Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4858 Sitting 96 2018-03-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati detailed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #4979 Sitting 96 2018-03-21 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi – eżitu ta’ investigazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fil-persuni tal-Ministru għat-Turiżmu u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li għaliha saret referenza pubblika mill-Prim Ministru?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onoveroli Interpellant li l-Artiklu 4 tal-Income Tax Management Act jipprojbixxi kull uffiċjal tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni milli jagħti informazzjoni bħal dik mitluba minnu.
Leg 13 PQ #4912 Sitting 95 2018-03-20 Oral · Final From: ROSIANNE CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1103 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — position of trust

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 144, jista' l-Ministru issa jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-Dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hemm tliet pesuni f’positions of trust fil-Ministeru għall-Finanzi skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #4664 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2097 u 692 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2014 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #4665 Sitting 93 2018-03-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2098 u 693 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2015 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #4253 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għall-Finanzi

Kummissjoni Ewropea – Certifying Authority — interlokuturi

Question

Peress li sabiex ix-xogħol ta’ Certifying Authority isir kif suppost skont il-leġiżlazzjoni tal-programmi operattivi tal-Unjoni Ewropea, impjegati tas-Certifying Authority ġew innominati bħala interlokuturi uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni min huma l-interlokuturi l-ġodda tal-Kummissjoni Ewropea, wara l-għaqda tas-Certifying Authority u l-Managing Authority? Barra minn hekk, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’ġara mill-impjegati u dawk l-impjegati li kienu nnominati bħala l-interlokuturi tal-Kummissjoni qabel din l-għaqda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirriferi għall-Mistoqsija Parlamentari 4252. Is- Certifying Authority hija funzjoni marbuta mal-ġestjoni tal-EU Funding. Għaldaqstant, mill-programm il-ġdid 2014-2020, il-funzjonijiet marbuta mat-tħaddim tal-fondi qed jiġu amministrati mill-Ministeru responsabbli mill-Fondi Ewropej. Għaddej proċess ta’ Selezzjoni biex jiġu ingaġġati uffiċjali mill-Ministeru responsabbli. L-uffiċjali imsemmija ngħataw l-opportunità li japplikaw. L-uffiċjali li ma applikawx jew li ma jkunux magħżula jintbagħtu fil-Ministeru jew f’Ministeri oħrajn biex jaħdmu fuq xogħol relatat.
Leg 13 PQ #4281 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Rapport tal-Missjoni tal-Parlament Ewropew – rappreżentazzjonijiet mill-Gvern tar-Renju Unit

Question

B'referenza għar-rapport tal-missjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-delegazzjoni ad hoc li żaret lil Malta mit-30 ta' Novembru 2017 sal-1 ta' Diċembru 2017, jista' l-Ministru jgħid, x'rappreżentazzjonijiet kellu mill-Gvern tar-Renju Unit dwar: (a) il-ħasil ta' flus, (b) l-evitar tat-taxxa; u (ċ) l-evażjoni tat-taxxa, ilkoll bħala riżultat tal-bejgħ tal-passaporti mill-Gvern ta' Malta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika l-mistoqsija tiegħu.
Leg 13 PQ #4607 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Accountants investigati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Accountancy Board hux kostitwit? Jista’ jgħid min huma l-membri? Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-accountants li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament u li kienu fl-aħbarijiet li rreżenjaw mill-Institute of Accountancy għax kienu nbdew proċeduri dixxiplinarji, ġewx investigati mill-Accountacy Board?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Accountancy huwa kostitwit skont il-liġi u huwa magħmul minn Chairman u sitt membri oħra, li kollha ma jipprattikawx u li għandhom għarfien fl-oqsma rilevanti tal-awditjar statutorju u l-accounting.Il-membri fuq il-Bord huma: Chairman Mr Peter Baldacchino, MPhil (Lough), FCCA, FIA, CPA, CSA Members Mr Benjamin Rizzo, ACMA, FIA, CPA Mr Mario P. Galea, FCCA, FIA, CPA Dr Desiree Cassar, BA, LLD, Dip.Tax Mr Paul Grech, BA (Hons) Accty, FIA, CPA Ms Christine Bartolo Perici, B.Com (Hons) Econ, MA Econ Mr John Sammut, BA (Hons) Accty, MA Fin Serv, ACIB, CPA, FIA Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 2188.
Leg 13 PQ #4609 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank investigat

Question

Peress li ġie mħabbar li l-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jiġi investigat minn awtoritajiet fil-Lussumburgu minħabba ħasil ta’ flus, jista’ l-Ministru jgħid xi due diligence sar meta ġie aċċettat dan il-bank meta kien magħruf li ċertu pajjiżi Ewropej kienu qed jinvestigaw wieħed mis-sidien tal-bank? Jista’ jgħid meta l-aħħar saret spezzjoni fuq dan il-bank mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u kemm-il darba saret spezzjoni għal kull sena, waħda wara l-oħra, mis-sena 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #4610 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU — investigazzjoni

Question

B’referenza għall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u l-investigazzjoni tagħha wara li rċeviet rapporti mill-FIAU ta’ Lussemburgu, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-FIAU waslitx biex titfa’ rapport investigattiv lill-Korp tal-Pulizija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja m’għandux poteri fil-liġi illi jwettaq investigazzjoni. Madanakolllu, il-Korp huwa fid-dover li jwettaq analisi dwar kull ‘Suspicious Transaction Report’ jew informazzjoni oħra li jkun irċieva mingħand persuni suġġetti jew terzi persuni oħrajn, kif ukoll informazzjoni oħra li tasal għand il-Korp b’kull mod ieħor, fosthom anke ‘Spontaneous Intelligence Reports’ mingħand FIUs oħrajn madwar id-dinja. Biss biss, fis-sena 2017, il-Korp irċieva ‘il fuq minn 150 ‘Spontaneous Intelligence Report’ minn FIUs oħra, u għadd kbir minnhom kienu wkoll mill-FIU ta’ Lussemburgu. Izda n-natura tal-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba ma tistax tiġi pprovduta għaliex din hija ikklassifikata bħala kunfidenzjali ai termini tal-Artikolu 34 tal-Att Kontra Money Laundering, u l-Korp huwa pprojbit milli jizvela din it-tip ta’ informazzjoni ai termini tal-istess Artikolu.
Leg 13 PQ #4663 Sitting 92 2018-03-12 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2095 u 684 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #3988 Sitting 91 2018-03-07 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għall-Finanzi

WTO – laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Ambaxxatur Permanenti f’Ġinevra għall-World Trade Organisation (WTO), magħrufa fil-Qosor bħala HOMs, attenda u rrapporta lill-awtoritajiet kompetenti f’Malta, l-envoy għad-WTO li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-bidu tal-ħatra tiegħu sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-laqgħat li għalihom attenda l-istess individwu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #4145 Sitting 91 2018-03-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja – on-site examinations fuq nutara

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ on-site examinations jew eżerċizzji oħra ta’ verifika li għamel il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) lil Nutara li f'xi mument jew ieħor ġew sospiżi mill-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom bħala Nutara jew li kellhom il-warrant tagħhom ta' Nutara revokat jew li huma stess għażlu li jirrinunzjaw għalih xahar b’xahar mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nutar li jkun irrinunzja jew li tkun ittieħditlu l-warrant ma jibqax jipprattika l-professjoni u allura ma jistax jibqa’ jitqies bħala persuna suġġetta. Għaldaqstant, ma jkun għad hemm ebda lok li ssir on-site examination, għaliex persuna li ma twettaqx attivita rilevanti ma titqiesx bħala persuna suġġetta u ma jkolliex obbligi taħt ir-Regolamenti.
Leg 13 PQ #4146 Sitting 91 2018-03-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi – Nutara — informazzjoni dwar taxxi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Taxxi għandux informazzjoni dwar l-ammont ta’ taxxi li minkejja li jkunu nġabru min-Nutara, ma jkunux effettivament tħallsu lid-Dipartiment tat-Taxxi u dan minkejja li tkun għaddiet aktar minn sena mill-ġbir tagħhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 4143.
Leg 13 PQ #4147 Sitting 91 2018-03-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi — dewmien biex titħallas it-taxxa tal-boll

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Taxxi jikkunsidrax dewmien ta’ snin sabiex titħallas taxxa tal-boll jew income tax miġbura min-Nutara bħala miżapproprjazzjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant biex jirriferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 4143.
Leg 13 PQ #4148 Sitting 91 2018-03-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja – investigazzjoni fuq informazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) jinvestigax kull informazzjoni li tkun waslet għandu mingħand persuni li ma jiffurmawx parti mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interplennat li l-Korp huwa fid-dover illi jagħmel analisi dwar kull rapport dwar operazzjonijiet suspettuzi (suspicious transaction reports) jew informazzjoni oħra li jkun irċieva mingħand persuni suġġetti jew terzi persuni oħrajn, jew informazzjoni oħra li tista’ tiġi fil-pussess tal-Korp b’kull mod ieħor.
Leg 13 PQ #4149 Sitting 91 2018-03-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) jinvestigax hu stess jew jitlobx li tiġi investigata minn ħaddieħor kull allegazzjoni li ssir minn persuni li ma jiffurmawx parti mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja dwar allegati irregolaritajiet mill-istess Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja? Jekk iva, jista' jgħid minn min u kif issir din l-investigazzjoni? Jista' jgħid ukoll in-numru ta' allegazzjonijiet li saru u x'kien l-eżitu tal-investigazzjonijiet li saru dwarhom, xahar b'xahar mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk il-Korp isir jaf b’xi allegazzjonijiet li qed jirriferi għalihom l-Onor. Interpellant, dawn jiġu investigati internament b’mod kunfidenzjali.
Leg 13 PQ #4150 Sitting 91 2018-03-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja – każijiet ta’ ħasil ta’ flus relatati ma’ miżappropjazzjoni ta’ taxxa minn Nutar Pubbliku Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' ħasil ta' flus relatati ma' miżapproprjazzjoni ta' taxxa minn Nutar Pubbliku Malti ġie nvestigat mill-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) minn kemm ilu mwaqqaf l-istess Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja? Jista' jgħid f'liema sena bdiet u ntemmet, jekk ikun il-każ, kull investigazzjoni u x'passi ttieħdu fil-konfront tal-persuna jew persuni nvoluti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kif spejgajt fil-Mistoqsija Parlamentari numru 4142, kull sena l-FIAU tippubblika rapport dwar l-operazzjonijiet tagħħa matul is-sena, li tinkludi wkoll statistika konsolidata dwar il-kazijiet ta’ suspetti ta’ ħasil ta’ flus li jkunu ġew analizzati f’kull sena rrappurtata, liema statistika tinkludi wkoll informazzjoni dwar is-suspett tat-tip ta’ reat sottostanti. It-tip ta’ statistika li qiegħda tintalab ma tistax tingħata għaliex fl-opinjoni tal-korp għandha l-potenzjal li twassal għall-identifikazzjoni ta’ individwi speċifiċi. L-izvelar ta’ din in-natura ta’ informazzjoni hija pprojbita ai termini tal-Artikolu 34(1)(d) tal-Att Kontra Money Laundering.
Leg 13 PQ #4141 Sitting 90 2018-03-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja – talba għall-informazzjoni lid-Dipartiment tat-Taxxi – ħlas ta’ taxxi tard

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta' drabi li l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit) talab informazzjoni lid-Dipartiment tat-Taxxi dwar Nutara li jkunu tard fil-ħlas tat-taxxa miġbura minnhom jew li saħansitra wettqu miżapproprjazzjoni ta' taxxi miġbura minnhom, xahar b’xahar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ai termini tal-Artikolu 34 tal-Att Kontra Money Laundering, in-natura tal-informazzjoni li qiegħda tiġi mitluba hija kunfidenzjali u ma tistax tiġi pprovduta.