Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta Soċjali — transfers ta' ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li jmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jgħid għal liema sena qed jirreferi.

Ministeru għal Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – reklamar fuq Facebook – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu, inkluż kull entità u Dipartiment fi ħdan l-istess Ministeru, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook matul il-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-3 ta' Ġunju 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi, ma kien hemm l-ebda spiża f’reklamar fuq dan is-sit soċjali.

San Vinċenz de Paul – dħul ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, xahar b’xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ anzjani li daħlu fir-Residenza San Vinċenz de Paul huwa kif ġej ; 2017 Total Jannar 57 Frar 45 Marzu 35 April 30 Mejju 38 Sat-3 ta’ Ġunju 11 TOTAL 216

Djar tal-Anzjani – dħul ta’ anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu anzjani fid-Djar tal-Anzjani bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017, xahar b’xahar? Jista’ jindika wkoll in-numru ta’ anzjani li daħlu f’kull Dar tal-Anzjani f’dan il-perjodu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha, hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Dar għall-Anzjani Casa San Paolo – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa San Paolo fis-sena 2015, fis-sena 2016 u fis-sena 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2015 2016 sat- 3 ta' Ġunju2017 134 190 191 Irġiel Nisa sat-30 ta' Settembru 2017 64 127 191 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija ta 60%.

Dar għall-Anzjani Villa Messina – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Villa Messina fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016, 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017) separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2013 2014 2015 2016 sat- 3 ta' Ġunju 2017 Villa Messina 71 78 78 78 120 Irġiel Nisa sat-30 ta' Settembru 2017 49 97 146 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija ta 60%.

Dar għall-Anzjani Roseville – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Roseville fis-snin 2013 (mill-11 ta’ Marzu 2013), 2014, 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2013 2014 2015 2016 sat- 3 ta' Ġunju 2017 Roseville 80 80 80 93 94 Irġiel Nisa sat-30 ta' Settembru 2017 27 67 94 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija ta 60%.

Dar għall-Anzjani Casa Francesco – sodod mixtrija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm xtara sodod il-Gvern f’Casa Francesco fis-snin 2015, 2016 u 2017 (sat-3 ta’ Ġunju 2017), separatament minn xulxin? Minn dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema, jista’ jgħid kemm huma nisa u kemm huma rġiel? Jista’ jgħid ukoll b’liema rata qed titnaqqas il-pensjoni ta’ dawn l-anzjani li qed jibbenefikaw minn din l-iskema?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella kif ġej ; 2013 2014 2015 2016 sat-3 ta' Ġunju 2017 Casa San Paolo 0 0 8 35 36 Irġiel Nisa sat-30 ta' Settembru 2017 10 30 40 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-rata tat-tnaqqis tal-pensjoni tal-anzjani li qegħdin f’waħda mid-Dar tal-Anzjani tal-Gvern jew f’Dar tal-Anzjani taħt l-iskema tal-Public Private Partnership hija ta 60%.

Tnaqqis fil-pensjoni — każ ta' koppja

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi sabiex jara li d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jagħmel ġustizzja ma' koppja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din il-koppja bagħtet ittra ta' protesta lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex tilmenta minn deċiżjoni li ħa l-istess dipartiment fil-konfront tagħhom meta l-istess dipartiment spiċċa biex jieħu deċiżjoni li titnaqqas il-pensjoni tal-istess koppja?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna msemmija kellu l-benefiċċju tal-Għajnuna Medika mwaqqaf. Dan peress illi l-kapital tiegħu kien eċċeda l-iskala u wara li saret investigazzjoni mid-dipartiment, irriżulta li l-kapital imsemmi qatt ma kien ġie ddikjarat mill-klijent fl-applikazzjoni li huwa kien issottometta. Għalhekk minbarra li twaqqaf il-benefiċċju msemmi, kellu wkoll jinġabar dak kollu li kien tħallas. Tajjeb wieħed jinnota li fl-ebda ħin ma tnaqqset ir-rata tal-Pensjoni Kontributorja. It-tnaqqis li qed iseħħ huwa persentaġġ mill-istess pensjoni kontributorja sabiex jinfeda dak illi għandu jagħti lura lid-Dipartiment.

Welfare Committee – xiri ta’ sodod u wheelchairs

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw sodod u wheelchairs ġodda mill-Welfare Committee minn Jannar 2017 sal-ġurnata li tingħata r-risposta? Fejn u kemm ġew allokati fil-komunità, fl-isptarijiet, inkluż Karen Grech, rehabilitation u djar tal-anzjani individwali? Kemm hemm minnhom li ma tqassmux u fejn qegħdin jinżammu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Inerpellant illi, minn Jannar 2017 sad-data li fiha qed tkun preżentata din it-tweġiba, l-Welfare Committee xtara apparat utli li tqassam fid-djar tal-anzjani u l-isptarijiet kif ġej: 3 sodod tal-elettriku għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 73 Wheelchair normali li 50 minnhom inxtraw għar-Residenza San Vinċenż de Paul, 3 għad-dar tal-anzjani tal-Furjana, 12 għad-dar tal-anzjani tal-Imtarfa, 6 għad-dar tal-anzjani tal-Mosta u 2 għad-dar ta l-anzjani tal-Imsida; 2 20” Bariatric Wheelchairs għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 2 22” Bariatric Wheelchairs għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 2 24” Bariatric Wheelchairs għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 1 26” Bariatric Wheelchair għar-Residenza San Vinċenż de Paul; 5 Reclining Wheelchairs għar-Residenza San Vinċenz de Paul; 5 Amputee Wheelchairs għar-Residenża San Vinċenz de Paul u 30 Tilt in Space Wheelchairs, fejn 15 inxtraw għar-Residenza San Vinċenż de Paul u 15 għall-Isptar Mount Carmel.

Welfare Committee – xiri ta' kaxxi tar-rigali għar-residenti ta' Djar tal-Anzjani f'għeluq sninhom

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw kaxxi tar-rigali biex jingħataw bħala rigal f'għeluq snin ir-residenti tad-Djar tal-Anzjani fl-aħħar tnax il-xahar? Kemm swiet kull kaxxa u kemm hi s-somma globali li ntefqet mill-Welfare Committee? Jista' wkoll jispeċifika l-kontenut tipiku ta' waħda mill-kaxxi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Welfare Committee qassam 3100 kaxxa tar-rigali lir-residenti anzjani fid-djar tal-Anzjani, f’għeluq sninhom bejn Lulju 2016 u Ġunju 2017. Kull kaxxa swiet €55.82, bis-somma totali li kienet tammonta għal €173,026.30. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kaxxi tar-rigali mqassma kienu jikkonsistu f’rigali kif ġej ; KAXXA TAR-RIGALI LI NGĦATAT LIN-NISA. Sett ta’ Xugami Sett ta’ Face Cloths Shampoo Shower Gel Handwash Sponża Fwieħa Statwa Reliġuża. Pakkett ta’ 3 kalzetti Kartiera tal-Flus Hair Clip Eyeshadow Xkupilja tax-xagħar Nail Files Wipes Ladies Hand Fan. KAXXA TAR-RIGALI LI NGĦATAT LILL-IRĠIEL: Sett ta’ Xugami Sett ta’ Face Clothes Shampoo Shower Gel Handwash Sponża Fwieħa Kartiera tal-Flus Statwa Reliġuża Ċinturin Pakkett ta’ 3 kalzetti 2 Nail Files Wipes Foam tal-leħja Pinzell tal-leħja Petne

Welfare Committee Board – membri li ngħataw promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-membri tal-Welfare Committee Board ingħata promozzjoni minn Jannar 2017 sal-ġurnata li tingħata din ir-risposta? Tista' tispeċifika x'kien il-grad tal-persuni individwali qabel ma ngħataw il-promozzjoni u l-grad tagħhom illum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda membru tal-Welfare Committee li ngħata promozzjoni fil-perjodu msemmi.

Welfare Committee – ħlas lil perit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas għal kull tender il-perit tal-Welfare Committee biex jipprepara l-ispeċifikazzjonijiet tat-tenders? Min jevalwa u jiġġudika dawn it-tenders u kif jitħallas?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Welfare Committee jagħmel użu mis-servizzi tal-Perit li jagħti servizz lid-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`. Il-Perit jitħallas €18 fis-siegħa(VAT eskluża) (€21.24 VAT inkluża), skont kif kienet ħarġet is-sejħa għall-offerti. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi l-evalwazzjoni u l-aġġudikazzjoni tat-tenders issir minn dawn il-membri li għandhom esperjenza fil-qasam finanzjarju, kif ġej ; Is-Sur Mario Curmi; Is-Sur Vincent Ellul; Is-Sur Mario Caruana; Is-Sur John Attard jew Is-Sa Karen Muscat (jekk it-tender hija ta’ tagħmir mediku); Is-Sa Miriam Azzopardi – Segretarja Ta’ min jirrimarka wkoll illi preżenti dejjem ikun hemm persuna teknika skont il-każ inkwistjoni li jkun qiegħed jiġi diskuss. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-membri tal-Welfare Committee ma jitħallsux għal evalwazzjoni tat-tenders.

Residenza San Vinċenż de Paul – ex ħaddiema tal-Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ex ħaddiema tal-Enemalta li jaħdmu l-SVPR għandhomx ħinijiet differenti meta jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol meta mqabbla ma' ħaddiema oħra? X'kontroll jagħmel id-dipartiment biex jara li ma jsirux abbużi f'dan ir-rigward?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-eks ħaddiema tal-Enemalta li jaħdmu ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, għandhom l-istess rosters illi huma disponibbli għalihom il-ħaddiema kollha tar-Residenza. L-eks ħaddiema tal-Enemalta, bħal ħaddiema kollha tal-Gvern u tar-Residenza San Vinċenz de Paule, jirrekordjaw l-attendenza tagħhom fuq l-attendance sheets, kif stabbilit fil-PSMC u kif mistenni mis-Servizz Pubbliku.

Skema ta’ self lill-familji bi dħul baxx għax-xiri tad-dar tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mill-iskema ta’ self li qed jipprovdi l-APS Bank biex familji bi dħul baxx jingħataw il-possibbiltà li jixtru d-dar tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar ircieviet 254 -il applikazzjoni taħt l-Iskema li tipprovdi għajnuna finanzjarja fuq self ta' xiri ta' propjetà privata. Il-proċess ta' dawn l-applikazzjonijiet huwa kif jidher hawn taħt: Approvati mill-HA, FSWS u APS - 35 Approvati mill-HA - Pendenti APS u FSWS - 70 Approvati mill-HA (assi pendenti) - Pendenti FSWS u APS - 67 Stadju Inizjali - 14 Invalidi - 49 Ma jistgħu jiġu proċessati minħabba dokumenti nieqsa - 19 Ngharraf lill-Onor. Intepellant li, l-approvazzjoni tas-self hija deċiżjoni finali tal-bank u l-Awtorità tad-Djar m'għandħa l-ebda dritt li timponi fuq il-bank għall-approvazzjoni ta' xi self lill-klijenti. Is-sussidju jibda jingħata meta l-applikanti jiffirmaw il-kuntratt tax-xiri tal-post u jibda jitħallas is-self.

San Pawl il-Baħar – twaqqif tas-servizz tal-Home Help

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra r-raġuni għaliex numru ta' familji f'San Pawl il-Baħar twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help xahrejn ilu? Meta hemm il-ħsieb li s-servizz jerġa’ jiġi għan-normal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-raġuni li numru ta’ familji f’San Pawl il-Baħar twaqqfilhom is-servizz tal-Home Help hija minħabba li waqfu żewġ helpers impjegati tal-kuntrattur li huwa nkarigat li jipprovdi s-servizz. Minħabba f’hekk kellu jinbeda proċess sabiex jinstabu sostituti għalihom. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent, għad jonqos biss żewġ familji li għad trid tinstabilhom helper biex ikun jista’ jitkompla s-servizz.

Bini ta’ units għal akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew units għal akkomodazzjoni soċjali bejn l-2013 u l 2017? X'kienet in-nefqa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-aħħar tenders tal-Awtorita’ tad-Djar għall-bini ta’ units ġodda kienu nħarġu fl-2010. Ix-xogħol fuq 5 mill-units li kienu proġettati fl-2010 tlestew bejn l-2011 u l-2012, filwaqt li x-xogħol fuq 9 units oħra tlestew fl-2014. Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Gvern beda bil-ħidma tiegħu sabiex jibni mijiet ta’ binijiet għall-akkomodazzjoni soċjali. Matul l-2017, Il-Housing Projects Management Unit beda bl-iskavar f’numru ta’ siti ppjanati għal proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali. Dan l-investiment ser ikun qiegħed iwassal għal bini ta’ 683 unit ta’ akkomodazzjoni soċjali, li jammontaw għal ħafna aktar binjiet minn dawk mibnija minn amministrazzjonijiet preċedenti.

Siġġiewi – units ta’ akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm units ta' akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi? Kemm minnhom ġew mibnija mill-Gvern u kemm ġew mikrija mingħand il-privat? F'liema snin inbnew u f'liema snin inkrew dawn il-proprjetajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proprjeta’ allokata għal akkomodazzjoni soċjali b’titolu ta’ kera’ fis-Siġġiewi tikkonsisti fl-imsemmija appartamenti u binijiet: - 32 appartament fi Blokki 1 – 3, Triq Ramija mibnija u mikrija madwar is-sena 1975; - 23 dar fi Triq Mons Mikiel Azzopardi, Triq il-Għid u Triq Annunziato Schembri mibnija u mikrija madwar is-sena 1976; - 32 appartament fi blokk magħruf bħala Binja Ħesri fi Triq Dun Anton Vella ġew mibnija u mikrija madwar is-sena 1991; - 12-il appartament fi blokk magħruf bħala Binja Ħesri fi Triq Salvatore Mallia ġew mibnija u mikrija madwar is-sena 1995; u 20 appartament jew maisonette mikrija permezz ta’ Skema Kiri bejn l-2012 u l-2014.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu ghadha qed tingabar.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – proċess biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea – impatt

Question

Fid-dawl tal-fatt li r-Renju Unit ser jibda l-proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li sar fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu biex jiġi analizzat x’impatt (pożittiv jew negattiv) li dan jista’ jġib miegħu? Jekk dan sar, jista’ jpoġġi l-analisi rispettiva fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara konsultazzjoni interna li saret fi ħdan il-Ministeru, ma jirriżultax li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ser iħalli xi impatt partikolari fuq il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, sew negattiv jew pożittiv. Madanakollu, irid jingħad li f'dak li għandu x'jaqsam mas-Sigurtà Soċjali, uffiċjali mid-Dipartiment ikkonvernat għaddejin f'kuntatti kontinwi mar-Rapreżentanza Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u qed jiġu segwiti mill-qrib l-iżvillupi li qed ikun hemm fid-diskussjonijiet f'dan il-qasam, partikolari. Mhux biss, l-istess uffiċjali se jieħdu sehem f'laqgħat bilaterali mal-Kummisjoni Ewropea biex jiġu diskussi l-ħtiġijiet ta' Malta fil-qasam tas-sigurtà soċjali b'konsegwenza ta' dawn l-iżviluppi. F'dan ir-rigward, infakkar ukoll lill-Onor. Interpellant li bejn Malta u r-Renju Unit għad hemm fis-seħħ ftehim bilaterali dwar is-Sigurtà Soċjali, u li dwaru fil-passat, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għamel studju ta' kif dan il-ftehim għandu jiġi aġġornat f'każ li l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jilħqux ftehim fuq is-Sigurtà Soċjali. Jidher iżda li kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll ir-Renju Unit qegħdin jaħdmu mill-qrib biex jintlaħaq l-għan li jsir ftehim ibbażat fuq ir-regolamenti li hemm fis-seħħ bħalissa f'dan il-qasam, u għalhekk wieħed jistenna li l-impatt fuq il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit bħalissa, kif ukoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu f'Malta, se jkun wieħed minimu. Wieħed irid japprezza li peress li din il-materja għadha taħt diskussjoni bejn l-Istati Membri f'ambitu tal-Unjoni Ewropea, mhux opportun li jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra xi dokumenti li jistgħu f'xi mod jippreġudikaw dawn id-diskussjonijiet.