Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal- Advisors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija kif qed tkun preżentata fi tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Età legali taż-żwieġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux intenzjoni li jara li l-età legali taż-żwieġ titla’ għal 18-il sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern qed jara x’passi jistgħu jittieħdu, anke fid-dawl tat-tibdil li seħħ fis-soċjeta tagħna min mindu daħlet il-liġi taż-żwieġ f’pajjiżna.

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 693, 1600 u 2517 li sal-lum għadhom ma ġewx imwieġba għaliex skont il-Ministru t-tagħrif għadu qed jinġabar, minkejja li l-ewwel mistoqsija ilha li saret minn Mejju li għadda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-pensjonijiet żdiedu b’mod konsiderevoli fl-aħħar snin, grazzi għall-politika Laburista, bid-differenza minn amministrazzjonijiet preċedenti li ma żiduhomx ċenteżmu. Għal aktar informazzjoni dettaljata nitob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lill-mistoqsija parlamentari bin-numru 24454. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu xi forma ta’ pensjoni u benefiċċji oħra li jammontaw għal anqas minn €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021 huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Pensjoni Irġiel Nisa Total Pensjoni tal-Età 345 1374 1719 Pensjoni tal-Irtirar 1887 5283 7170 Pensjoni tar-Romol 56 909 965 Pensjoni tal-Invalidtà 539 422 961 Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li minbarra l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali ħafna jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra li fejn huma magħrufa ġew magħduda biex inġabret din l-istatistika waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li mhux ġej minn benefiċċji u li m’huwiex inkluż.

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 692, 1599 u 2518 li sal-lum għadhom ma ġewx imwieġba għaliex skont il-Ministru t-tagħrif għadu qed jinġabar, minkejja li l-ewwel mistoqsija ilha li saret minn Mejju li għadda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pensjonijiet żdiedu b’mod konsiderevoli fl-aħħar snin, grazzi għall-politika Laburista, bid-differenza minn amministrazzjonijiet preċedenti li ma żiduhomx ċenteżmu. Għal aktar informazzjoni dettaljata nitob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat lil mistoqsija parlamentari bin-numru 24454. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu xi forma ta’ pensjoni jew benefiċċji oħra li jammontaw għal anqas minn €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021 huwa skont it-tabella t’hawn taħt: Tip ta’ Pensjoni Irġiel Nisa Total Pensjoni tal-Età 53 322 375 Pensjoni tal-Irtirar 292 1506 1798 Pensjoni tar-Romol 13 68 81 Pensjoni tal-Invalidità 0 1 1 Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellanta li minbarra l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali ħafna jkollhom benefiċċji jew pensjonijiet oħra li fejn huma magħrufa ġew magħduda biex inġabret din l-istatistika waqt li jista’ jkollhom dħul ieħor li mhux ġej minn benefiċċji u li mhuwiex inkluż.

Pensjoni tar-romol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet iż-żieda li ngħatat din is-sena lill-persuni kollha li jirċievu l-pensjoni tar-romol? Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni li kienu intitolati għal din iż-żieda?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Pensjoni kontributorja — Persuni li ma jikkwalifikawx

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja qed jieħdu bonus annwali? Jista' jgħid kemm hemm persuni li qed jieħdu bonus ta' €400 fis-sena u kemm huma dawk li qed jieħdu bonus ta’ €500 fis-sena? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn in-nies huma nisa u kemm huma rġiel?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s’issa, matul din is-sena, in-numru ta’ persuni li ħadu l-bonus annwali ‘l għaliex ma jikkwalifikawx għal pensjoni kontributorja kien jammonta għal 13,803, kif qed ikun indikat fit-tabella t’hawn taħt: Bonus ta’ €400 Bonus ta’ €500 Nisa 5,903 6,841 Irġiel 658 401

Low Wage Commission – ħidma rigward il-paga minima

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2324, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret matul l-aħħar sena mil-Low Wage Commission b’rabta mal-iżviluppi dwar il-paga minima f’pajjiżna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Servizzi tal-LEAP

Question

Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettal is-servizzi kollha li qed jingħataw miċ-Ċentri LEAP u jekk dawn iċ-Ċentri għandhomx is-servizz tal-Outreach biex jintlaħqu aktar mill-qrib, persuni vulnerabbli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2019, is-servizz li kien jingħata mill-programm LEAP għadda għand l-Aġenzjia għas-Servizzi Terapewtiċi u tal-Komunità (ACTS). Hekk kif gwidat mill-Politika Strateġika Nazzjonali għal tnaqqis fil-faqar u l-inklużjoni soċjali (2014-2024), l-għan ewlieni tibqa’ l-ħidma multidixxiplinarja fil-komunità favur tisħiħ tal-iżvilupp soċjali ħolistiku. L-Aġenzija għandha numru ta’ Ċentri għall-Familji fil-Komunità madwar Malta, speċifikament fil-Qawra, fil-Mosta, fl-Imsida, fil-Belt Valletta, fil-Birgu, f’Sta Luċija, f’Ħal-Qormi, f’Ħaż-Żabbar, f’Ħal-Kirkop u f’Marsaskala. Minn dawn iċ-ċentri, l-Aġenzija toffri is-servizz ta’ Community Social Work u Community Mentoring li huma mibnija fuq il-prinċipji ta’ żvilupp tal-komunità. Hemm ukoll ċentru simli fir-Rabat, Għawdex, immexxi mid-Direttorat għas-Servizzi f’Għawdex, li joffri wkoll kemm dawn is-servizzi u kemm is-servizzi l-oħra kollha tal-Fondazzjoni ġewwa l-gżira Għawdxija. Permezz ta’ din il-ħidma, il-familji u l-komunitajiet ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar mibnija fuq is-sisien ta’ żvilupp soċjali sostenibbli. Il-qofol tal-ħidma soċjali fil-komunità jintlaħaq billi jiġu ndirizzati problemi soċjali li jkunu qed itaqqlu il-ħajja ta’ tfal, familji u individwi oħra fil-komunità. Is-servizzi huma mibnija fuq filosofija iffukata fuq il-klijent fil-kuntest tal-komunità li jgħix fiha. Għaldaqstant minn kull ċentru issir ħidma favur tisħiħ tan-networks soċjali u billi jsir użu minn servizzi u riżorsi li jeżistu fil-komunità bħala mezz effettiv kif jinstabu soluzzjonijiet li jkun addatati għall-kommunitajiet rispettivi. Permezz tal-community development workers jinbnew ukoll partnerships mar-residenti u gruppi importanti għall-komunità filwaqt li jħaddnu u jixprunaw kull opportunità mibnija fuq ġustizzja soċjali, ugwaljanza u inklużjoni. Is-servizzi tal-professjonisti huma offruti bi pjan ta’ kura bi qbil bejn il-partijiet nvoluti. Dan iservi bħala pjan ċar ta’ x’inhu mistenni minn kulhadd filwaqt li jpoġġi miri speċifici ta’ fejn wieħed irid jasal hekk kif ikun indikat mill-ezerċizzju tal-assesjar. Is-servizzi tal-Aġenzija huma mibnija fuq perspettivi innovattivi u multi-dixxiplinarji. Fejn il-bżonnijiet jirrikjedu għajnuna speċjaliżżata issir riferta (referral) għas-servizz ikkonċernat. Is-Social Workers u l-Mentors jagħmlu żjarat fid-djar, jiltaqgħu ma’ professjonisti oħra relevanti għall-kaz, kif ukoll jattendu għall-case conferences skont il-bżonn. Ikun hemm drabi fejn il-klijenti jiġu akkumpanjati għal xi visti li jkunu importanti bħal sptar jew laqgħat tal-iskola. Permezz ta’ numru ta’ outposts fejn professjonisti jiltqgħu mal-membri tal-komunità, darba f’ġimgħa fl-Isla, f’Bormla, fix-Xgħajra, f’Birżebbuġa, fil-Fgura, f’Raħal Ġdid, f’Birkirkara, fil-Furjana u fir-Rabat, l-Aġenzija tagħmel Outreach ma’ persuni li tradizzjonalment ma jersqux lejn is-servizz fil-komunita’. Dawn l-outposts iservu bħala waħda mill-għodod tal-Aġenzija sabiex isir outreach ma’ min huwa vulnerabbli jew għandu diffikultajiet iżda jsibha diffiċli jersaq lejn is-servizzi formali. Dan huwa possibbli bi sħab ma’ entitajiet oħra fil-komunita’ bħal parroċċi u kunsilli lokali li mhux biss jipprovdu post għall-professjonisti iżda jgħinu persuni b’diffikultajiet jersqu lejn l-imsemmija servizzi. Outpost simili, immexxi wkoll mid-Direttorat għas-Servizzi f’Għawdex, huwa dak offrut minn Marsalforn, Għawdex. Permezz ta’ inizjattivi oħra fil-komunità, l-istaff tal-Aġenzija jieħu sehem attiv f’outreach ta’ forom differenti skont il-bżonn tal-komunita’ u tar-residenti tagħha. Dan isir permezz ta’ żjarat fid-djar ta’ persuni li ma jibbenefikawx mis-servizzi, visti f’toroq fil-komunita’ (magħruf ukoll bħala mapping) u attivitajiet fil-komunità li fihom ikunu mistiedna residenti tal-komunità, fost oħrajn. L-Aġenzija temmen ukoll fil-ħiliet u l-abilitajiet tar-residenti. Din il-perespettiva tgħin sabiex inħarsu lejn residenti mhux biss bħala persuni vulnerabbli iżda ukoll biex nidentifikaw liema ħiliet u abilitajiet, tagħhom u tal-oħrajn, jistgħu jgħinuhom biex jegħlbu d-diffikultajiet tagħhom.

Ċentru terapewtiku għal minuri bi problemi ta’ mġiba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isir iċ-ċentru terapewtiku għal minuri bi problemi ta’ mġiba u liema kienu r-raġunijiet li ntgħażlet l-art fl-Imtarfa biex isir il-proġett?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat, il-ħlas lil Media.link għal reklamar kien jammonta għal €39,043.29.

Foster parents – sussidju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-ħlasijiet supplimentari li jitħallsu foster parents, jiġux meqjusa bħala dħul meta jsir il-means testing biex tiġi kkalkulata l-kategorija ta' sussidju ta' kera mill-Housing Authority? Jekk iva, ma jaħsibx li huwa inġust li ħlas li qed jingħata biex jintefaq fuq it-tfal, qed jiġi meqjus bħala dħul għal dawn il-foster parents, li wara kollox qegħdin jipprovdu servizz lill-Istat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 329 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Notifika dwar ħlas ta' pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2018 u jieħu l-passi neċessarji biex meta pensjonanti jirċievu l-avviż ta’ kemm tħallsu u/jew kemm se jitħallsu pensjoni, fin-notifika li tintbagħtilhom ma jkunx hemm miktub in-numru IBAN tal-kont tal-bank tagħhom sħiħ u dan minħabba l-fatt li ladarba n-notifika tintbagħat bil-posta, hi faċli li din tinfetaħ minn terzi u jista’ jkun hemm persuni li jabbużaw jew jagħmlu użu mhux mixtieq minn tali informazzjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mit-12 ta’ Settembru 2022, notifiki maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, m’għadux ikollhom in-numru tal-kont bankarji (IBAN) indikat kollu imma parti minnu biss.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-karigi li qed tirreferi għalihom huma okkupati minn persuni b’kuntratti definiti assenjati lilhom. Hi proċedura normali li meta jkunu waslu biex jintemmu, isiru tħejjijiet minn qabel għat-tiġdid tagħhom mal-istess persuni jew oħrajn li jidħlu flokhom.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 693 u 1600 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onot. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 692 u 1599 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija, u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onot. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Allowance għal Carer jew Allowance Miżjuda għal Carer skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet ta’ persuni li jingħataw allowance għal Carer jew allowance miżjuda għal Carer skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u li jkunu qed jieħdu ħsieb waħedhom, fuq bażi full-time u regolarment, tal-ġenituri tagħhom, ħuthom, nanniet, zijiet, kunjati (skont kif indikat fl-istess Att) iżda li ma jkunux qegħdin jgħixu fl-istess dar ta’ abitazzjoni ta’ dik il-persuna li għandha bżonn il-kura? Jista’ jgħid jekk għandux intenzjoni li tinbidel il-liġi biex ikun hemm carers li eċċezzjonalment u minħabba raġuni valida xorta jkunu eleġibbli anke jekk ma jkunux qed jirrisjedu fl-istess dar ta’ abitazzjoni ta’ dik il-persuna li għandha bżonn il-kura?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-Allowance għal Carers u l-Allowance Miżjuda għall-Carers tingħata jekk il-carer tkun qiegħda tirrisjedi mal-persuna li tkun għaddiet mill-iskrutinju tal-Bord Multi Dixxiplinarju, fl-istess abitazzjoni u skont il-parametri tal-Artikolu 68 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318). Minħabba li dawn iż-żewġ benefiċċji jitħallsu skond il-livell tad-dipendenza tal-persuna kkurata, u tali livell ikun jirrikjedi il-kura kontinwa u kostanti tal-carer, minn natura tal-iskop tagħhom dawn il-benefiċċji ikun jirrikjedu li l-carer tgħix mal-persuna ikkurata biex tindokraha u tieħsu hsiebha f’kull ħin. Fir-rigward ta’ ħsibijiet futuri, tajjeb illi nfakkar illi r-riforma fl-Allowances għal Carers ġiet introdotta fis-sena 2017 u kompliet tissaħħaħ fis-snin sussegwenti. Din ir-riforma ġabet magħha żieda fin-numru ta’ benefiċċjarji u għalhekk aktar anzjani baqgħu jgħixu fil-komunità. Mhux eskluż aktar titjib fis-snin li ġejjin.

Aġenzija Sedqa – servizz ta’ riabilitazzjoni mid-droga

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-ħin li qed issir din il-mistoqsija fid-29 ta' Settembru 2022, hemm waiting list għas-servizz tar-riabilitazzjoni mid-droga offrut mill-Aġenzija Sedqa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nibda billi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-punt tal-ewwel kuntatt mas-servizzi ta’ kura tal-Aġenzija Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS) huwa s-servizz tal-Addictions Community Team (ACT). Dan huwa l-punt tat-tluq għal kull klijent li jrid eventwalment jirċievi servizz ta’ rijabilitazzjoni residenzjali. Is-servizz tal-ACT jara persuni li jersqu għall-għajnuna fil-komunita’ immedjatament kif jagħmlu kuntatt mal-Aġenzija Sedqa. Persuni li jkollhom bżonn rijabilitazzjoni medika, jiġu referuti għall-Multi-disciplinary Team (MDT), fejn ikollhom laqgħa ta’ assessjar fil-preżenza ta’ social worker, tabib u psikologu, li jħejju pjan ta’ kura għall-klijent. Sad-29 ta’ Settembru 2022, l-istennija għal dan il-proċess kienet ta’ tliet ġimgħat. Minn dan il-punt, il-klijent jibda’ jkun segwit mill-professjonisti nvoluti fil-pjan ta’ kura tiegħu, u jkun jista’ jaċċedi għas-servizzi l-oħra li toffri l-Aġenzija Sedqa, fosthom dawk ta’ ditossifikazzjoni jew rijabilitazzjoni residenzjali, fejn għal tali servizzi ma hemmx lista ta’ stennija.