil-lista segwenti:
§ Ħ’Attard
§ Birkirkara
§ Bormla
§ Ħal Balzan
§ Il-Mosta
§ Tas-Sliema
§ L-Iklin
§ San Pawl il-Baħar
§ Il-Gudja
§ Ħal-Għaxaq
§ Ħaż-Żebbuġ
§ Ħal Luqa
Trasport pubbliku — Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20344 u jgħid jekk xufiera li mhumiex mill-Unjoni Ewropea hux qed jitħallew isuqu trakkijiet tal-linja meta ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport ta’ Malta fil-ħruġ tal-permess tagħha, toħroġ biss permessi lix-xufiera li m’humiex mill-Unjoni Ewropea li jissodisfaw ir-regolament 5 ta’ Leġislazzjoni Sussidjarja 65.18 ‘Regolamenti dwar Liċenzi għas-Sewqan ta’ Vetturi bil-Mutur’; kif ukoll sezzjoni 3 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.56 ‘Regolamenti Dwar Servizzi ta’ Ġarr ta’ Passiġġieri’.
Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20345 u jgħid jekk xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea humiex jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena għalkemm ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma toħroġx liċenzji tas-sewqan temporanji taħt l-ebda kategorija.
Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20346 u jgħid x’jiġri meta xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena, u meta din is-sena tiskadi jibqgħu ma jgħaddux mit-test tas-sewqan repetutament? Jista’ jgħid jekk hemmx xi sistema kif dawn ikunu jistgħu jibqgħu jsuqu t-trakkijiet tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma toħroġx liċenzji tas-sewqan temporanji taħt l-ebda kategorija.
Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea — Liċenzja temporanja
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20347 u jgħid jekk xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea li qed jingħataw liċenzja temporanja ta’ sena u li jibqgħu ma jgħaddux mit-test tas-sewqan, humiex jintbagħtu Sqallija biex meta jiġu lura terġa’ tibda tgħodd sena oħra għal liċenzja temporanja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ma toħroġx liċenzji tas-sewqan temporanji taħt l-ebda kategorija. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, l-Awtorità tikkonferma li ma bagħtet l-ebda xufier Sqallija.
Trasport pubbliku – Xufiera minn barra l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20348 u jgħid jekk il-Malta Public Transport hix tħallas l-ispejjeż ta’ vjaġġ u trasport biex xufiera tat-trakkijiet tal-linja li mhumiex mill-Unjoni Ewropea u li ma jkunux għaddew mit-test tas-sewqan jintbagħtu Sqallija biex meta jiġu lura jkunu jistgħu jirċievu liċenzja temporanja oħra għal sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-operat intern tal-kumpanija privata Malta Public Transport ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jikkonferma l-impjieg tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, b’salarju ta’ €50,000 fis-sena?
Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid f’liema dipartiment/entità/uffiċċju ġiet impejgata?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job description tagħha?
Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm sejħa pubblika għal dan il-post u x’inhuma l-kwalifiki ta' din il-persuna?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li qed jirreferi għaliha separatament hija impjegata fuq bażi full-time bħala Policy Consultant fi ħdan is-segretarjat tal-Ministeru, skont il-manwal li diġa ġie intavolat fuq il-mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll illi hija impjegata fi skala 4 u s-salarju tagħha huwa konsiderevolment inqas mill-ammont deskritt fil-mistoqsija parlamentari. Ninfurmah ukoll illi xogħlha jikkonsisti f’dak li ser ikun l-implimentazzjoni tal-miżuri ‘Reshaping Our Mobility’, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-impatt ta’ dawn il-miżuri fuq il-Kunsilli Lokali, kif ukoll miżuri oħra mill-istess strateġija.
Ninfurmah ukoll li l-persuna li qed jagħmel referenza għaliha, hija gradwata b’baċċelerat u masters degree mill-Università ta’ Malta.
Mosta – Triq Lorenzo Gafà u Triq l-Indipendenza – rampa biex jaqsmu persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19351 u ċjoè jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7019 u 18956 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir rampa għal dawk li jkunu qed jaqsmu t-triq f’Independence Avenue, salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafà, peress li dawk il-persuni li jużaw is-siġġu tar-roti, mingħajr din ir-rampa ma jkunux jistgħu jużaw il-bankina?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċċjali tal-Awtorità għat-Trasport f’Malta irriżulta li hemm żewġ postijiet minn fejn persuni li jużaw siġġu tar-roti jistgħu jaqsmu t-triq b’mod sigur fi Vjal Indipendenza, biswit salib it-toroq ma’ Triq Lorenzo Gafa’, fejn hemm ukoll rampa għal fuq il-bankina. Tali rampi jinsabu hekk:
§ Waħda f’distanza ta’ 64 metru minn salib it-toroq ta’ Vjal Indipendenza k/m Triq Lorenzo Gafa’ fejn hemm
zebra crossing
bid-
drop kerbs; u
§ Oħra f’distanza ta’ 98 metru minn salib it-toroq ta’ Vjal Indipendenza k/m Triq Lorenzo Gafa’ fejn hemm
pelican crossing
bid-
drop kerbs
.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 22256.
Jista’ l-Ministru jara li ssir zebra crossing fi Triq San Anard f'Ħal Tarxien preċiż quddiem l-ATM li hemm fuq in-naħa l-oħra tat-triq billi din saret waħda mill-ftit servizzi bankarji li għandhom ir-residenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona msemmija fi Triq San Anard, viċin l-ATM, hemm sistema ta’ pelican crossing li diġa qiegħda tiffunzjona fi Triq San Anard (uffiċjalment bl-isem ta’ Triq il-Gudja), ma’ Triq Hal Tarxien, u hija ntegrata fis-sistema tat-traffic lights.
Saret ukoll pelican crossing oħra iktar ‘il fuq fl-istess Triq San Anard, fil-viċinanzi ta’ Triq il-Witja u Triq Mejju 1592.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Għargħur u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fil-Għargħur jinkludu p/o Triq Santa Katerina, Triq Caravaggio, Sqaq il-Hofra, p/o Triq Dun Karm Vella, Sqaq l-Imnieqa, Triq tal-Ferha , Triq l-Isqof Gargallo, Triq il-kbira - Phase 1, Sqaq Il-Qiegħed, Sqaq Iċ-Ċawl saru b’investiment ta’ aktar minn €2 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq li bħala parti mill-proġett ta' €700 miljun, inbnew mill-ġdid fil-lokalità tal-Imsida inkluż is-Swatar u kemm swew?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq li nbnew mill-ġdid fl-Imsida/Swatar jinkludu Triq is-Sarg, Triq Giorgio Mitrovich, p/o Triq it-Torri, Triq is-Snajja, Triq Santa Venera, Reinstatement in p/o Triq it-Torri, Triq Nazju Falzon, Reinstatement in p/o Triq il-Kunzar, Reconstruction of Triq Gwann Mamo, p/o Triq l-Irmigg, Triq tal-Gheriebel, Sqaq Dun Andre, p/o Triq il-Karozzin, Bieb it-Torri, Triq Tal-Qroqq, Triq Clarence, Triq J.Borg, Misrah il-Barrieri, Triq il-Wied, Trejqa Ta' Boxbox, Triq Regjonali saru b’investiment ta’ aktar minn €5 miljuni. Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini mill-ġdid tat-triq, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Dawn it-toroq jiffurmaw parti minn investiment bla preċedent ta’ €700 miljun, programm mifrux fuq seba’ snin biex Infrastructure Malta twettaq il-pjan nazzjonali biex tibni mill-ġdid it-toroq mill-ġdid it-toroq residenzjali ta’ pajjiżna.