Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020? Jista’ jinforma l-kamra kemm kienu nisa u kemm rġiel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tabella turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020.
Part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom
Part-time ma’ full-time
Total ta' Part-Time f’Malta u Għawdex
Rġiel
Nisa
Total
Rġiel
Nisa
Total
Rġiel
Nisa
Total
14,605
19,905
34,510
20,103
10,430
30,533
34,708
30,335
65,043
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2020.
raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa luċija, il-Gudja u l-Fgura — persuni irreġistrati bħala part-time
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati li qed jaħdmu part-time f’Ottubru 2020 li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm rġiel u dan kollettivament u skont l-lokalità rispettiva?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema, nisa u rġiel, li qed jaħdmu part-time fl-aħħar ta' Jannar 2020 u li jgħixu Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Gudja u l-Fgura, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-aħħar ċifri ppubblikati huma ta’ Jannar 2020.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 17263, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta bejn l-2008 u l-2013? Jista' jaqsamhom bejn full-timers u part-timers?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li Jobsplus ma jkolliex informazzjoni dwar il-lokalita' tal-post tax-xogħol ta’ fejn jaħdmu l-ħaddiema imma tuza l-indirizz tal-ħaddiem (residenti f’Għawdex) u ta’ min iħaddem (li jkun f’Malta).
Hawn taħt issib tabella li turi n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li jaħdmu f’Malta skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus.
Impjegati Għawdxin jaħdmu Malta
Full Time
Part Time
Total
Diċembru 2008
5,054
353
5,407
Diċembru 2009
5,123
381
5,504
Diċembru 2010
5,187
382
5,569
Diċembru 2011
5,388
396
5,784
Diċembru 2012
5,498
438
5,936
Diċembru 2013
5,602
497
6,099
Lista ta' prodotti u servizzi li fuqhom hemm taxxa ambjentali
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista kompluta ta' prodotti u servizzi f'pajjiżna li fuqhom hemm xi forma jew oħra ta' taxxa ambjentali u jgħid eżatt kemm hu d-dħul tal-Gvern minn dawn it-tip ta' taxxi, kemm b'mod assolut (f'ewros) kif ukoll bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-Tabella 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi d-dħul minn taxxi li huma klassifikati fil-kategorija ta’ taxxi ambjentali skont il-European System of Accounts (ESA) 2010. Id-definizzjoni ta’ taxxa ambjentali hija: taxxa li tirrelata ma’ unità fizika li għandha impatt negattiv speċifiku - ibbazat fuq l-evidenza - fuq l-ambjent.
L-informazzjoni provduta hija skont NSO news release 174/2020 li jisimha Tax Revenues: 2019, ippubblikata fid-29 ta’ Ottubru 2020.
Nota: It-taxxa dwar il-kontribuzzjoni ambjentali li hi dovuta fuq kull tip ta’ akkomodazzjoni (environmental contribution tax), hija meqjusa bħala taxxa fuq il-konsum skont il-metodoloġija tal-ESA 2010.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta' rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte Di Pieta? Jista' jindika liema huwa l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Novembru 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Novembru 2020 kien hemm 4,293 rahan depozitati fil-Monte di Pieta, bl-ixjaħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.
Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea — proċeduri mid-Dipartiment tad-Dwana
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u x’proċeduri ttieħdu mid-Dipartiment tad-Dwana tul din s-sena sabiex wieħed jilqa' għall-isfida tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewrpea?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hekk kif wara l-perjodu tranzitorju sal-aħħar tas-sena 2020, ir-Renju Unit ikun meqjus bħala pajjiz li ma jiffurmax aktar parti mill-Unjoni Ewropeja, il-proċeduri prezenti relatati ma importazzjoni u esportazzjoni minn u lejn ir-Renju Unit ikunu ttrattati bħal f’kull pajjiz ieħor terz. Dan ifisser li l-formalitajiet kollha tad-Dwana jkunu jridu jibdew isiru ukoll għar-Renju Unit u d-dazji u taxxi dovuti kollha jitħallsu skont kif stipulat fil-liġi tal-Unjoni Ewropea.
Sa mill-2018, id-Dipartiment tad-Dwana ħejja għall-eventwalita li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropja mingħajr ftehim.
Id-Dipartiment tad-Dwana kompla jħejji ruħu għal din l-eventwalita billi ħejja laqgħat speċifikati ma’
stakeholders
prinicpali, bħac-
Chamber of Commerce
, il-Karma tal-Intrapprizi z-Zgħar, il-
Unions
u l-assocjazzjonijiet tal-burdnara u tal-operaturi. Inħargu wkoll diversi komunikazzjonijiet lill-mezzi tax-xandir biex il-poplu in ġenerali ikun infurmat tajjeb.
Sar ukoll investiment f
luggage scanner
ġdid għall-ajruport biex iktar jgħin fl-iċċekkjar tal-bagalji. Dan kien meħtieġ biex jilqa’ aħjar għall-influss tal-passiġġieri li jiġu minn u jitilqu lejn ir-Renju Unit.
Sar investiment qawwi fuq is-sistemi tad-Dwana ta’ Importazzjoni u Esportazzjoni u ġie offrut
training
fuq is-sistemi għal 80 individwu fil-privat u għall-impjegati kollha tad-Dwana. Id-Dipartiment tad-Dwana baqa joffri l-possibilta’ ta’
training
lil dawk l-operaturi li xogħolhom huwa esklussivament mar-Renju Unit u l-Unjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm deheb depositat taħt l-iskema ta' rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte Di Pieta? Jista' jindika liema huwa l-ixjeħ rahan li ngħata u li għadu veljanti u ma nġabarx sal-aħħar ta’ Dicembru 2019?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Diċembru 2019 kien hemm 4,246 rahan depo¿itati fil-Monte di Pieta, bl-ixjaħ rahan imur lura għas-26 ta’ Marzu 1984.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16834, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħarġet fuq kwarantina minħabba dawn il-każijiet pożittivi?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16834, kien hemm mija u disgħa u għoxrin (129) persuna.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 17225 dwar jekk hemmx pjanijiet sabiex Malta titlob self mill-European Stability Mechanism, jista' l-Ministru jgħid x'użu għamlet Malta s'issa mill-erba' faċilitajiet imsemmijin fl-istess tweġiba u r-rata tal-imgħax li kienet applikabbli f'kull każ?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta ħadet self ta’ €120 miljun nominali taħt l-istrument SURE, li għadda lil Malta fis-17 ta’ Novembru 2020 bir-rati ta’ mgħax kif jidhru fit-tabella aktar ‘l isfel:
Self għall-perjodu ta’ 5 snin
Self għall-perjodu ta’ 30 sena
Ammount Nominali
€80,000,000
€40,000,000
Kupun
0%
0.30%
Rendiment
-
0.509%
0.317%
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma baqax jippubblika l-istatistika Registered Employment minn Jannar li għadda 'l hawn, kuntrarju għal dak li kien jiġri qabel kull xahar u għal snin sħaħ??
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma kienx qed jippubblika l-istatistika Registered Employment matul ix-xhur imsemmija minħabba dewmien min-naħa tas-sors biex jipprovdi informazzjoni aġġornata dwar impjiegi fis-settur pubbliku.
L-informazzjoni li tkopri l-ewwel xhur tas-sena 2020 se tinħareġ mill-aktar fis possibbli. Hekk kif l-Uffiċċju jkollu data għall-pubblikazzjoni tan-
news release
, din tkun aġġornata fuq il-kalendarju li huwa disponibbli
online
.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu pagamenti, meta u ta’ xiex mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament matul l-2018, 2019 u l-2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li permezz tagħha l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament irriżenja minn Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe ittra jew dokument li ntbagħtet minnu u/jew mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji bi tweġiba jew b'rabta mal-imsemmija riżenja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dawl tar-riżenja minn Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, l-istess Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ġietx ippreżentata bir-rapport mill-panel imwaqqaf minnu stess sabiex jinvestiga u/jew jivverifika allegati ksur ta' etika mill-imsemmi individwu? Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmi rapport?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA hi awtorita ndipendenti u mhux kompitu tal-Ministeru dan il-proċess.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu bi qligħ f'Għawdex fl-aħħar ta' kull sena mill-2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2020, klassifikati taħt irġiel u nisa, full-time u part-time, jaħdmu għal rashom u impjegati ma' ħaddieħor fis-settur pubbliku, maqsuma f'dipartimenti tal-gvern u organizzazzjonijiet parastatali u fis-settur privat taħt id-diversi oqsma ta' produzzjoni diretti u dawk ta' servizzi tas-suq? Jista' jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema f'Għawdex li kellhom xogħol part-time minbarra x-xogħol full-time tagħhom fl-aħħar ta' kull sena mill-2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2020?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli kif ġej:
Tabella A turi kemm kien hemm persuni jaħdmu f’Għawdex fuq bażi full-time u part-time bħala xogħol ewlieni tagħhom, fl-aħħar ta' kull sena minn Diċembru 2013 sal-aħħar ta' Jannar 2020, maqsuma f’irġiel u nisa, jaħdmu għal rashom u impjegati ma' ħaddieħor fis-settur privat, jaħdmu f'dipartimenti tal-gvern u organizzazzjonijiet parastatali, taħt id-diversi oqsma ta' produzzjoni diretti u dawk ta' servizzi tas-suq.
Tabella B tindika n-numru ta' ħaddiema Għawdxin li kellhom xogħol part-time minbarra x-xogħol full-time tagħhom.
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Jannar 2020.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16761, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-aħħar statistika disponibbli għand l-NSO dwar kemm kienet il-workforce ta' ħaddiema reġistrati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jiċċara l-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm issellef flus il-Gvern ta' Malta sena b'sena mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Ġunju 2020 u r-rata medja ta' imgħax li qiegħda titħallas fuq dan is-self?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Ħaddiema - telework
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16816, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni indikati fit-tabella hux qed jaħdmu bit-teleworking permezz ta’ ftehim li sar qabel il-bidu tal-pandemija (7 ta’ Marzu 2020)? Jista’ jgħid kemm hu n-numru totali ta’ ħaddiema li jaħdmu fl-entitajiet imsemmija fit-tabella?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi hemm total ta’ elf, mitejn u għoxrin (1,220) persuna impjegati ma’ dawn l-entitajiet.
Qabel il-bidu tal-pandemija, kien hemm sitta u tmenin (86) persuna li kellhom arranġamenti ta’ teleworking, li ġew estiżi hekk kif faqqgħet il-pandemija.