Jista' l-Ministru jgħid matul Ottubru u Novembru 2011 kienx hemm xi container jew containers li nħarġu mill-Freeport b'dokumenti ta' containers oħra li kellhom jinħarġu għal Malta u minflokhom inħarġu containers li ma kellhomx jinħarġu? X'investigazzjonijiet saru dwar l-għibien ta' dawn il-containers u x'passi tttieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat mill-Malta Freeport Corporation illi ma kien hemm ebda “container” li ġie “Gate out” minflok ieħor jew illi għeb u minn investigazzjonijiet li saru kull “container” ġie “accounted for”.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kiri ta' vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inkrew vetturi mill-bidu tas-sena 2008 sa Novembru tas-sena 2011 għall-użu tal-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Xogħlijiet fix-Xatt ta' Bormla — health and safety
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 28103 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li jindika li x-xogħol li qed isir fix-Xatt ta' Bormla, aktar magħruf bħala s-Suq ta' Bormla, huwa provdut bil-miżuri neċessarji kollha fejn tidħol health and safety skont il-liġi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li skont il-kuntratt tal-proġett huwa l-kuntrattur li huwa responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-proġett.
ajruplani Amerikani li qed jitfgħu kimika fuq Malta
Question
Jista' l-Minstru jikkonferma jekk hux veru li xi ajruplani, aktarx Amerikani, qed jitfgħu xi kimika fuq Malta? Jekk iva, x'tip ta' kimika hija? Sar xi rapport fuq din il-ħaġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob l-Onor Interpellant ikun aktar dettaljat għax mingħajr dettalji hu mpossibli li tirrispondi d-domanda.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28276, jista' l-Ministru jara fiex wasal il-każ ta' anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat għal reserved parking u għadha bla risposta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-każ in kwistjoni kien approvat mill-Bord tal-Parking Riservat għall-Persuni b'Diżabilità fit-18 ta' Novembru li għadda. Ix-xogħol neċessarju huwa mistenni li jsir fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — ħaddiema impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fil-Ministeru u dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu, maqsuma skont il-kategorija, matul is-sena 2011? Jista' jgħid kif saret is-sejħa għal kull impjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' karozzi ġodda reġistrati f'pajjiżna matul din is-sena f'Malta u Għawdex separatament? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bdoti tal-ajru reġistrati f'pajjiżna llum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-numru ta' bdoti tal-ajru reġistrati f'pajjiżna llum hu ta' 336. Imbagħad hemm 24 każ ieħor fejn il-liċenzja ingħatat minn pajjiż ieħor iżda ġiet validata minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar, inkluż vapuri u opri tas-sajd eċċ. f'pajjiżna fil-preżent?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ma żżommx informazzjoni rigward kemm hu n-numru ta' opri tal-baħar, inkluż vapuri u opri tas-sajd eċċ. li jinsabu f'pajjiżna. L-informazzjoni li tista’ tingħata hija rigward l-opri tal-baħar li huma reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili u taħt ir-Reġistru tal-Bastimenti Żgħar.
In- numru ta' bċejjeċ tal-baħar ta' aktar minn sitt metri, reġistrati taħt l-Att Dwar il-Bastimenti Merkantili, sal-aħħar t'Ottubru 2011 kien ta’ 5,831. Minn dawn, 798 kienu dgħajjes tas-sajd, 2,770 kienu jottijiet u 2,263 kienu bastimenti merkantili. In-numru ta’ opri tal-baħar reġistrati taħt ir-Reġistru tal-Bastiemnti Żgħar (sa 24 metru) kien ta’ 15,588.
Dawn il-figuri ma jinkludux dgħajjes tas-sajd li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 29731 u 29104 u ċioe: Billi l-Ministru qal li Transport Malta kienet kompletament responsabbli għall-istudji dwar l-istess rotot li fil-biċċa l-kbira issa se jiġu mibdula u anki modifikati minnha stess għall-buses tal-Arriva, jista' jgħid:
a) kemm saru studji b’kollox qabel biss ħarġu l-offerti għall-operaturi;
b) minn min saru;
ċ) kemm ġew jiswew
d) kif intgħażlu l-konsulenti konċernati;
e) jekk hux se jsiru studji ġodda biex isir it-tibdil mill-ġdid;
f) jekk dawn humiex se jsiru minn Transport Malta stess jew minn xi konsulenti mill-ġdid;
ġ) kemm mistennija jiġu jiswew dawn l-istudji ġodda jekk verament se jsiru; u
h) jekk se jitqabbdu konsulenti, kif se jintgħażlu?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li ngħarraf lill-Onor Interpellant li mhux minnu illi l-"biċċa l-kbira tar-rotot se jiġu mibdula" qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar il-mistoqsijiet mill-(a) sad-(d).
Għar-rigward tal-mistoqsijiet e), f), ġ) u h), irrid infakkar lill-Onor. Interpellant li s-sistema tat-trasport pubbliku qed tiġi aġġustata biex jerġa’ jkollha konnessjonijiet diretti mill-lokalitajiet kollha lejn il-Belt Valletta u l-Isptar Mater Dei u dan skont il-feedback miġbur minn diversi suġġerimenti u lmenti mibgħuta lill-Ministeru u Transport Malta. Dan l-eżercizzju tħejja minn Transport Malta u Arriva Malta u għaldaqstant mhux jintużaw konsulenti esterni.
Transport Malta — Chief Executive Officer - range tas-salarji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29838 u ċioe: Billi l-Ministru ftit ilu ta indikazzjoni tar-range tas-salarji taċ-Chief Officers ta' Transport Malta, jista' jkun aktar speċifiku u jabbina s-salarji indikati mal-karigi speċifiċi taghom, skont l-areali huma responsabbli għaliha? Din ir-range tinkludi ukoll il-pakkett finanzjarju li qed igawdi minnu iċ-Chief Executive Officer ta' Transport Malta? Jekk le, jista' jgħid fiex jikkonsisti dan il-pakkett?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29426 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tat-tariffi kollha li l-Arriva tiċċarġja lill-passiġieri kif miftehma ma' Transport Malta inkluż għall-użu taż-żoni Park and Ride?
Msida — Ta' Xbiex Sea Front - kwestjoni dwar dgħajjes li jużaw is-slipway
Question
F’isem għadd ta’ residenti ta’ Ta’ Xbiex Sea Front, Msida jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk huwiex permess mil-liġi li apparti minn dgħajjes żgħar tas-sajd qed jitħallew jużaw is-slipway li hija għal kollox maqtugħa mill-marina nnifisha, għall-fishing boats ta’ aktar minn 40 pied u ġieli anke għall-commercial boats ta’ madwar 45 pied, minflok ma dawn jużaw private boatyard kif jagħmlu f’postijiet oħrajn? Jista' jgħid jekk iħossx li dan imur lil hinn mill-iskop oriġinali ta' din il-facilità? Saru konsultazzjonijiet mal-kunsill lokali tal-lokal dwar dan is-suġġett matul is-snin? Jista' jgħid jekk il-gvern għandux jiżgura li din il-quay għandha tintuża biss mis-sajjieda u mid-dgħajjes normali għas-sajd?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din is-slipway hija wżata u mmexxija mis-sidien tal-opri tal-baħar li jirmiġġaw fid-daħla tal-Imsida. Wieħed isib sorġuti kemm bastimenti tas-sajd, kif ukoll commercial vessels, u hija ħaġa normali li dawn jagħmlu użu mill-faċilita` ta’ slipway li tinsab fiż-żona tal-Imsida. M'hemm l-ebda regolament dwar il-qies ta' bastiment li jista' juża’ din il-faċilità.
Transport Malta — kunflitt ta' interess tas-senior manager tal-ICT
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu s'issa dwar il-każ tal-kunflitt ta' interess tas-senior manager tal-ICT ta' Transport Malta li kellu sehem ewlieni fil-kumpanija MCFR Ltd fl-istess żmien li ħadet ħafna kuntratti tat-Transport Malta? Jista' jgħid x'inhu l-valur totali tal-kuntratti kollha li ħadet din il-kumpanija minn Transport Malta mis-sena 2008 sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kuntratti kienu direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li hu skorett li tgħid li l-imsemmi mpjegat "inqabad iwieġeb it-telefon tal-uffiċċju ta' kumpanija privata" għaliex il-fatti li jirriżultaw huma illi minkejja li hu kien qata' r-relazzjoni ma' din il-kumpanija, n-numru telefoniku tiegħu baqa' ma tneħħiex mill-kumpanija msemmija.
Jien infurmat illi biex ikun hemm kunflitt ta' nteress irid ikun hemm konnessjoni bejn il-proċess u l-pożizzjoni.
Jien infurmat ukoll illi l-Awdituri Interni tal-Awtorità- PricewaterhouseCoopers - ikkonkludew l-investigazzjoni tagħhom u r-rakmandazzjoni tal-kumitat ta' Awditjar ġew implimentati. Ir-rapport jikkkonkludi li ma sar xejn min-naħa tal-impjegat ikkonċernat li għandu jwassal għat-tkeċċija tiegħu jew għal miżuri serji ta' dixxiplina, u li l-istess persuna bl-ebda mod ma' kien involut fil-proċess tax-xiri jew b'xi mod seta' nfluwenza tali proċess. Kopji ta' dan ir-rapport intbagħtu l-Uffiċċju tal-Awditur Intern tal-Gvern u l-Kummissarju tal-Pulizija għal dawk l-azzjonijiet pertinenti li jidrilhom li għandhom jieħdu.
Dwar il-kumplament tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, tabella bl-informazzjoni mitluba.
bċejjeċ tal-ajru jgħaddu minn fuq it-territorju tal-ajru ta' Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mill-għoti ta' permessi sabiex bċejjeċ tal-ajru jgħaddu minn fuq it-territorju tal-ajru tagħna f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30097, filwaqt li napprezza l-informazzjoni mogħtija, jista' l-Ministru jara li jsir moniteraġġ aħjar tat-timing mibdul ta' dawn id-dwal għaliex il-ħinijiet il-ġodda qed joħolqu inkonvenjent (u f'ċertu direzzjonijiet ħela ta' ħin ukoll) lil dawk li jużaw il-junction?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li uffiċċjali ta’ Transport Malta reġgħu għamlu moniteraġġ ta' din is-sistema ta' traffiku kkontrollat u saru t-tibdiliet meħtieġa fil-ħinijiet tad-dwal.
Grand Harbour Regeneration Corporation — valuri ta' xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 29876 u jgħid x'inhu l-valur tax-xogħol imħallas fuq id-diversi proġetti mill-Grand Harbour Regeneration Corporation mit-twaqqif tagħha sal-lum kull proġett separatament? Kemm hu l-valur tax-xogħol li l-korporazzjoni ikkuntrattat sal-lum fuq il-proġetti kollha, kull proġett separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 30178, partikolarment tal-"Vehicle Activated Sign, .... bħala miżura edukattiva ...", jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk tali sign hux se jkun akkumpanjat minn sistema ta' records dwar dawk li jabbużaw mis-sewqan esaġerat billi kif għidt drabi oħra qed nistiednu l-inkwiet minħabba abbużi ta' xi wħud?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Vehicle Activated Sign (VAS) jirrikordja l-veloċità ta’ kull vettura misjuqa f’direzzjoni waħda, u din tavża lil dawk is-sewwieqa li jkunu qabżu l-limitu ta’ veloċità permezz ta’ display elettroniku. Il- Vehicle Activated Sign tirrikordja u żżomm il-veloċità ta’ kull vettura li tgħaddi minn ħdejha, iżda ma tirrekordjax in-numru ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn l-istess vetturi