Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #8439 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

test tal-iSleep Apnea — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija l-waiting list fil-preżent għat-test tal-iSleep Apnea u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8440 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Waiting list għall-mammogram

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-wating list għall-mammogram u kemm hi l-medja ta' żmien ta' stennija biex dan it-test isir?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8571 Sitting 115 2009-05-20 Oral · Final From: ANGLU FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuna li tinqatalha mill-għajnuna għal mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni li l-persuna li dettalji dwaraha qed jingħataw separatament qed titnaqqsilha l-għajnuna tal-mard eċċ. inkluż il-pensjoni, meta din żammet għandha żewġ persuni li dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament b'karità għal tliet snin, meta d-direttur kien ħadimha fuq seba' snin u għalhekk qed issir inġustizzja magħha? Jara li dan il-każ għandu jiġi mistħarreġ mill-ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #7990 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

ċittadini barranin li użaw l-isptarijiet u servizzi tas-saħħa tal-istat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ċittadini barranin li użaw l-isptarijiet u servizzi tas-saħħa tal-Istat f'Malta u Għawdex separatament matul is-sena li għaddiet? Kemm minnhom kienu ċittadini tal-Unjoni Ewropea? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qasam tas-saħħa — waiting list

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inbediex xi eżerċizzju ġdid illi jonqsu in-nies minn fuq il-waiting list li hemm ġewwa l-Qasam tas-Saħħa, waiting list għall-operazzjonijiet u interventi mediċi oħrajn? Meta, jekk sejjer issir, xi riforma din sejra tkun fis-seħħ? Meta jaħseb li sejjer jsir it-tibdil neċessarji ħalli waiting list jonqsu b'nota magħġla iktar milli kien qed jonqsu bih sas-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Residenza ta' San Vinċenz de Paule — St. Joseph Wing - Swali 7/8

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal x-xogħol gos-swali 7/8 - St.Joseph Wing ġewwa r-Residenza ta' San Vinċenz de Paule? Meta jaħseb li sejjer jkun lest dan ix-xogħol? Kemm ġej jiswa? Kemm ġie jiswa s'issa? Jista' jgħid kemm ilhom għaddejjin bih dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol qiegħed jsir mill-ħaddiema tad-dipartiment jew mill-kuntrattur privat?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li x-xogħol fuq is-swali 7-8 f'San Vincenz de Paule jikkonsisti f'titjib u modernizzar ta' dawn is-swali. Ix-xogħolijiet jinkludi :- - Tibdil tas-sistema tad-dawl - Titjib fis-sistema tal-ilma - Titjib fis-sistema ta' bibien u bdil ta' aperturi - Twessiegħ ta' bibien u bdil ta' aperturi - Kisi, tibjid u żebgħa - Sistema ta' arja kundizzjonata - Suffetti u sistema ta' nurse call - Titjib fil-kmamar tal-banju kemm tar-residenti kif ukoll tal-istaff. Ix-xogħol li nbeda ftit xhur ilu, qed jieħu kemm xejn iktar ħin peress li l-ewwel trid titlesta nofs is-sala, imbagħad jiġu trasferiti r-residenti għal dik il-parti li hija lesta biex wara jitkompla ix-xogħol fuq in-nofs l-ieħor. Informat ukoll li għalissa mhux possibli tingħata informazzjoni dwar kemm jiswa dan il-proġett peress li għad hemm numru ta' tenders li jridu jiġu evalwati u aġġudikati. Fuq dan il-proġett hemm jaħdmu kemm kuntratturi privati kif ukoll ħaddiema tad-dipartiment.

Sptar San Vinċenż de Paule — sehem fit-tmexxija tal-post

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-pazjenti u l-anzjani li hemm ġewwa l-isptar San Vinċenż de Paule għandhomx sehem mit-tmexxija tal-post? Jista' jgħid jekk għadhomx sehem fit-tfassil tal-programmi ta' kura u tal-programmi edukattivi li jiġu organizzati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Pilloli li ma jiġux kkunsmati mill-pazjent

Question

Fl-Ingilterra huwa stmat li Stg 500 miljun f'pinnoli mhux kunsmati mill-pazjenti wara li jkunu ttieħdu minn fuq l-National Health Services. Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux jew jekk huwiex beħsiebu jagħmel studju ta' kemm jiġu kkunsmati l-pilloli li jittieħdu b'xejn minn fuq il-kartuna r-roża u s-safra?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Kemm jiġi jiswa pazjent li jieħu l-mediċini b'xejn

Question

Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm jiġi jiswa kull pazjent kull sena li qiegħed jieħu l-mediċina b'xejn minn fuq l-kartuna s-safra u l-kartuna r-roża?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ħażna ta' Cord blood

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jinċentiva lill-koppji jaħżnu cord blood tat-trabi tagħhom? Kemm-il koppja għamlet dan fl-aħħar snin, sena b'sena? Hemm il-ħsieb li dan jibda jkun maħżun f'banek apposta f'pajjiżna stess? Kiem hemm talbiet minn intrapriżi lokali jew barranin f'dan is-sens?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8395 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qorti kostituzzjonali — Liġi dwar l-adozzjoni

Question

Fid-dawl tas-sentenza mill-Qorti Kostituzzjonali fejn il-Liġi dwar l-Adozzjoni ġiet dikjarata diskriminatorja fil-konfront tal-koppji miżżewġa, jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex tiġi rimedjata din id-diskriminazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali jixtieq jispeċifika illi ġew ppreżentati emendi għall-artikoli tal-kodiċi ċivili fil-Parlament.
Leg 11 PQ #8396 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Implimentazzjoni tal-emendi fil-Liġi dwar l-Adozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' x'ġie implimentat wara l-emendi li saru fil-Liġi dwar l-Adozzjoni fl-2008? Jista' jgħid hemmx aġenziji akkreditati u fil-każ liema huma?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li d-Dipartiment għall-Istandards fil-Ħarsien Soċjali jixtieq jispeċifika illi permezz tal-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Adozzjoni tal-2008 ġew imwaqqfa Bord tal-Adozzjoni kif ukoll Bord tal-Appell skond il-liġi u ġiet stabbilita l-Awtorità Ċentrali għall-adozzjonijiet minn barra minn Malta. Ġie effettwat ukoll tibdil fl-etajiet ta’ min qed jadotta u min qed jiġi adottat. M’ hemmx aġenziji akkreditati skond il-liġi.
Leg 11 PQ #8418 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ministeru għall-Politika Soċjali — Servizz tal-internet

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #8490 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

informazzjoni dwar nies li jirreġistraw

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8321, jista' l-Ministru jindika x'inhu l-livell skolastiku, kompetenza u ħiliet u ċertifikazzjoni fejn jidħlu: a) Nies jirreġistraw taħt part 1 taħt-il 25 sena? b) Nies jirreġistraw taħt part 1 bejn is-26 u 35 sena? ċ) Nies jirreġistraw taħt part 2 taħt-il 25 sena? d) Nies jirreġistraw taħt part 2 bejn is-26 u 35 sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ser inpoġġi l-informazzjoni mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra. Tabella A turi dawk in-nies li qed jirreġistraw taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru u li għandhom taħt-il 25 sena u bejn is-26 u l-35 sena, filwaqt li Tabella B turi dawk in-nies li qed jirreġistraw taħt it-Tieni Parti tar-Reġistru, u li tinkludi dawk il-persuni taħt-il 25 sena u dawk ta’ bejn is-26 u l-35 sena rispettivament. Informazzjoni mogħtija hija bejn Marzu ta’ l-2008 u Marzu ta’ l-2009. Informat ukoll li l-informazzjoni mogħtija tinkludi persuni li kienu qed jirreġistraw f’kull xahar bejn Marzu ta’ l-2008 u Marzu ta’ l-2009 taħt l-ewwel jew it-tieni parti tar-reġistru.
Leg 11 PQ #8503 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ — spezzjonijiet minn spetturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar: a) Kemm-il spezzjoni twettqet minn spetturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fuq postijiet tax-xogħol biex jivverifikaw jekk ikunux qed jitħaddmu immigranti b'mod illegali? b) F'liema tip ta' postijiet tax-xogħol saru (jekk saru) dawn l-ispezzjonijet? ċ) X'ġie rrapportat mill-ispetturi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ? d) X'azzjonijiet ittieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-ispetturi tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma jagħmlux spezzjonijiet speċfiċi għall-immigranti illegali, iżda għal dawk, Maltin u Barranin li jkunu qed jaħdmu illegalment. Minn Jannar sal-aħħar t’April ta’ din is-sena, l-ispetturi wettqu 1,288 spezzjoni. Dawn l-ispezzjonijiet saru: · 473 - f’postijiet relatati mal-bejgħ (ħwienet; deliveries; hawkers, etc.) · 335 - f’postijiet relatati mal-catering, lukandi, u postijiet ta’ divertiment · 199 - f’postijiet u xogħlijiet minn fejn primarjament jinghataw servizzi mhux imsemmija fiz-zewg kategoriji t’hawn fuq · 144 - f’postijiet u xogħlijiet relatati mal-kostruzzjoni · 119 - fil-Manifattura u l-Industrija · 13 - f’postijiet u xogħlijiet relatati mat-trasport · 5 - f’postijiet ta’ biedja u sajd. Informat ukoll li minn dawn l-ispezzjonijiet imsemmija, ġew intervistati 2,465 persuna u li minnhom, 743 instabu li kienu b’xi mod qed jahdmu irregolarment. Min jinqabad ihaddem persuni barranin minghajr ma jkollhom permess tax-xoghol, il-Korporazzjoni tieghu passi legali kontrih skond Avviz Legali 110 tal-1993.
Leg 11 PQ #8536 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Studenti Għawdxin li gradwaw mill-Università

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8239 u jgħid kemm mill-istudenti Għawdxin li ggradwaw mill-Università ta’ Malta f’Novembru 2008 qegħdin jaħdmu f’Għawdex illum? Fejn qegħdin jaħdmu? Kemm minnhom qed jaħdmu full-time u kemm qed jaħdmu part-time ? Meta bdew jaħdmu l-ewwel darba u meta bdew jaħdmu fejn qed jaħdmu llum?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li mill-istudenti Għawdxin li ggradwaw mill-Universita’ ta’ Malta f’Novembru 2008, 49 kienu qegħdin jaħdmu f’Għawdex sa l-aħħar ta’ Marzu 2009. It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #8561 Sitting 114 2009-05-19 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ċimiterju tal-Addolorata — Tħammil

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk it-tħammil li qed isir minn wara iċ-Ċimiterju tal-Addolorata (Santa Luċija) hux isir bħala tindif jew tħammil għall-oqbra? Jista' javża lill-bdiewa minħabba l-inċertezza li dawn jinsabu fiha?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Bdil tas-sistema ta' kemm pazjent idum rikoverat l-isptar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex sejjer ibiddel is-sistema ta' kemm pazjent idum rikoverat l-isptar? Kemm kienet l-average stay ta' kull pazjent fis-sena 2008 ġewwa l-iSptar Mater Dei? Jista' jgħid xi jkun qed jifhem meta jgħid li l-familja trid tagħti s-sehem tagħha dwar ir-recovery tal-pazjent wara intervent mediku?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Promozzjoni tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu fondi fl-aħħar 5 xhur fuq kampanja ta' promozzjoni tas-saħħa? Liema kienu dawn il-kampanji u jekk jaħsibx li intlaħaq l-għan tagħhom? Liema kampanja beħsiebu jħabbar fix-xhur li ġejjin?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.