Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ segretarji permanenti bħalissa?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li flimkien mas-Segretarju Permanenti Ewlieni hemm 18-il Segretarju Permanenti. Għal aktar informazzjoni dwar min huma nirreferiha għas-sit elettroniku:
https://publicservice.gov.mt/en/personnel-page
fejn kopja ta’ dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu b’mod remot
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema sezzjonijiet, dipartimenti, direttorati, aġenziji jew entitajiet fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku ma jistgħux joffru xogħol remot minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom? Jista’ jipprovdi tabella li turi, għal kull sezzjoni jew entità, in-numru ta’ ħaddiema assenjati, in-numru ta’ ħaddiema li ma jistgħux jaħdmu b’mod remot, u r-raġuni għaliex?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li d-dipartimenti u l-entitajiet dejjem jiġu mħeġġa biex fejn hu possibbli u fejn in-natura tax-xogħol tippermetti, l-impjegati jiġu offruti l-modern work practices.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot – Kundizzjonijiet/kriterji
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema sezzjonijiet, dipartimenti, direttorati, aġenziji jew entitajiet fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku għandhom ħaddiema li jaħdmu b’mod remot, kemm hemm ħaddiema f’kull waħda minnhom, u x’inhuma l-kundizzjonijiet jew kriterji applikabbli biex ħaddiem ikun jista’ jaħdem b’mod remot?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku li, skont in-natura tax-xogħol tagħhom, jistgħu jaħdmu b’mod remot, u kemm minnhom diġà qegħdin jaħdmu b’mod remot? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol remot isirx fuq bażi full-time, part-time jew hybrid?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li kien hemm każ wieħed biss ta’ fastidju sesswali f’wiehed mid-direttorati fid-dekasteru tal-Prim Ministru fl-2025. Fuq dan l-każ kienu ittieħdu il-proċeduri neċessarji.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Karozzi – Spiża annwali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ser tkun l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34606 u jgħid jekk hemmx xi problema fil-kostruzzjoni fil-Units li huma assenjati diġà?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li m'hemm l-ebda problema fil-kostruzzjoni tal-units fil-binja msemmija, madanakollu, jidher li riċentament kien hemm xi dħul ta’ ilma tax-xita mill-appoġġ ta’ terzi, u dan qed jiġi indirizzat ukoll.
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34605 u jgħid jekk it-tender tal-car spaces fil-basement tal-blokka mibnija tal-Gvern fi Triq id-Demnuq fis-Siġġiewi hux ser jiġi ppubblikat u jekk le, x'inhu jżomm dan il-proċess?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li t-tender ser ikun qed joħroġ fiż-żmien opportun; wara li ġew organizzati bl-aħjar mod il-car spaces tal-blokka.
Ir-Rabat, Bormla, Is-Siġġiewi u l-Imsida - Proġetti ta’ Akkomodazzjoni Soċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31940 u 35028 u jgħid fiex waslu l-proġetti ta’ Akkomodazzjoni Soċjali fir-Rabat u Bormla, u l-estensjoni tas-Siġġiewi u l-Imsida?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali fl-Imsida u fis-Siġġiewi tlestew u ma hemmx estensjonijiet ippjanati, filwaqt li l-proġett ta' Bormla ser jitkompla fiż-żmien li ġej. Rigward ir-Rabat, l-Awtorità tad-Djar għandha żewġ appartamenti li se jkunu qed jiġu riġenerati fiż-żmien li ġej.