Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - Talbiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru mmexxi minnu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar is-26 ta' Marzu 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti u jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tad-donazzjonijiet li ngħataw minn applikanti tal-Malta Residence & Visa Program (MRVP) flimkien mal-isem tar-riċevitur tal-imsemmija donazzjoni, għall-2023 u l-2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li d-donazzjonijiet mogħtija mill-applikanti tal-MRVP (Malta Residence and Visa Programme) mill-ewwel ta’ Jannar 2023 sal-aħħar ta’ Settembru 2024 skont ir-rekords ta’ Residenza Malta qiegħed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. L-għażla tal-għaqda non-governattiva ssir mill-applikant u tkun eliġibbli diment li l-għaqda tkun reġistrata mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. Residenza Malta tiġi involuta biss biex tapprova l-għażla tal-applikant f’każ li l-applikant ikollu x-xewqa li jagħti d-donazzjoni lil organizzazzjoni oħra mhux reġistrata bħala Għaqda Volontarja (NGO) bħal; Malta Community Chest Fund (MCCF) jew RIDT (Research, Innovation and Development Trust).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il suwiċidju ġie rrappurtat f’Malta u Għawdex xahar b’xahar matul din is-sena sakemm titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u l-aħħar ta’ Settembru tas-sena 2024, in-numru ta każijiet ta’ suwiċidji li ġew rrappurtati f’Malta u Għawdex mal-Pulizija, xahar b’xahar, kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt :
Każijiet ta’ suwiċidji
Jannar sa Settembru 2024
Xahar
Jannar
2
Frar
2
Marzu
1
April
4
Mejju
3
Ġunju
1
Lulju
4
Awwissu
1
Settembru
3
Total
21
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-average waiting time biex email lill-Aġenzija Identità tiġi mwieġba, eskluż l-automatic reply li jintbagħat mis-sistema?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Abbażi tad-Direttiva 4-2 Standards għal Servizz ta’ Eċċellenza Offruti mill-Amministrazzjoni Pubblika lill-Pubbliku u lill-Impjegati Pubbliċi talbiet għal assistenza li jaslu permezz ta’ emails ikunu rikonoxxuti fi żmien 24 siegħa minn x’ħin jaslu.
Talbiet għal assistenza ta’ każijiet kumplessi li jaslu permezz ta’ emails jingħataw għajnuna fi żmien tlett ijiem, li jistgħu jiġu estiżi sa massimu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol.
Infurmat li l-Aġenzija Identità tagħmel dak kollu possibbli biex dan it-timeframe jkun onorat. Madankollu f’każijiet fejn ikun hemm aktar talbiet mis-soltu, jista’ jkun hemm xi dewmien fil-provvista tal-informazzjoni jew assistenza mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna akkwistat iċ-ċittadinanza permezz tal-programm ta' investiment, u jipprovdi tali ammonti maqsuma skont in-nazzjonalità u s-snin ta' meta ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-rapporti tal-Uffiċċju tar-Regolatur (ORGCES) li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, wara li jkunu diskussi mill-Kumitat ta' moniteraġġ, provdut mill-Att dwar Iċ-Ċittadinanza.
Forzi Armati ta' Malta — missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Baħar l-Aħmar
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta fil-missjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Baħar l-Aħmar? Jista' jipprovdi d-dettalji dwar x'kien l-iskop, u x'kien il-kontribut tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fl-Operazzjoni ta’ Sigurtà Marittima tal-Unjoni Ewropea, EUNAVFOR Operation Aspides, operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea li tipproteġi vapuri merkantili fil-Baħar l-Aħmar u li topera skont l-għanijiet ta’ Riżoluzzjoni 2722 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda l-Forzi Armati ta’ Malta bdiet tipparteċipa mill-aħħar ta’ Mejju 2024, wara deċiżjoni tal-Kabinett, b’uffiċjal u suldat fil-Kwartieri Ġenerali tal-missjoni li tinsab fil-Greċja. Infurmat li ż-żewġ membri jokkupaw post li mhux eżekuttiv. Din id-deċiżjoni ttieħdet għaliex din il-missjoni li għandha impatt dirett fuq l-industrija marittima ta’ Malta. Qabel din id-deċiżjoni, ingħata parir mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat li jiċċara li l-parteċipazzjoni ta’ Malta f’din il-missjoni mhijiex kuntrarja għall-prinċipju tan-newtralità fil-Kostituzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lill-istabbilimenti tal-ikel li kellhom l-imwejjed jingombraw il-bankini mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u liema kienu l-lokalitajiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat. L-entitajiet fil-Ministeru tal-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol huma dejjem disposti li jassistu lill-awtoritajiet u entitajiet responsabbli.
Raħal Ġdid — Triq il-Perit Mintoff - Pjan għall-kontrollat tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex isir pjan aħjar għall-kontrollat tat-traffiku kull nhar ta’ Ġimgħa bejn il-11.00 a.m u t-3.00.p.m fil-parti ta’ fuq ta’ dik li kienet Triq Koradin li llum hija Triq il-Perit Mintoff, f'Raħal Ġdid, int u ħiereġ minn Għajn Dwieli?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onor. Ineterpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy jew il-prassi relatata ma' rimi ta' skart pirotekniku?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi r-rimi ta’ materjal ta’ skart pirotekniku jsir permezz ta’ inċinerazzjoni ta’ nar ikkontrollat fl-apert permezz ta’ ħuġġieġa. Dan l-iskart pirotekniku għandu jinħaraq b’mod li ma jkunx ‘confined’ sabiex tiġi evitata splużjoni prematura. Il-‘licencee’ tal-kumpless, ċioè l-persuna responsabbli mill-ġestjoni tal-kamra tan-nar jew d-detenturi tal-Liċenzja A, jingħataw struzzjonijiet li kull meta jsir rimi ta’ skart pirotekniku, għandhom jinnotifikaw lill-Korp tal-Pulizija u lill-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta kemm qabel kif ukoll wara l-eżekuzzjoni tal-imsemmija proċedura.
Madankollu, jista’ jkun hemm każijiet fejn l-imsemmi skart jiġi distrutt fil-viċinanzi tal-kumpless tal-logħob tan-nar minħabba d-daqs limitat tal-kumpless tal-logħob tan-nar innifsu, u dan peress li d-distruzzjoni ta’ materjal pirotekniku fil-konfini tal-kumpless tan-nar jista’ joħloq periklu sinjifikanti lill-kumpless tal-logħob tan-nar innifsu.
Id-direttiva dwar ir-rimi ta’ materjal ta’ skart pirotekniku hija regolata permezz tar-Regolament 23 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 33.03.
Turiżmu – Ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus n-numru ta’ ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li qed jaħdmu fis-settur tal-Akkomodazzjoni u attivitajiet ta' servizzi marbuta mal-ikel u xorb fuq bażi ta’ full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom, fl-aħħar ta’ Jannar 2024.huwa ta’ 13,239. (L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2024).
Kodiċi Nace
Isem ta’ Nace
Total
55
Akkomodazzjoni
4,867
56
Servizzi marbuta mal-ikel u xorb
8,372
Total
13,239
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm food couriers reġistrati ma’ Jobsplus sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat minn Jobsplus li statistika marbuta mal-impjiegi tinħareġ skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO-08). Din il-Klassifika toħroġ mil-Kummissjoni Ewropea (2009/824/KE), li ghandha titli differenti minn ‘food couriers’.
Skont l-istatistika li tinġabar minn Jobsplus, hemm tliet titli fil-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi li wieħed jista’ ju¿a biex jindika xogħol ta’ ‘food couriers’ jew ‘couriers’. Madanakollu, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni uffiċjali ta’ dan l-impjieg, id-dejta ppreżentata ma tfissirx neċessarjament li dawn il-ħaddiema kollha huma ‘food couriers’.
It-tliet impjiegi skont il-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi li ġew meqjusa għal din ir-risposta huma:
8321: Sewwieqa tal-mutur
8322: Sewwieqa tal-karozza, vann jew mutur
9621: Messaġġiera, dawk li jqassmu l-pakketti u dawk li jaħdmu fil-portinerija u jġorru l-bagalji.
Sa Jannar tal-2024 (l-aħħar ċifri ppublikati), kien hemm 3,617 -il ħaddiem f’wieħed minn dawn l-impjiegi. 569 huma Maltin, 221 ġejjin minn pajjiż tal-Unjoni Ewropea, u 2,827 ġejjin minn pajjiżi terzi.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin – Pożizzjonijet vakanti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk preżentement hemmx xi pożizzjonijiet vakanti fil-ħabs u jgħid kemm dawn il-pożizzjonijiet ilhom battala? Jista' jgħid ukoll meta huwa maħsub li dawn il-pożizzjonijiet jimtlew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li pożizzjonijiet li jiġu battala fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, jkunu pubblikati għad-dominju pubbliku, inkluż fuq il-mezzi soċjali tal-istess Aġenzija, kif ukoll permezz tal-Awtoritajiet konċernati. Fost il-postijiet vakanti li se jkunu pubblikati fiż-żmien li ġej, hemm; Consultant Psychiatrist, Senior Staff Nurse, Medical Officer Junior Grade, Principal Pharmacist u Senior Dental Officer. Fil-jiem li għaddew għalqet is-sejħa wkoll għall-ingaġġ ta' Correctional Officers u li l-proċess ta' għażla dwarhom se jibda dalwaqt.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-uffiċjali kollha fit-tmexxija tal-ħabs għandhom esperjenza fis-servizz u/jew fi rwoli tas-sigurtà, u jipprovdi sommarju tal-esperjenza li għandhom dawn il-persuni li qed jokkupaw dawn il-karigi fil-ħabs?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi huwa s-Sur Christopher Siegeresma, li huwa professjonist fl-oqsma tal-kura u tas-saħħa mentali b'esperjenzi fil-qasam tal-kura tas-saħħa mentali u ta' Kummissarju għall-Ħarsien u l-Iżvilupp tal-Priġunieri, filwaqt li l-Kurunel Etienne Scicluna jokkupa l-irwol ta' Chief Operations Officer, b'esperjenzi fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta li attenda numru ta’ taħriġ fi ħdan akkademji barranin fosthom l-Italja, l-Irlanda w anke l-Istati Uniti tal-Amerika u mexxa jew ipparteċipa f’numru ta’ operazzjonijiet kemm f’ Malta kif ukoll barra mill-pajjiż.
Jista' l-Ministru jgħid jekk preżentement fil-pajjiż hawnx persuni li qegħdin fuq kundizzjoni ta' bail mill-Qorti, iżda kellhom il-visa biex jibqgħu fil-pajjiż revokata mill-awtoritajiet? Jekk iva, jista' jindika kemm-il persuna hemm, kemm ilhom f'dan l-istat u x'kienet ir-raġuni għalfejn dawn ġew revokati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Ċentrali tal-Viża ma jkollhomx aċċess għal-lista tal-persuni li jkunu fuq kundizzjoni ta’ bail b'ordni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux inkjesti interni f'dawn l-aħħar tliet snin fi ħdan il-Korpi Dixxiplinarji, u jekk iva, jindika liema korp, x'kienu l-każijiet, u fiex waslu dawn il-proċeduri?
Jista' l-Ministru jindika permezz ta' tabella n-numru ta' uffiċjali nisa u rġiel fil-Korpi Dixxiplinarji, u jindika tali numru b'mod maqsum għal kull korp?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba ta’ persuni fis-servizz tinsab fit-tabella riprodotta hawn taħt:
Nisa
Irġiel
Forzi Armati ta’ Malta
129
1604
Protezzjoni Ċivili
11
296
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
72
340
Pulizija
518
1720
Aġenzija Identità – Telefonati — average waiting time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-average waiting time biex telefonata lill-Aġenzija Identità tiġi mwieġba, jekk din teżisti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Abbażi tad-Direttiva 4-2 Standards għal Servizz ta’ Eċċellenza Offruti mill-Amministrazzjoni Pubblika lill-Pubbliku u lill-Impjegati Pubbliċi talbiet għal assistenza li ma jkunux kumplessi li jaslu permezz ta’ telefonati jingħataw għajnuna fi żmien ġurnata ta’ xogħol.
Talbiet għal assistenza ta’ każijiet kumplessi li jaslu permezz ta’ telefonati jingħataw għajnuna fi żmien tlett ijiem.
Infurmat li l-Aġenzija Identità tagħmel dak kollu possibbli biex dan it-timeframe jkun onorat. Madankollu f’każijiet fejn ikun hemm aktar talbiet mis-soltu, jista’ jkun hemm xi dewmien fil-provvista tal-informazzjoni jew assistenza mitluba.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol - Events
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru events organizzati mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ jista’ jgħid ukoll:
(i) x’kienet it-tema;
(ii) kemm ġiet tiswa kull event;
(iii) kif intefqu l-flus (eż. post, catering, backdrop, sound, dawl, eċċ.);
(iv) min kienu l-kuntratturi u/jew l-individwi li għamlu x-xogħol;
(v) kemm minn din in-nefqa kienet permezz ta’ direct order u kemm kienet permezz ta’ sejħa pubblika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li biex tinġabar din l-informazzjoni kif mitluba tinqabeż l-advisory cost.
Il-Belt Valletta – Pjan għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt fejn isorġu l-cruise liners
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu passi biex isir pjan aħjar għall-kontroll tat-traffiku fix-xatt meta jsorġu l-cruise liners, in vista tal-volum kbir ta’ traffiku li jiġi ġġenerat u li jkollu effett fuq l-akkwati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob l-Onor. Interpellant iressaq din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.