Jista’ l-Ministru jgħid xahar b'xahar minn meta ġiet inawgurata d-dry standing area ġewwa x-Xlendi kemm kien hemm ħaddiema imqabbdin mill-Ministeru għal Għawdex jaħdmu fiha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz fid-dry standing area ġewwa x-Xlendi qed jingħata fuq bażi ta` 24x7.
Nadur Għawdex — Triq tal-Ħanaq – xogħol ta’ resurfacing
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol ta' resurfacing fi Triq tal-Ħanaq fin-Nadur, liema xogħol ilu li beda aktar minn ħames snin iżda sal-lum għadu ma tlestiex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qiegħed f’diskussjoni ma’ kull kunsill lokali sabiex jidentifika l-bżonnijiet ta’ toroq residenzjali f’kull lokalita’
Jista' l-Ministru jieħu ħsieb illi fi Triq ix-Xatt, Marsalforn fejn bħalissa qed isiru x-xogħlijiet ta' ripavimentazzjoni ikun hemm dawl temporanju fit-triq peress illi d-dawl li kien hemm tneħħa minħabba dawn ix-xogħħlijiet u dana peress illi d-dlam li qed ikun hemm qed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dawl temporanju ġie nstallat fejn bħalissa qed isiru x-xogħlijiet fuq il-waterfront ta’ Marsalforn.
'Quotation for the supply and delivery of Galvanised steel shelving for Manufacturing and Services section in Gozo (CfT CA Unique ID: MGOZ Q 24/2020)'
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-quotation 'Quotation for the supply and delivery of Galvanised steel shelving for Manufacturing and Services section in Gozo (CfT CA Unique ID: MGOZ Q 24/2020)' li għalqet iktar minn 6 xhur ilu jiġifieri fis-16 ta' Marzu 2020 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija quotation għadha ma ġietx awarded?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-evalwazzjoni ta’ din il-quotation ġiet konkluża u ħa jitkomplew il-proċeduri li fadal.
Tender 'CALL-OFF FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL PROFESSIONAL SERVICES RELATED TO ROADWORKS IN GOZO'
Question
Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'CALL-OFF FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL PROFESSIONAL SERVICES RELATED TO ROADWORKS IN GOZO' li għalqet sena ilu jiġifieri fil-5 ta' Diċembru 2019? Jista’ jgħid jekk din it-tender ġietx evalwata u x'kien l-e¿itu tal-evalwazzjoni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-CALL-OFF partikolari mhix qed tiġi proċessata [on-hold] peress li s-servizzi qed jingħataw minn uffiċjali pubbliċi fi ħdan il-Ministeru.
Għawdex – nefqa fuq studji dwar il-bini ta’ qorti ġdid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17347 u jgħid kemm intefqu flus s'issa fi studji dwar il-Qorti l-ġdida proposta f'Għawdex peress li mhux minnu li din l-informazzjoni ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13038? Jista' jinforma l-poplu meta hemm ħsieb li tittieħed deċiżjoni dwar dan il-proġett ferm meħtieġ għall-kollettività?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 17638 - Għawdex – nefqa fuq studji dwar il-bini ta’ qorti ġdid.pdf
Jista' l-Ministru jispjega kif fit-tweġiba tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 17399 stqarr li n-numru ta' impjegati mal-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd kien 183 (2017) u 186 (2018) mentri l-Audited Accounts tas-snin 2017 u 2018 li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fit-tweġiba għall-mistoqsija 16768 jiddikjaraw li n-numru ta' impjegati kien 195 kull sena? Jista' jgħidilna liema figura hija korretta?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-differenza fin-numru ta’ impjegati bejn ir-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 17399, u dik b’numru 16768 li tirrigwarda l-audit accounts għas-snin 2017 u 2018, hija li fl-audit accounts in-numru ta’ ħaddiema huwa kkalkolat fuq l-average tal-ħaddiema li kienu jaħdmu mal-kumpanija f’dik is-sena, partikulari, inkluż il-board tad-diretturi. Filwaqt li fir-risposta parlamentari 17399 l-ammont ta’ ħaddiema huwa bbażat fuq in-numru ta’ ħaddiema li kien hemm fl-aħħar tas-sena mingħajr il-board tad-diretturi.
Ministeru għal Għawdex — ħaddiema infettati bil-Covid-19
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16842, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li ħarġu fuq kwarantina minħabba dan il-każ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija ma ngħatat ebda direzzjoni mill-Awtorita tas-saħħa biex jitpoġġa u/jew jitpoġġew persuni fuq kwarantina minħabba l-każ mmsemmi f’din il-mistoqsija parlamentari.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li Triq Sant' Antnin ġewwa Għajnsielem Għawdex li ġiet inawgurata mill-Prim Ministru fit-12 ta' Novembru 2020 u li intqal li 'sar investiment fuqha ta' madwar 2 miljun euro' meta għamlet l-ewwel ftit xita wara li ġiet inawgurata, spiċċat mgħarrqa bl-ilma?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Triq Sant’Antnin kienet ilha għexieren ta’ snin fi stat diżastruż u l-ebda Ministru fil-leġiżlaturi tal-imgħoddi ma għamel xejn sabiex jirranġaha, minkejja li kellna żewġ ministri minn Nadur li jgħaddu minnha ta’ kuljum. Illum, wara għexieren ta’ snin, in-Nadurin, Qalin u Għajnslemiżi għandhom aċċess dirett lejn il-Port tal-Imġarr bi triq li ġiet rikostruwita mill-qiegħ bis-servizzi kollha. Meta żviluppaw ħsarat minuri, dawn ġew irranġati f’temp ta’ 24 siegħa bi spejjeż il-kuntrattur. Dan huwa għall-kuntrarju ta’ proġetti substandard li saru f’amministrazzjoni Nazzjonalista, li għadna qed inbagħtu l-konsegwenzi tax-xogħol ħażin li sar sal-ġurnata tal-lum.
Ministeru għal Għawdex – persuni ingaġġati bħala Gardener u Farmer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies mas-Servizz Pubbliku fil-grad ta' ‘Gardener’ u ‘Farmer’ mal-Ministeru għal Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm hemm ippjanati li jiddaħħlu ħaddiema ġodda fil-grad ta’ ‘Gardener’ u ‘Farmer’ fil-ġimgħat u xhur li ġejjin? Jista’ jgħid ukoll jekk f’dawn l-aħħar ġimgħat kienx hemm xi sejħiet biex jiddaħħlu ħaddiema mas-Servizz Pubbliku mal-Ministeru għal Għawdex fil-grad ta' ‘Gardener’ u ‘Farmer’?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mid-data indikata fil-mistoqsija, mas-Servizz Pubbliku daħlu sitt Gardeners. Dawn il-Gardeners ġew ingaġġati bejn Frar 2015 u Frar 2016. Minn naħa l-oħra, ma kienx hemm nies li daħlu mas-Servizz Pubbliku bħala Farmers.
F’dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm sejħa għal applikazzjonijiet għall-post ta’ Gardener fil-Ministeru għal Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet u min hu responsabbli li Triq il-Pitkalija ġewwa x-Xewkija Għawdex, li saret ftit inqas minn sena ilu b'għaġġla kbira peress li kien ħa jiġi inawgurat il-Gozo Innovation Hub, eżatt minn ġa nofs it-triq u fejn hemm parti kbira minnha b'żewġ kisjiet tarmac (base course u wearing course) f'dawn l-aħħar ġranet għaddew trinka minnha? Jista’ jgħid għaliex din it-trinka ma saritx meta kienet qed issir it-triq? Jista’ jgħid ukoll jekk il-parti l-kbira tat-triq fejn hemm żewġ kisjiet tarmac hux ħa tingħata kollha kemm hi bit-tarmac jew inkella hux se tingħata tarmac fejn saret it-trinka biss?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet qiegħdin isiru minn l-Enemalta. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Għawdex: Marsalforn – bażi għall-monument fi Triq il-Wied
Question
Jista' l-Ministru jindika meta ser issir bażi permanenti għall-monument tal-iskultur Valerio Schembri li tneħħa mill-post oriġinali tiegħu u issa qiegħed fi Triq il-Wied, Marsalforn?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żona ta’ fejn qiegħed l-monument mistennija tiġi upgraded.
sGħawdex: Ir-Rabat – Triq Dottor Anton Tabone — culverts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jagħmel culverts fi Triq Dottor Anton Tabone, Rabat, Għawdex, speċjalment fil-parti quddiem is-sorijiet ta' Pompei?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed jieħu nota’ ta’ dan is-suġġeriment u ser jgħaddieh lid-dipartiment kkonċernat sabiex jiġi kkunsidrat.
Għawdex: Ix-Xewkija – Triq Santa Eliżabetta – xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol fuq Triq Santa Eliżabetta fix-Xewkija, meta suppost jitlesta jew kellu jitlesta dan ix-xogħol u kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol? Ma jidhirlux li x-xogħol fuq dan it-triq ilu sejjer wisq żmien b'inkonvenjent kbir għar-residenti u għan-negozji f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol f’din it-triq huwa kważi komplut u l-wiċċ bit-tarmac ser jingħata ftit tal-jiem oħra.
Ministeru għal Għawdex — safar, fuel u hospitality - nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13667 u 12291 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12102, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali għas-safar, fuel u hospitality f’kull Dipartiment, Awtorità jew fil-Ministeru stess minn Jannar 2019 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar l-aħħar żviluppi dwar il-bini ta’ Qorti ġdida ġewwa Għawdex u jgħid x'sar f'dawn l-aħħar ġimgħat u x'inhu jsir bħalissa biex dan il-proġett li ilu mwiegħed seba' snin, isir? Fejn ser isir dan il-Qorti ġdid u meta hu mistenni jibda x-xogħol? Sadanittant x'qed jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex jassigura li l-Qorti fiċ-Ċittadella jkun aċċessibbli għal kulħadd?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 13038.
Għawdex — Marsalforn – refurbishment ta’ latrina pubblika fil-Menqa
Question
B'referenza għall-inawgurazzjoni li saret mill-Ministru għal Għawdex fil-5 ta' Novembru 2020 tal-proġett tal-Menqa ta' Marsalforn, jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex l-uniku latrina pubblika li hemm ġewwa l-area tal-Menqa għadu ma sarilhiex refurbishment kbir u dan minkejja li din l-istess latrina ilha iktar minn sena magħluqa u ma tistax tiġi użata mill-pubbliku peress li hija fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid f’liema xahar u sena hija ppjanata li din il-latrina ssirilha refurbishment u terġa’ tinfetaħ għall-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex għandu l-ħsieb li li jagħti refurbishment tal-maġġoranza tal-lattrini pubbliċi madwar Għawdex. Preżentament, tlestiet dik ta’ taħt Putirjal ġewwa r-Rabat u fil-ġranet li ġejjin se jibdew xogħlijiet oħrajn.
Għawdex: Marsalforn – Triq Santa Marija — asfaltar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jasfalta mill-ġdid Triq Santa Marija, Marsalforn li tinsab fi stat terribbli?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm l-ħsieb li x-xogħol f’din it-triq ser isir is-sena dieħla. Il-prijorità ta’ dan il-Gvern huwa li jirranġa jew saħansitra jibni mill-ġdid it-toroq kollha fil-pajjiż, inkluż dawk f’Għawdex. Ir-riżultati s’issa, kif qed jara kulħadd, huma inkoraġġanti u jagħtu fiduċja li ninsabu fit-triq it-tajba.