National Archives Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti min-National Archives Council u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
National Council for Cultural Heritage — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti min-National Council for Cultural Heritage u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
National Festivities Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti min-National Festivities Committee u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
National World Heritage Sites Technical Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti min-National World Heritage Sites Technical Committee u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Pjazza Teatru Rjal Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Pjazza Teatru Rjal Board u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Ta’ Qali Projects Management Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti minn Ta’ Qali Projects Management Committee u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm sbatax-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-individwu, li d-dettalji dwaru ingħataw separatament, mhuwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru jew Segretarju Parlamentari.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali - Rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari, jgħid jekk l-individw,u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-individwu, li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, mhuwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru jew Segretarju Parlamentari.
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar — pjanti għall-Project Green
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9776 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proposti li saru mill-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar għal dak li jikkonċerna Project Green? Liema kienu dawn il-proposti?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti miltuba, ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif diġà tħabbar pubblikament, fil-każ ta’ San Pawl il-Baħar intgħażel proġett ieħor taħt l-ewwel sejħa tal-Community Greening Grant. Dan il-proġett kien propost mill-Bird Life biex art mitluqa, li hemm maġenb il-masġar tas-Simar fix-Xemxija, se ssir aktar aċċessibbli għall-pubbliku biex titgawda bħala picnic area sostenibbli.
Ninsab infurmat ukoll li Project Green qed tkompli titkellem mal-applikanti li l-proġetti tagħhom ma ntgħażlux, taħt l-ewwel sejħa tal-Community Greening Grant, biex tara kif dawn il-proġetti jistgħu jsiru ambjentalment aktar sostenibbli bil-possibbiltà li eventwalment jitwettqu.
Marsaskala — Triq il-Qaliet – traffic calming measures
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1878 u 3578, jista’ l-Ministru jindika jekk il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala wettaqx ix-xogħol fuq in-numru ta’ traffic calming measures approvati mill-Awtorità għat-Trasport fi Triq il-Qaliet biex jiġu evitati inċidenti? Jekk le, x’inhi r-raġuni li dan ix-xogħol ma sarx?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala illi l-proġett ta’ resurfacing tal-imsemmija triq kien sar minn Infrastructure Malta imma r-raised pedestrian crossing li kien hemm ma reġgħetx saret kif kienet - Humped Crossing : Humped Crossing approvata f’Marzu 2015 – Registry File No. – 35/TM/15/04.
Il-Kunsill għalhekk issa bagħat lil InfrastructureMalta sabiex jerġgħu jagħmlu din ir-road hump peress li kienet hemm qabel ma sar il-proġett ta resurfacing u allura ix-xogħol irid isir kollu kif kien qabel.
Ninforma wkoll illi Il-‘50 km/h speed signs’ se jiġu ordnati mil-Kunsill u ser jitwaħħlu hekk kif dawn jiġu delivered.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux studji qabel ittieħdet id-deċiżjoni sabiex tiġi mblukkata/ostakolata b'mod permanenti tieqa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, bil-konsegwenza li dawl naturali li sa llum seta’ jidħol minn tali tieqa, issa mhux se jkun possibbli iktar? Jekk fil-fatt saru studji, jista’ jgħid meta saru dawn l-istudji, minn min saru tali studji kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istudji?
Response (BONNICI, OWEN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra press statement li ħarġet il-Fondazzjoni tal-konkatidral ta’ San Ġwann datata s-Sibt li għadda.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (BONNICI, OWEN)
Waqt li l-Onor. Interpellant għandu premessa żbaljata, jien informat li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi għamel talba lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex ir-rampa inkwistjoni, li kienet f’kundizzjoni ħażina ħafna minħabba li l-aħħar li saret kien żmien twil ilu, tiġi rranġata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9897 u 10099, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet rispettivament, u jgħid jekk ċint li jinsab ħiereġ fi Triq G. F. Agius De Soldanis f’Santa Venera, huwiex qiegħed jipprotrudi fuq triq pubblika u jostakola l-via tat-triq? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi regolata jekk ma tkunx konformi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Venera illi iċ-ċint in-kwistjoni qiegħed jipprotrudi fuq bankina pubblika u mhux it-triq. Sa dan l-istadju għadu mhux magħruf minn naħa tal-Kunsill Lokali min seta’ kien responsabbli għall-bini tal-istess ċint.
Peress li din il-materja mhix fil-kompetenza tal-Kunsill Lokali, il-kunsill qiegħed jinforma lill-Awtorità tal-Ippjanar b’dan il-każ għal kull azzjoni meħtieġa minn naħa tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8575 u 8576, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża rispettivament, u jgħid jekk hemmx pjanijiet li ssir latrina pubblika fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mosta li dan il-Ġnien ġie devolut lill-Kunsill ftit tal-jiem ilu u li dwaru hemm pjani li ssir latrina pubblika fost xogħlijiet oħrajn anċillari relatati.
Malta International Contemporary Art Space — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Malta International Contemporary Art Space u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Malta Libraries Council — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Malta Libraries Council u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Malta Philharmonic Orchestra Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill -Malta Philharmonic Orchestra Board u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?
Malta Society for Arts, Manufacture and Commerce Board — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħha biex tiffprma parti mill-Malta Society for Arts, Manufacture and Commerce Board u jgħid ukoll jekk hijiex qed tattendi fil-kapaċità personali tagħha jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lilha?
Manoel Theatre Management Committee — Kompetenzi u remunerazzjoni ta’ individwi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kompetenzi relevanti tal-individwi li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament li jiġġustifikaw in-nominazzjoni tagħhom biex jiffurmaw parti mill-Manoel Theatre Management Committee u jgħid ukoll jekk humiex qed jattendu fil-kapaċità personali tagħhom jew ex officio u x’inhi r-remunerazzjoni mogħtija lil kull individwu?