Għawdex — Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva - Labourers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu labourers mal-Ministeru tiegħu f'Għawdex mill-1 ta’ Ġunju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kienu ilhom jirreġistraw għax-xogħol ma’ JobsPlus? Jista' jgħid f'kull ingaġġ li sar, meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiki u esperjenza ried ikollu min japplika? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa? Jista' jgħid ukoll, każ b'każ, x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawk li ġew ingaġġati u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet? Jekk iva, x'korsijiet kienu? Jista’ jgħid ukoll fejn qed jaħdmu fil-preżent u l-ħinijiet tax-xogħol li qed jaħdmu dawn il-ħaddiema? Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2025?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Sptarijiet f’Malta u f’Għawdex — Persuni li qed jirċievu kura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jirċievu kura fl-isptarijiet differenti f'Malta, inkluż l-Isptar Mater Dei, l-Isptar Karin Grech, l-Isptar Monte Karmeli, l-Isptar Ġenerali t'Għawdex, u r-Residenza San Vinċenz de Paul, minħabba li jinsabu bla dar? Jista' jipprovdi din l-informazzjoni kemm dwar is-sitwazzjoni preżenti kif ukoll għas-sena 2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex kien hemm każ wieħed matul l-2024 u ebda każ fil-mument.
Fl-isptar Karen Grech, kien hemm 4 matul l-2024 u 7 b’kollox fil-mument.
Għar-rigward tal-isptar Mter Dei, kull pazjent hu riferut għall-kura u ma jinżammux hemm bla bżonn.
Ġewwa r-Residenza San Vinċenz, jidħlu biss dawk l-anzjani li l-kundizzjoni tagħhom hi ta’ Kategorija 1.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tiswa l-konsulenza għall-Costings tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll jekk tistax tinħareġ tender sabiex ikun hemm iktar konkorrenza u kompetizzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset id-ditta u/jew individwu għall-konsulenza dwar il-Costings tas-servizzi tal-Isptar Mater Dei f’dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kif jinqasam il-ħlas bejn id-dipartimenti u l-entitajiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jippubblika tabella li turi l-kawżi tal-imwiet f'Malta għas-snin 2023 u 2024, bl-istess format li ntuża fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16663? Jista’ bl-istess mod il-kawżi tal-mewt juru speċifikament dawk kawżati minn inċidenti tat-traffiku, inċidenti fuq il-post tax-xogħol, omiċidji, suwiċidji, u kawżi oħra li jidhirlu li huma pertinenti, filwaqt li l-imwiet minn kawżi naturali juru kemm kienu dawk kawżati minn attakki tal-qalb, dijabete, kanċer, u mard jew kundizzjonijiet oħra li jidhirlu għandhom ikunu inklużi? Jista' wkoll jissepara din l-informazzjoni skont firxa ta' etajiet kif sar fil-mistoqsija indikata?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm dwar il-ftuħ ta’ ċentru, fejn ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar ikunu jistgħu jinqdew għall-bżonnijiet mediċi tagħhom u għal xi servizzi oħra bħal dawk li kienu jiġu pprovduti fil-berġa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li nħarġu sejħiet għall-post fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar sabiex jinstab sit adekwat biex jintuża bħala Klinika fil-Komunità, iżda ħadd ma applika. Il-Kunsill Lokali ġie wkoll avviċinat iżda sa issa ma nstab l-ebda post li jista’ jintuża bħala klinika.
Strateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali — Proposti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew implimentati proposti mill-Istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa Mentali? Jista’ jgħid ukoll liema huma l-proposti mwettqa u liema għadhom pendenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 10849 u 14919 li kienu dwar rati ta’ suwiċidji mill-2013 ’il quddiem, jista’ l-Ministru jispjega d-diskrepanza fiċ-ċifri li ngħataw fl-istess tweġibiet? Jista’ l-Ministru jagħti ċ-ċifri korretti u definittivi?
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11994 u 12721 li kienu dwar attentati ta’ suwiċidji, jista’ l-Ministru jispjega d-diskrepanza fiċ-ċifri li ngħataw fl-istess tweġibiet? Jista’ l-Ministru jagħti ċ-ċifri korretti u definittivi?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ persuni li rrikorrew f’kull ċentru tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’nazzjonalità kellhom dawk il-persuni li rrikorrew f’kull ċentru tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li s-sistema elettronika tad-data tal-pazejnti tad-Dipartiment tal-Kura Primarja ma żżomx data skont in-nazzjonalità tal-pazjent/a.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema faxxa ta’ età kienu dawk in-numri ta’ persuni li rrikorrew f’kull ċentru tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentri tas-Saħħa — Pazjenti b’appuntament ta’ outpatients
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li rrikorrew f’kull ċentru f’Malta u f’Għawdex, żaru ċ-ċentru tas-saħħa b’appuntament ta’ outpatients, matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ċentri tas-Saħħa — Pazjenti għal emerġenza għat-tabib
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li rrikorrew f’kull ċentru tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex, żaru ċ-ċentru tas-saħħa bħala emerġenza għat-tabib, matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawk il-persuni li rrikorrew f’kull ċentru tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex, kienu ta’ nazzjonalità barranija matul is-sena 2024, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll ta’ liema nazzjonalità kienu?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24552, jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kemm kien hemm talbiet għas-servizz tas-Silver T, matul is-sena 2024, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni miġbura qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità San Vinċenz de Paul — Proġetti u xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25093 u jgħid xi proġetti u xogħlijiet għaddejjin bħalissa fil-Faċilità San Vinċenz de Paul? Jista’ jgħid ukoll min qed iwettaq dawn il-proġetti u xogħlijiet u meta ser ikunu qegħdin jiġu ffinalizzati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.