Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3080 u 3314 u jgħid kemm kien il-baġit allokat lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm effettivament intnefaq minn dawn l-allokazzjonijiet?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3315 u jippreżenta lista tal-kuntratti kollha li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tat lil entitajiet privati għall-provvista ta’ servizzi lill-anzjani matul l-2024, l-2025 u l-2026, u għal kull kuntratt jagħti l-isem tal-kuntrattur, is-servizz ipprovdut, il-valur tal-kuntratt, id-data tal-għoti, it-tul tal-kuntratt, in-numru ta’ benefiċjarji u jekk kienx hemm estensjonijiet jew varjazzjonijiet fil-valur tal-kuntratt?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li -Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ssegwi l-proċeduri u r-regolamenti li joħorġu mir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Infurmat li l-informazzjoni tkun diġa pubblika u aċċessibbli fl-EPPS.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ pazjenti rikoverati preżentement fl-Isptar Mount Carmel fis-sezzjoni tal-Young People’s Unit (YPU) li toffri kura speċjalizzata għat-tfal u għall-adolexxenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li attwalment hemm 3 pazjenti rikoverati fil-Young People’s Unit (YPU) tal-Isptar Mount Carmel, li tipprovdi kura speċjalizzata għat-tfal u l-adolexxenti.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ pazjenti fl-Isptar Mount Carmel li qed jirċievu kura għas-saħħa mentali b’konsegwenza ta’ abbuż ta’ droga, jiġifieri dawk il-pazjenti li jaqgħu taħt il-kategorija magħrufa bħala dual diagnosis?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mount Carmel li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ dual diagnosis huwa ta’ 39 pazjent.
Persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali – Appoġġ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3726 u jgħid x’servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku, counselling u gwida qed jiġu offruti mill-Gvern lill-familjari ta’ persuni li jbatu minn problemi ta’ saħħa mentali, partikolarment dawk li jieħdu ħsiebhom ta’ kuljum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Servizzi Nazzjonali tas-Saħħa Mentali joffru appoġġ psikoloġiku, konsulenza u gwida lill-familjari u lil dawk li jieħdu ħsieb persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
Ir-riferimenti għal dawn is-servizzi jsiru permezz tat-tabib tal-familja, tat-tim multidixxiplinarju responsabbli mill-kura tal-pazjent, jew ta’ psikologi li jidentifikaw il-ħtieġa ta’ appoġġ għall-familjari.
Is-servizzi offruti jinkludu:
Sessjonijiet individwali ta’ psikoedukazzjoni, li jipprovdu informazzjoni u gwida dwar il-kundizzjoni tal-pazjent u l-kura tiegħu;
Sessjonijiet ta’ psikoedukazzjoni fi gruppi, organizzati b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tat-Terapija Okkupazzjonali;
Sessjonijiet ta’ psikoterapija, għal dawk li jesprimu interess f’dan is-servizz;
Terapija tal-familja, għal dawk li jixtiequ jibbenefikaw minn dan it-tip ta’ appoġġ.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3725 u jgħid x’miżuri konkreti qed jittieħdu biex tissaħħaħ il-prevenzjoni tas-suwiċidju f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni jinsabu attwalment fuq il-lista ta’ stennija għas-servizzi tas-saħħa mentali offruti mill-Gvern, x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija għal dawn is-servizzi, u kif qed jiġi assigurat li persuni f’riskju ta’ suwiċidju jingħataw għajnuna psikoloġika immedjata?
Reġistrazzjoni tal-imwiet – Aġġornament awtomatiku jew manwali tad-data
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ir-reġistrazzjoni tal-mewt ta’ pazjent f’sistema waħda twassalx għal aġġornament awtomatiku tal-istatus tal-pazjent fis-sistemi l-oħra, jew jekk dan jiddependix minn intervent manwali? Jista’ jgħid ukoll fejn ikunu meħtieġa aġġornamenti manwali, liema kontrolli huma fis-seħħ biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tiġi aġġornata b’mod korrett u fil-ħin?
Sptarijiet pubbliċi – Sistemi elettroniċi tal-informazzjoni – Reġistrazzjoni tal-imwiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-proċeduri fis-seħħ fl-isptarijiet pubbliċi biex il-mewt ta’ pazjent tiġi rreġistrata fis-sistemi elettroniċi tal-informazzjoni? Jista’ jispeċifika liema sistemi jintużaw, inklużi l-ICM, il-Patient Dashboard, l-EPR u l-Converge, u jispjega kif l-informazzjoni dwar il-mewt ta’ pazjent tiġi trażmessa u aġġornata bejn dawn is-sistemi? Jista’ jispjega wkoll jekk hemmx differenza bejn meta persuna tmut fid-dar residenzjali tagħha jew fl-isptar?
L-Isptar Mater Dei – Servizz ta’ Egg Freezing – Nisa li bbenefikaw
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm nisa bbenefikaw mill-miżura ta’ ‘Egg freezing’ b’xejn mill-Isptar Mater Dei minn meta ġie introdott dan is-servizz sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità - Professjonisti esterni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3316 u jgħid kemm-il konsulent, advisor, expert jew professjonist estern kien ingaġġat mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità matul l-2024, l-2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena u għal kull persuna jew entità, jagħti l-isem, is-servizz jew il-konsulenza mogħtija, id-data tal-ħatra, it-tul tal-kuntratt u l-valur totali tal-kuntratt?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1087, 2065, 3203 u 3404 u jgħid kemm hawn anzjani f’pajjiżna li ġew dijanjostikati bil-kundizzjoni tad-dimenzja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani qed jirċievu servizzi speċjalizzati u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li bħalissa hemm 4678 pazjent dijanjostikat bil-kundizzjoni tad-dimensja. 4,325-il persuna qed jagħmlu użu mis-servizz tad-
Dementia Intervention Team
. Ukoll 1,097 -il benefiċjarju użaw is-servizz ta’ Ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni bid-dimensja.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3078, 3202 u 3403 u jgħid meta ser tkun lesta d-Dar tal-Anzjani tal-Mosta? Jista' jgħid ukoll għaliex ix-xogħlijiet qed idumu daqshekk u meta ser jirritornaw lura l-anzjani li nħarġu mid-dar biex isiru dawn ix-xogħlijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta huma mistennija jitlestew matul is-sena 2028. Wara li jsiru l-verifiki meħtieġa mill-persuni u l-awtoritajiet kompetenti, id-dar tkun tista’ terġa’ tilqa’ lir-residenti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3086 u 3400 u jgħid min huma l-membri tal-Kunsill għall-Anzjani stabbilit taħt l-Att dwar il-Kummissarju għall-Anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-terminu tal-Kunsill għall-Anzjani għalaq, u fil-preżent għaddej process ta’ ħatriet għat-terminu li jmiss.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3285 u jgħid kemm hemm Allied Health Professionals fuq unpaid leave, maqsuma professjoni professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 82 Allied Health Professionals fuq unpaid leave. Dawn jinkludu: 16-il Dental Technician, 8 Dieticians, 13 Medical Laboratory Scientists, 2 Occupational Therapists, Orthoptist wieħed, 18-il Physiotherapist, 4 Radiographers u 20 Speech and Language Pathologists.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3284 u jispjega kif inhuma mqassmin l-Allied Health Practitioners bl-iskali, maqsuma professjoni professjoni?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx tabib ġewwa l-Berġa tal-Fgura u, jekk iva, kemm-il darba u f’liema ġranet ikun disponibbli? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-proċess sabiex pazjent ikun jista’ jara tabib f’din il-Berġa?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li s-servizz tat-Tabib tal-Familja (GP) fil-Berġa tal-Fgura huwa disponibbli kull nhar ta’ Tlieta, bejn it-8:00 ta’ filgħodu u s-1:00 ta’ waranofsinhar.
Il-pazjenti jistgħu jagħmlu appuntament billi jċemplu fuq in-numru 2123 1231.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-ħsieb li titkabbar il-Berġa ta’ Ħaż-Żabbar?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li huwa ppjanat li l’quddiem isiru diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar dwar jekk hemmx spazju u possibbiltà li titkabbar il-Berġa ta’ din il-lokalità.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-bereġ u ċ-Ċentri tas-Saħħa (polyclinics) jistgħux jintużaw minn kulħadd irrispettivament mil-lokalità fejn jirrisjedu?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li fir-rigward tas-servizzi tat-Tobba tal-Familja (GPs) u tal-Professjonisti Alleati tas-Saħħa, ma japplikawx restrizzjonijiet skont il-lokalità tar-residenza. Għaldaqstant, il-pazjenti jistgħu jagħmlu użu minn dawn is-servizzi fi kwalunkwe Ċentru tas-Saħħa jew Berġa fejn ikunu offruti, irrispettivament mil-lokalità fejn jirrisjedu.
Fir-rigward tas-servizzi tal-infermiera, il-pazjenti għandhom jirrikorru jew jiġi allokati appuntamenti fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa jew Berġa, skont il-lokalita’ fejn jgħixu.
Assessment ta’ anzjani biex jidħlu ġo residenza – Validità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex assessment ta’ anzjan biex jidħol ġo residenza ma jibqax validu wara sitt xhur minn meta jsir? Jista’ jgħid ukoll meta daħlet fis-seħħ din ir-regola?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-assessment jibqa’ validu sakemm il-kundizzjoni u l-ħtiġijiet tal-anzjan jibqgħu l-istess. Jekk ikun hemm tibdil, isir assessment ġdid. Għad-dħul f’djar tal-anzjani, jekk ikunu għaddew aktar minn sitt xhur mill-aħħar assessment, jiġi evalwat jekk hemmx bżonn ta’ aġġornament. Il-perjodu ta’ sitt xhur, li infurmat li ddaħħal bħala prassi wara l-COVID-19, iservi bħala punt ta’ riferiment u mhux bħala skadenza awtomatika. Kull każ jiġi kkunsidrat individwalment, filwaqt li jitqiesu l-aspetti mediċi u soċjali.