Legislature:
Category:
Reset
Active:

Precinct Officers — sejħa

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sejħa li saret biex ġew appuntati numru ta' precinct officers ma' numru ta' kulleġġi? Tista' tgħid ukoll meta saru l-interviews biex jimtlew dawn il-postijiet? X'salarji u allowances għandhom kull wieħed minn dawk li tpoġġew f'dawn il-pożizzjonijiet? Tista' tgħid ukoll mil-liema vot qed joħorġu il-fondi għal dawn il-pożizzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Informata li ma saret l-ebda sejħa għal Precint Officers mal-Kulleġġi.

Policies għall-posts of special responsabilities

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'policies hemm fis-seħħ li jirregolaw sejħiet biex jimtlew posts of special responsabilities skond il-ftehim milħuq mal- Malta Union of Teachers biex tinżamm uniformità u wkoll ma jsirux abbużi bħal fil-każ tal-ħruġ ta' sejħa biex jimtlew postijiet ta' Health and Safety Teachers, li kienet saret dan l-aħħar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fis-sejħiet interni li jsiru fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi, r-regoli huma stipulati b’mod ċar fis-sejħa stess, skond il-bżonnijiet tar-rwol ta’ dan il-post of special responsibility. Infurmata wkoll li ma kien hemm l-ebda abbuż fil-ħrug tas-sejħa biex jimtlew postijiet ta’ Health and Safety Teachers ta’ din is-sena. Il-policy tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi hi li min japplika għal dawn is-sejħiet interni għandu jkollhom il-permanent warrant. Jekk ma jinstabux nies addattati jew bizzejjed bil-Permanent Warrant imbagħad terġa’ toħroġ sejħa għall-għalliema/instructors li għandhom temporary warrant.

Skejjel tal-gvern — tfal imħarrġa fit-tagħrif tas-sewqan

Question

Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex matul is-snin li ġejjin it-tfal li jattendu l-iskejjel tal-gvern minn età żgħira jibdew jiġu esposti għal tagħrif dwar is-sewqan u l-kwalità tiegħu biex iktar 'il quddiem ikunu diġà nfurmati dwar kemm hu importanti li jiġu osservati r-regolamenti tas-sewqan?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li għal dawn l-aħħar għaxar snin, it-tfal tal-primarja tar-raba’, il-ħames u s-sitt sena ġew mgħallma ir-Road Safety u anke ngħataw materjal mibgħut mir-Red Cross tal-Ġermanja u mill-ADT. Fil-Kulleġġ t’Għawdex u ta’ Maria Reġina dan isir wkoll mat-tfal tal-primarja ta’ l-ewwel, it-tieni u t-tielet sena.

Ministeru Għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Serqiet Rappurtati mill-Pulizija

Question

Fid-dawl tal-fatt li diversi Ministri rrispondew il-mistoqsija fejn jirrigwardaw id-dikasteru tagħhom, tista' l-Ministru tikkonsidra mill-ġdid it-tweġiba tagħha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ir-risposta għall-din il-Mistoqsija Parlamentari se tingħata f’seduta oħra, mill-Ministru tal-Gustizzja u Intern.

Barranin — Kors fl-Università

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ studenti barranin, mill-UE u minn pajjizi terzi, sena b’sena, li daħlu għal xi kors fl-Univeristà, fil-Junior College, l-MCAST u fil-Higher Secondary mill-2004 ‘l hawn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Players tal-Football Barranin

Question

Tista l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta’ players barranin irregistrati Malta u li qiegħdin jilagħbu f’xi wieħed mil-leagues f’Malta taħt il-kappa tal-Malta Football Association?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport — Ħaddiema impjegati part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati fuq bażi part-time mal-entitajiet governattivi? Tista' tgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema li ilhom part-time għal iktar minn tliet snin u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiġu ingaġġati full-time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata aktar tard.

Għawdex — Studenti tas-sixth form tat-tieni sena - għalliem tal-kompjuter

Question

Peress li l-istudenti tas-sixth form tat-tieni sena f'Għawdex qed jilmentaw għax m'għandhomx għalliem tal-kompjuter, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-għalliem tal-kompjuter reġa’ lura f’postu. Kien fuq Sick Leave. Biex ipatti għall-lezzjonijiet li ntilfu, l-għalliem konċernat diġa’ ftiehem mal-istudenti li ser jidħlu s-Sibtijiet biex jirkupraw il-lezzjonijiet mitlufa.

Dipartiment tal-Edukazzjoni — persuni reġistrati bħala self-employed

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni hemmx persuni li qed joffru s-servizzi tagħhom lid-dipartiment u fil-preżent qegħdin jintalbu jirreġistraw l-impjieg tagħhom bħala self-employed?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi hemm numru żgħir ta’ persuni li qed joffru s-servizzi tagħhom b’contract for service u b’hekk ikunu self employed.

Ħal Tarxien — Skola Primarja u Santa Marija Goretti - tibdil strutturali

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslu l-pjanijiet sabiex isir tibdil strutturali estensiv fl-iskola Primarja ta' Ħal Tarxien u fl-iskola Santa Marija Goretti f'Ħal Tarxien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li sew fl-iskola primarja ta’ Ħal Tarxien, kif ukoll fl-iskola Santa Maria Goretti f’Ħal Tarxien diġa’ saru xogħolijiet estensivi. Ix-xogħolijiet li għad fadal biex isiru huma mdaħħla fi programm ta’ prijoritajiet ta’ xogħolijiet li jridu jsiru f’ħafna mill-iskejjel statali ta’ Malta.

Tramunta ta' Malta — Kumpless Sportiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn mistenni jsir il-kumpless sportiv ġdid fit-Tramuntana ta' Malta kif intqal fid-diskors tal-Budget 2009? F'liema stadju wasal? Saret applikazzjoni quddiem il-MEPA?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Kunsill Malti għall-iSport qiegħed fil-preżent jiffinalizza t-technical u specification brief tal-Kumpless.

Facilitators fl-iskejjel tal-gvern u fl-iskejjel privati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien l-kontribut finanzjarju li l-gvern għadda lill-: a) Skejjel tiegħu b) Skejjel tal-privat sabiex dawn ikunu jistgħu jingaġġaw il-facilitators meħtieġa sabiex jgħinu lit-tfal bi bżonnijiet speċjali matul is-snin 2006, 2007, 2008 u dak proġettat għal 2009?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kontribut finanzjarju li l-Gvern għadda lill-iskejjel tiegħu sabiex dawn ikunu jistgħu jingaġġaw il-facilitators meħtieġa biex jgħinu lit-tfal bi bżonnijiet speċjali matul is-snin 2006, 2007, 2008 u dak proġettat għall-2009 huwa kif ġej. Sena Ammont 2006 €4,164,154 2007 €4,194,017 2008 €4,980,069 2009 €5,147,226 Sa l-2008 il-Gvern ma tax għajnuna lill-iskejjel privati (mhux tal-knisja) biex dawn jingaġġaw Learning Support Assistants/facilitators. Fl-estimi finanzjarji ta’ l-2009 hemm ivvutati €200,000 (Vote 19-Item no 5503 – Learning Support Assistants in Private Schools) għal dan il-għan.

Wires Antiki

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsijiet parlamentari, 2214 li saret lill-Ministru għall-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u 1590 u 3012 li saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa qed jiġu riferuti lilha u tara li jitneħħew wires antiki (saħansitra hemm wires tar-redifusion) li hemm fi 8, Paola Road Tarxien?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-PBS mhix responsabbli tal-wires antiki. Meta spiċċat Xandir Malta u saret il-PBS, dawn il-wires saru r-responsabbilta’ tal-GO.

MCAST — Istitut tal-ICT - Postijiet Vakanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-aħħar sentejn kemm-il sejħa ħarġet biex jintlew postijiet vakanti fl-istitut tal-ICT tal-MCAST? Kemm applikaw f'kull każ u kemm minn dawn il-postijiet intlew? X'kienu l-kwalifiki tal-applikanti u tal-magħżula?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Public Broadcasting Services — Bord tal-kamra tal-aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min hu kompost il-Bord editorjali tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid kemm iltaqa' dan il-bord minn Marzu 2008 sal-lum u x'kienu d-deċiżjonijiet ewlenin li ħa?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Public Broadcasting Services Limited m’għandhiex Bord Editorjali tal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet. Li għandha l-PBS Ltd hija Bord Editorjali li hu kompost minn: Prof. Joseph M. Pirotta (Chairman), Dr. M.A. Lauri u s-Sur Charles Mizzi bħala membri bi dritt għal vot u s-Sur Albert Debono (CEO), Dr. N. Fenech (Manager News & Registered Editor), is-Sur Simon Lumsden (Manager Programmes) u s-Sur Andrew Psaila (Chairman’s Assistant) bħala membri oħra. Il-Bord preżenti nħatar fil-bidu ta’ Mejju 2008. Minn dak iż-żmien ‘l hawn l-Bord iltaqa’ almenu darba fil-ġimgħa. Id-deċiżjonijiet ewlenin li ħa s’issa kienu jirridwardjaw ir-rakkomandazzjonijiet dwar l-għażla ta’ l-iskeda li bdiet minn Ottubru ta’ din is-sena għal konsiderazzjoni tal-Bord tad-Diretturi u deċiżjonijiet li kollettivament huma mmirati biex iwasslu għal programmar li jkun jaqdi aħjar l-obbligi Nazzjonali tal- Public Broadcasting Services Limited .

Public Broadcasting Services — Politika editorjali tal-kamra tal-aħbarijiet

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-politika editorjali tal-Kamra tal-Aħbarijiet tal-Public Broadcasting Services u xi kriterji fiha dwar meta jiġu kkwotati: a.) Ministri tal-Gvern b.) Shadow Ministers ta' l-Oppożizzjoni c.) Stqarrijiet minn għaqdiet u individwi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li l-Politika Editorjali tal-Kamra ta’ l-Aħbarijiet hi dik iddettata mill-Liġi tax-Xandir u skond ir-Regolamenti u Linji Gwida ta’ l-Awtorita’ tax-Xandir. Kull aħbar li tixxandar tkun evalwata skond il-valur ta’ l-aħbar.

Kunsill Lokali għall-Isport — SportsBuzz

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien n-numru ta' parteċipanti għall-proġett SportsBuzz organiżżat mill-Kunsill Malti għall-iSport maqsum għal kull dixxiplina sportiva? X'kienu jinkludu l-attivitajiet organiżżati għal kull dixxiplina differenti? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? F'liema lokalità nżammet kull attività?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li SportsBuzz kien program pilota għat-tfal ta’ Bormla bejn l-eta ta’ 8 – 14 sena. Attendenza kienet ta’ 32 fuq bażi regolari. It-tfal ma ġewx offruti attivitajiet sportivi differenti bħala għażla iżda kellhom varjeta’ ta’ football, basketball, judo, martial art, hip hop, sailing u horse riding. L-attivitajiet inżammu fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera apparti sailing (B’Bugia) u horse-riding (Marsa).

Swimming Promotion Unit — Numru ta' parteċipanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm organizzat mill-kunsill Malti għall-Isport bl-isem ta' Swimming Promotion Unit maqsum skond l-etajiet u s-sess? Jista' jgħid ukoll minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Summer on the move — parteċipanti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' parteċipanti għall-programm organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isports bl-isem ta' Summer on the move maqsuma skond l-età u s-sess? Tista' tgħid minn liema lokalità kienu ġejjin il-parteċipanti? Fiex kienu jikkonsistu l-attivitajiet u fejn saru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.