Legislature:
Category:
Reset
Active:

Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi — ration ta' fuel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-vetturi użati mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi, inkluż it-trakkijiet, qegħdin jingħataw ration ta' fuel ta' 130 litru fix-xahar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-kwota ta’ 130 litru fix-xahar ġiet applikata fuq light vehicles u vanijjiet sabiex inkattru l-effiċjenza fl-użu tat-trasport tagħna. Hemm vetturi li minhabba esiġenza tax-xoghol għandhom permess li jaqbżu din il-kwota. Dawn jinkludu l-ambulanzi tal-Animal Welfre u vetturi tad-Dipartiment tat-tindif. Din il-kwota ma hiex applikata fuq trakkijiet jew heavy plant.

Summit ta' Cancun

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'riżultat tas-Summit ta' Cancun dwar it-tibdil tal-klima kif tista' tiġi effettwata l-pożizzjoni tagħna bħala Annex 1 Country f'termini ta' obbligi fl-immedjat u fil-ġejjieni qarib? It-terms of reference tagħna taħt il-UNFCCC ser jiġu b'xi mod effettwati minħabba li f'Ottubru li għadda għamilna dan il-pass u sirna pajjiż Annex 1?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim ta’ Cancun ifformalizza l-wegħdiet volontarji tal-pajjizi sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom. L–UE ma bidlitx il-posizzjoni taghha f’dan ir-rigward u għaldaqstant Malta ma ħaditx fuqha l-ebda obbligi ġodda ta’ mitigazzjoni. L-ebda targets tal-mitigazzjoni li jorbtu lill-pajjiżi ma nftiehmu jew ġew adottati fil-konferenza ta’ Cancun u għaldaqstant Malta ma ħaditx fuqha l-ebda obbligi ġodda f’dan ir-rigward.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — inkjesti/investigazzjonijiet u stħarriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inkjesti/investigazzjonijiet/stħarriġ interni f’kull dipartiment/uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu f’dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid kemm minnhom għadhom pendenti u kemm ġew konklużi? Jista' jgħid in-natura tal-każ? Jista' jgħid id-dipartiment konċernat u l-kariga tal-persuni involuti, jekk itteħdux passi dixxiplinarji/legali u jekk ġew sospiżi xi nies?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — voti approvati li ma ġewx utilizzati

Question

B'referenza għall-Estimi 2010 approvati mill-Parlament, jista' l-Ministru jagħti d-dettalji item item, kemm mill-voti approvati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ma ġewx utilizzati (minfuqa) inkluż il-Voti taħt Contributions to Government Entities, Programmes and Initiatives u Kapitali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant. Tajjeb li jingħad li fir-rigward tal-fondi kapitali hemm fondi strutturali tal-Unjoni Ewropea li minkejja li s’issa ma ġewx utilizzati dawn ma ntilfux u se jiġu utilizzati fis-sena kurrenti.

Bozoz energy saving — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ammont kbir ta' bozoz energy saving li tqassmu b'xejn diġà nħarqu, meta suppost iservu għal eluf ta' sigħat? Kemm swiet lill-gvern din l-iskema tal-bozoz energy saving? Jista' jgħid kemm iffrankat flus Malta b'riżultat dirett tal-iskema tal-għoti tal-bozoz energy saving?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Dwar l-ewwel parti nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk jaf b’xi każijiet speċifiċi jgħid lill-benefiċċjarji sabiex jirreferu l-każ lill-Malta Standards Authority. Nirreferih ukoll għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 16482. Jekk wieħed juża il-cost ta’ fjuwil tal-Korporazzjoni Enemalta biex tiġġenera 1 kWhr hu 11c, u tassumi savings ta’ 47kWh minn kull bozza kull sena, il-pajjiż għandu jiffranka bejn wieħed u ieħor €4.5miljun kull sena għal madwar 10 snin.

Waste Serve

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li qed iservu bħalissa ma' diversi entitajiet, fergħat stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u jew dipartimenti tal-Waste Serve li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba ta' JF Security Services jew xi kumpanija sussidjarja tagħha? Jista' jagħti breakdown - mingħajr ismijiet - tad-diversi postijiet fejn dawn qed iservu u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-WasteServ qed tixtri s-servizz ta’ 231 ħaddiem full time li qegħdin fuq il-kotba tal-kumpannija indikata mill-Onor. Interpellant. Dawn il-ħaddiema jaħdmu kemm fl-uffiċċji kif ukoll fis-siti, li huma l-impjant ta’ Sant’ Antnin, l-Għallies, l-Inċineratur, Wied Fulija, Ċentri ta’ Skart Goff ta’ Hal Far, Mrieħel, Ħal Luqa, Magħtab u tal-Kus, il-Qortin u t-TREE Centre. Skont tender pubbliku, dawn il-ħaddiema huma mqassma kif ġej: 10 Uffiċjali eżekuttivi, 27 skrivan, 32 Xufiera, 7 Supervisors, 16 Operatives, 122 Waste Sorters, 5 Technical Officers u 12 Weighbridge Operators.Ninforma lill-Onor Interpellant li filwaqt li l-impjanti l-ġodda li fetħu ħolqu domanda għal impjiegi ġodda, pajjiżna għadu qed jikseb esperjenza fit-tħaddim u fl-operat ta’ dawn l-impjanti u għalhekk hija meħtieġa flessibilità fl-ingaġġ tal-ħaddiema kkonċernati.

Unjoni Ewropea — Għajnuna lis-settur tal-ħalib

Question

Jista' l-Ministru fuq il-bazi li matul in-negozjati għad-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, il-Gvern kien qal li l-qasam tal-ħalib kellu jingħata appoġġ finanzjarju €19.72 miljun sal-2010 (http://www.meusac.gov.mt/Portals/FME/Documents/AGGSE16e_Agriculture.pdf), jagħti rendikont, sena b' sena mill-2004 sal-2010 kemm tħallsu minn dawn il-flus u kif intużaw? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux beħsiebu jkompli jagħti għajnuna minn din is-sena 'il quddiem lis-settur tal-ħalib? Jekk iva, kemm se tkun din l-għajnuna, fuq kemm snin u kif se tingħata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Siġar tal-frott ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx possibilità li jiġu introdotti varjetajiet ġodda ta' siġar tal-frott f'Malta u f'Għawdex, b'riżultat tal-Micro-Propagation Centre li għandu l-gvern? Jekk iva, liema tip ta' frott hu mistenni li jiġi introdott?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-pjan tal-Laboratorju tal-Mikropropagazzjoni ġewwa l-Micro-Propagation Centre (li l-isem ġie mibdul f'Plant Biotechnology Centre fis-sena 2000) mhuwiex li jinħolqu fi ћdanu varjetajiet ġodda ta’ siġar tal-frott, proċess li jissejjaћ breeding. Biex tagħmel dan il-proċess, wieħed irid ikollu ċertu teknika u apparat speċjalizzat, li ma jinsabx ġewwa l-laboratorju msemmi.

MEPA — proġetti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li għalihom xi dipartiment li jaqa' taħt il-Ministeru applika għall-permessi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex ikun jista' jagħmel żviluppi fl-inħawi li jiffurmaw parti mil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Liema proġetti oħra li se jsiru mill-Ministeru f'dawn l-istess inħawi diġà għandhom il-permessi neċessarji mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-Ministeru tiegħi qiegħed fil-proċess li jiżviluppa water park f’Buġibba fix-xhur li ġejjin. L-applikazzjoni għall-permess tinsab quddiem il-MEPA.

Waste Treatment and Trasfer Facilty — implementation u disbursement schedule

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar s’issa fuq il-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex? X’jonqos isir? Meta mistenni li jitlesta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement li jinkludi l-implementation u d-disbursement schedule dwar dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi t-tender għall-Project Management tal-iżvilupp tal-proġett tal-Waste Treatment and Transfer Facility ta’ Għawdex ġie awarded u t-tender għall-kostruzzjoni tal-istess proġett qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti lest biex jiġi ppublikat. Wara li jkun awarded il-kuntratt tax-xogħlijiet, mistenni li l-proġett jieħu 18-il xahar biex jinbena. Il-grant agreement għal dan il-proġett għadu mhux magħluq. Ta’ min jinnota li l-proċess tal-applikazzjoni tal-MEPA ittawwal aktar milli kien maħsub minħabba oppożizzjoni inizjali mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija.

Tneħħija ta' siġar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22350, wara x-xogħol li sar u l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ntalbu biex jneħħu s-siġar imma peress li dan huwa post tal-gvern, dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jara li l-ħaddiema tal-agrikoltura jagħmlu dan ix-xogħol biex jitnaqqas l-inkonvenjent?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li din hija responsabbiltà tal-kunsill lokali u għalhekk nitolbu jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Amministrazzjoni tal-Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu ħsieb l-amministrazzjoni tal-Pitkalija? Kemm ilha din il-persuna impjegata mal-gvern? X'inhuma l-kwalifiki tagħha u kif ġiet impjegata?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat illi l-pitkalija taqa taħt ir-risponsabbilità tad-Direttur tas-Swieq bl-Ingrossa u Facilitajiet tal-Flotta tas-Sajd. L-uffiċjal fl-inkariku bħalissa, ilu impjegat tal-gvern mill-1983 u laħaq Direttur fl-2004 wara li ħarget sejħa skont ir-regolamenti tal-gvern.

Pubblikazzjoni fuq il-wind data

Question

Billi l-gvern wera li issa jinsab lest li jippubblika l-wind data dwar is-Sikka l-Bajda u proġetti oħrajn iġġenerati mir-riħ, jista' l-Ministru jimpenja ruħu li wind data simili tiġi trasmessa permezz tal-internet online ħalli tkun ta' public domain għal kull investitur prospettiv?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Bħalma jaf l-Onor. Interpellant, kwalunkwe data li hemm bżonn biex investitur prospettiv jagħmel użu minnha għandha tinġabar minn proċess formali u mhux minn fuq l-internet.

Low interest concessional loan fuq l-ekonomija ħadra

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk qattx saret xi offerta lill-Gvern Malti mill-Gvern Ċiniz għal-low interest concessional loan marbut ma' inizjattivi marbuta mal-ekonomija l-ħadra, b’mod partikolari bl-appoġġ ta' GNERI, wieħed mill-istituti ewlenin tar-riċerka fl-enerġija solari madwar id-dinja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li sal-lum ma saret l-ebda offerta bħal din.

Leġislazzjoni fuq solar roof rights

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-leġislazzjoni li kien qed jikkunsidra l-gvern dwar solar roof rights kif kienet issuġġeriet l-Oppozizzjoni Laburista żmien ilu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-qafas legali li jista' jirregola s-solar roof rights għad irid jiġi determinat fil-kuntest ta' liġijiet oħra bħalma huma dawk tal-ippjanar u l-proprjetà privata. Qed isiru laqgħat bejn uffiċjali tal-MRRA u entitajiet oħra għal dan il-għan.

Xemxija — informazzjoni rigward min jieħu ħsieb is-siġar taż-żebbuġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk il-masġar taż-żebbuġ li hemm matul il-bajja tax-Xemxija fil-fatt hux kollu amministrat mill-BirdLife? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar taħt liema kundizzjonijiet ta' tindif ingħatat din l-art lill-BirdLife? Billi din l-art, minbarra li hi mimlija siġar taż-żebbuġ hi ukoll biċċa art li tinsab f'parti ċentrali f'San Pawl il-Baħar, jista' jiġi assigurat li din l-art tinżamm nadifa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li din il-materja tikkonċerna l-Uffiċju tal-Prim Ministru nissuġerixxi l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Wied tas-Salina — Proġetti

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21988 u mbagħad b'referenza għad-domandi parlamentari msemmija fl-istess risposta, u ċioè 5591, 15699 u 18146, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi li seħħew minn meta ngħataw dawk ir-risposti sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li t-tender tax-Ximenes Reboubt se tiġi publikata fil-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li t-tenders għar-restawr tas-Salini, għal-bini tal-huts u għall-project management qegħdin jiġu vetted mill-kuntratti u dalwaqt ikunu publikati. Il-fondi Ewropej (EAFRD) huma diġà approvati.

nefqa kapitali fuq park nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali f'Malta u f'Għawdex separatament kull sena mill-2003 sal-2010 fuq: a) parks Nazzjonali; b) Afforestazzjoni; u ċ) l-ħarsien tal-kampanja? Fiex kienet tikkonsisti n-nefqa f'Għawdex ta' kull sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

bdiewa, raħħal u sajjieda — għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-għajnuna finanzjarja li l-bdiewa/raħħala u s-sajjieda Maltin u Għawdxin separatament rċevew kull sena mill-2004 'l hawn minn fondi tal-Unjoni Ewropea? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont il-programm, l-iskema eċċ.?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Tkabbir ta' magna ta' dgħajsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li għandha dgħajsa li hija kbira 17-il pied u mgħammra b'magna ta' 1.8 hp u bi break hp ta' 54, jistax ikabbar il-magna ta' din id-dgħajsa?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-permessi għat-tkabbir tal-magni fuq dgħajjes mhux marbut mat-tul iżda mal-kategorija tal-bastiment.