Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sar studju ta’ Triq Santa Monika, Raħal Ġdid u jekk hijiex se tiġi rranġata billi hija fi stat ħażin ħafna?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li għadni kemm tajt tal-mistoqsija parlamentari 24371.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — żjara fil-Golf Għarbi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24408, jista' il-Ministru jgħid x'inhi d-diffikultà biex iwieġeb din il-mistoqsija dwar liema pajjjiż fil-Golf Għarbi żar riċentement? Kemm-il pajjiż fil-Golf Għarbi żar fl-aħħar tliet xhur?
Response (BORG, IAN)
M’għandi l-ebda diffikultà nwieġeb bħalma weġibt mistoqsijiet parlamentari simili fil-passat. Żjarat saru f’Abu Dhabi, Dubai u Doha.
Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà ta’ Transport Malta lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista’ il-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (BORG, IAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-titlu tal-binja msemmija la hi u lanqas kienet tal-Ministeru li tiegħu jien responsabbli.
Sa Maison – xogħlijiet fil-bini li qed jokkupa l-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa pubblika fix-xogħlijiet li saru fil-bini f’Sa Maison li qed jokkupa l-ex Prim Ministru Joseph Muscat? Min awtorizza dawn ix-xogħlijiet u meta?
Response (BORG, IAN)
Ikun apprezzat jekk l-Onor. Azzopardi jispeċifika eżattament għal liema tip ta' xogħlijiet qed jirreferi.
Liġi li tirregola l-użu tal-iscooters fit-toroq pubbliċi
Question
Jista’ l-Ministru jispeċifika liema hi l-Liġi li tirregola l-użu tal-iscooters fit-toroq pubbliċi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li l-Liġi li tirregola l-użu tal-iscooters fit-toroq pubbliċi hija l-Legislazzjoni Sussidjarja 65.32 Regolamenti Dwar Il-Mikromobilita’.
Raħal Ġdid — Triq it-Tarzna u Triq Santa Monica - xogħlijiet
Question
B'referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 20364, 20369, 20702 u 20703, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk kemm-il darba huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fit-toroq indikati ta’ Triq it-Tarzna u Triq Santa Monica f’Raħal Ġdid?
Response (BORG, IAN)
Fl-2021, it-tielet sena tal-programm nazzjonali għat-titjib ta’ toroq residenzjali, Infrastructure Malta lestiet il-bini mill-ġdid ta’ madwar 220 triq residenzjali oħra. Dan ifisser li għolliet il-medja tat-toroq residenzjali għal erba’ toroq fil-ġimgħa – triq aktar kull ġimgħa mis-sena 2020. Kompliet ukoll il-ħidma tagħha fit-toroq rurali fejn tejbet mal-100 triq oħra qalb il-kampanja.
L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop.
Minkejja li l-manutenzjoni taż-żewġ toroq indikati taqa’ f’idejn il-Kunsill Lokali rispettiv, Infrastructure Malta inkludiethom fil-programm nazzjonali għall-bini mill-ġdid ta’ toroq lokali li ser tkun qed tagħmel fiż-żmien li ġej.
Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.
Infrastructure Malta — Triq Ġużeppi Ciappar - culvert
Question
Jista' l-Ministru jinkariga lill-Infrastructure Malta sabiex tikkunsidra tagħmel culvert fil-bidu ta' Triq Ġiuzeppi Ciappar fejn tmiss ma' Triq il-Kbira Ħal Qormi minħabba l-ammont ta' ilmijiet li jinġabru mix-xita?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser jagħmel spezzjoni fuq il-post u jinvestiga dan l-ilment.
Ħaddiema liċenzjati tax-Xatt — ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24394 u 24209 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union fejn Transport Malta għaddiet l-amministrazzjoni tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt lil Malta Dockers Union?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24395 u 24210 u jikkonferma li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, li nżamm sigriet minn kullħadd inkluż mill-media, Transport Malta se tħallas lil Malta Dockers Union aktar minn nofs miljun ewro fis-sena għall-15-il sena li ġejjin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24396 u 24211 u jikkonferma li l-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, jagħti d-dritt lil Malta Dockers Union li hija tgħaddi l-amministrazzjoni tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt lill-kumpanija oħra li ma għandha x’taqsam xejn mal-ħaddiema tax-xatt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24397 u 24212 u jikkonferma li permezz tal-ftehim li ġie ffirmat bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union, numru ta’ ħaddiema ta’ Transport Malta ġew jew ser jiġu trasferiti b’anqas dħul finanzjarju biex jagħmlu wisa’ għall-persuni ġodda magħżula mill-Malta Dockers Union jew mill-Kumpanija li ser tagħżel l-Union?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ftehim bejn Transport Malta u l-Malta Dockers Union
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24398 u 24213 u jgħid jekk jafx li l-kumpanija li se tagħżel il-Union biex tamministra l-ħaddiema tax-xatt hijiex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha paranetela mat-teżorier tal-Union u li diġà ngħatat mill-MDU l-amministrazzjoni tal-pagi tax-xufiera kollha li l-Union tibgħat il-Freeport minflok ħaddiema liċenzjati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li ssir manutenzjoni f’toroq li jagħtu għal mar-roundabout fi Triq Għajn Riħana (limiti tal-Mosta) f’toroq/sqaqin f’raba’ li mir-roundabout tagħti lejn il-Bidnija u toroq oħra li jagħtu lejn Għajn Riħana u dan kollu minħabba xi ħsarat u siġar li qed jitqaċċtu minħabba l-maltemp?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jipprovdilna site plan u jindika eżatt għal liema area qed jirreferi ghaliha.
San Pawl il-Baħar – Triq Burmarrad – Pelican lights
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-pelican lights li hemm fi Triq Burmarrad, San Pawl il-Baħar (fiż-żona ta’ Triq Ġebel Għażżara), li ilhom numru ta’ ġimgħat ma jiffunzjonawx, inkluż fil-ġurnata li qiegħda ssir din id-domanda parlamentari, jerġgħu jibdew jiffunzjonaw mill-iktar fis?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta taf bil-ħsara u qed tmexxi biex it-tiswijiet jibdew fl-iqsar żmien possibli.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — reklam fil-Gazzetta KullĦadd
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom.
Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televi¿ivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts.
Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan.
L-approvazzjoni tar-reklamar issir skont il-proċeduri stabbiliti. Għal dan il-għan intu¿aw fondi allokati apposta fil-baġit tal-Ministeru bl-ispiża ta’ €700 (VAT eskluża).
B'referenza għall-proġett tal-Port tal-Imġarr iffinanzjat mil-Unjoni Ewropea li nbeda fis-sena 2019 biex jitnaddaf, jinbidlu l-puntuni u jiżdiedu l-faċilitajiet għas-sajjieda, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-proġett huwiex lest minn kollox u jekk le, x' fadal isir u meta se jsir? Jista’ l-Ministru jgħid kif se jitqassmu l-madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes tas-sajjieda, u min se jkun preferut l-ewwel bejn MFA, MFB jew xi MFC u MFD? Jista’ jgħid ukoll sena b'sena mis-sena 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm kien hemm fuq il-
waiting list
tal-Awtorità mill-uffiċċju tal-Imġarr biex ikollom irmiġġ ġdid u kemm minnhom huma MFA, MFB MFC jew MFD?
Response (BORG, IAN)
Dan l-investiment ta’ €6 miljun b’fondi tal-Unjoni Ewropea, li qed jiġi finalizzat bl-aħħar irqaqat, kien jinkludi t-tħammil ta’ parti minn qiegħ il-baħar fil-port tal-Imġarr li għal snin twal tħalliet timtela b’ħama u materjal ieħor, kif ukoll il-bini mill-ġdid tal-mollijiet fil-Menqa tal-Port, l-inħawi li jużaw is-sajjieda. Infrastructure Malta nstallat erba’ puntuni ġodda u faċilitajiet oħrajn għal aċċessibilità aħjar, aktar sigurtà u iżjed spazji ġodda fejn is-sajjieda jistgħu jorbtu d-dgħajjes u l-laneċ tagħhom għall-kenn tal-Port. B’organizzazzjoni aħjar tal-puntuni ġodda se jiżdiedu madwar 90 post ġdid għall-irmiġġ tad-dgħajjes ta’ sajjieda li ilhom snin twal jistennew li jingħataw spazju fejn jorbtu b’mod sigur l-opri tal-baħar li jaqilgħu l-għixien tagħhom minnhom.
Il-postijiet godda ghall-irmigg tad-dghajjes tas-sajd gewwa l-Port tal-Imgarr ser jitqassmu skond l-applikazzjonijiet sottomessi u milqugha mill-Awtorita’ tat-Trasport.
L-ewwel preferenza ser tingħata lid-dgħajjes reġistrati MFA, it-tieni għal dawk reġistrati MFB u t-tielet ghal dawk reġistrati MFC u MFD.
L Awtorita’ għandha rekords u data tal-applikazzjonijiet u waiting list sa mill-2014 kif ġej:
MFA - 2014: 1; 2015: 2; 2016: 5; 2017: 0; 2018: 2; 2019: 10; 2020: 4; 2021: 1
MFB - 2014: 3; 2015: 13; 2016: 7; 2017: 5; 2018: 5; 2019: 17; 2020: 6; 2021: 4
MFC - 2014: 6; 2015: 28; 2016: 5; 2017: 6; 2018: 5; 2019: 45; 2020: 11; 2021: 17
MFD- L-ebda applikazzjoni
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jsir ix-xogħol ta’ tindif ta’ Wied l-Għeriexem u ssir ukoll it-tiswija ta’ Triq il-Marċ li tagħti għall-istess wied?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq il-Marġ ser jibdew fiż-żmien li ġej, wara li jibda jtaffi l-istaġun tax-xita, peress li x-xogħlijiet jinvolvu wkoll titjib f’sistemi ta’ ġbir tal-ilma tax-xita li hemm fl-istess inħawi. Dwar il-parti l-oħra tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindika eżattament għal liema post qed jirreferi.
San Pawl il-Baħar – Triq il-Pwales – tneħħija ta’ kajjik
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-kajjik li hemm fi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar u li fuqu saru diversi rapporti, inkluż ma’ Transport Malta, jitneħħa minn din l-istess triq mill-iktar fis, u dan wara li dan il-kajjik kien inkluż f’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li l-kajjik tneħħa xi żmien wara li sar l-avviż fuq l-Gazzetta tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir ix-xogħol meħtieġ f’toroq li kienu saru bit-tarmac fis-sajf li għadda (sajf 2021) fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ fil-limiti tal-Imġarr fejn qabel ma sar it-tarmac, l-ilma tax-xita kien jaqbeż il-baħar filwaqt li issa l-ilma ta’ xita qiegħed jaqbeż fl-għelieqi u jispiċċa jieħu l-ħamrija u qala’ lis-sqaq u l-passaġġi li hemm fir-raba’ tal-bdiewa u din il-ħsara żżomm lill-bdiewa milli jidħlu ir-raba’?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li fiż-żmien li għadda twettqu diversi xogħlijiet minn entitajiet differenti f’diversi toroq rurali fl-inħawi indikati, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jindika eżattament fejn tinsab id-diffikultà li qed tissemma’ sabiex jekk hemm bżonn isir xi titjib, dan jitwettaq minnufih.
Santa Luċija – Triq il-Ġjacinti – rapport dwar l-istat tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jindika x'rapporti saru dwar l-istat tat-Triq il-Ġjaċinti, Santa Luċija u jekk kemm-il darba tul din is-sena hijiex ser tkun qiegħda ssir mill-ġdid u jekk iva meta huwa previst li tinbeda?