Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Berlin matul l-2024 u l-2025.

MTA - Sponsorship jew reklamar - Sejħiet pubbliċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal għotjiet ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) matul is-snin 2024 u 2025 u jagħti rendikont ta’ dawn is-sejħiet pubbliċi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MTA - Attivitajiet li bbenefikaw minn sponsorship jew reklamar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tal-attivitajiet li bbenefikaw minn għotja ta’ sponsorship jew reklamar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) kif ukoll l-ammont ta’ sponsorship jew għajnuna li ngħatat lilhom, matul is-snin 2024 u 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Baġit 2026 - Statement B Vot 13 - Bidla bejn l-estimu approvat u l-estimu rivedut

Question

B’referenza għal ‘Statement B Vot 13 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Turiżmu anness mad-Diskors tal-Baġit 2026’ fejn hemm indikat li hemm bidla ta’ €24,531,000 bejn l-Estimu Approvat u Estimu Rivedut bir-Rimarki “Spiża ogħla hija mistennija fil-kategorija tal- Personal Emoluments u fil-kategorija tal- Contribution to Government Entities (Malta Tourism Authority )”, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hi mistennija li tkun l-ispiża ogħla għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u x’wassal għal din l-ispiża ogħla minn dik approvata?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Ruma matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Ruma matul l-2024 u l-2025.

Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Pariġi matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi matul l-2024 u l-2025.

Ambaxxata ta’ Malta f’Dublin - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ Malta f’Dublin matul l-2024 u l-2025.

Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun matul is-sena 2024 u f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27921, ninfurmah li f’dawn l-aħħar disa’ xhur tas-sena 2025, l-Ambaxxata ta’ Malta fil-Ġappun kompliet issaħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi, edukattivi u kulturali bejn iż-żewġ pajjiżi, b’enfasi fuq il-parteċipazzjoni ta’ Malta fl- EXPO 2025 f’Osaka u fuq l-okkażjoni tas-sittin anniversarju tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u Ġappun. Il-kisbiet ewlenin jinkludu: Impenn Politiku: Matul l-2025, l-Ambaxxatur u d-Deputat tiegħu attendew għal diversi avvenimenti organizzati mill-Familja Imperjali Ġappuniża, mill-Gvern Ġappuniż u minn Ambaxxati akkreditati f’Tokjo, filwaqt li nżammu relazzjonijiet kontinwi mal-Grupp Parlamentari ta’ Ħbiberija Malta-Ġappun. Fl-istess sena, ġie konkluż il-Ftehim dwar il-Working Holiday Scheme bejn iż-żewġ pajjiżi, li se jidħol fis-seħħ fl-2026. Dan il-ftehim jippermetti liż-żgħażagħ Maltin ta’ bejn it-18 u t-30 sena jivvjaġġaw u jaħdmu fil-Ġappun (u viċi versa) għal perjodu temporanju, sabiex jissaħħu l-iskambji kulturali u soċjali. EXPO 2025 f’Osaka: Matul din is-sena, l-Ambaxxata kkoordinat il-parteċipazzjoni ta’ Malta fl- EXPO 2025 bejn April u Ottubru, inkluż it-tmexxija tal-aspetti ta’ protokoll, loġistiċi, u kulturali tal-Paviljun Malti –  li d-disinn tiegħu anki rebaħ premju fl-olimpjadi tal- EXPO . Il-Paviljun ospita ‘l fuq minn 780,000 viżitatur, inklużi nies distinti bħal familja Imperjali Ġappuniża u Ministri Ġappuniżi, u serva bħala pjattaforma biex tiġi promossa Malta bħala destinazzjoni għall-investiment, it-turiżmu u l-kultura, filwaqt li ġew organizzati żjarat ta’ livell għoli u laqgħat ma’ awtoritajiet Ġappuniżi u rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet lokali fil-Kansai. Għal-jum nazzjonali ta’ Malta ġewwa l- EXPO , l-Ambaxxata kienet importanti biex torganizza laqgħat bilaterali ġewwa Tokjo u Osaka għaż-żjara tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, il-Ministru għall-Edukazzjoni, u kif ukoll il-Ministeru għall-Ekonomija. Diplomazija Ekonomika: Fl-ambitu tal-diplomazija ekonomika, l-Ambaxxata kkoordinat żjara u organizzat laqgħat għall-Ministru għall-Ekonomija fi Frar 2025, maħsuba biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn intrapriżi u istituzzjonijiet taż-żewġ pajjiżi ġewwa Tokjo, Osaka u Hiroshima. F’Lulju 2025, l-Ambaxxata ħadmet mill-qrib mal-Ministeru għall-Ekonomija u Transport Malta fl-organizzazzjoni ta’ avveniment tematiku dwar is-settur marittimu Malti, li laqqa’ flimkien banek, operaturi u investituri Ġappuniżi interessati f’dan is-settur. Aktar tard, f’Settembru 2025, l-Ambaxxata kkoordinat ukoll ma’ FinanceMalta fl-organizzazzjoni ta’ seminar eżekuttiv f’Osaka bit-tema “Malta: Gateway to Europe”, li ffoka fuq is-servizzi finanzjarji, il-fondi u l-innovazzjoni, u li attira parteċipazzjoni estensiva minn rappreżentanti tal-gvern, istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji Ġappuniżi. Kompliet ukoll il-koordinament  mal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Foresti Ġappuniż (MAFF) dwar il-proċedura għall-approvazzjoni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessat tal-majjal Malti lejn il-Ġappun u l-inklużjoni tal-protezzjoni ġeografika (GI) ta’ prodotti Maltin bħall-Ġbejna tan-Nagħaġ fl- Economic Partnership Agreement bejn l-Unjoni Ewropeja u l-Ġappun. Edukazzjoni u Turiżmu: Fit-tmintax ta’ Lulju 2025, ġie organizzat Seminar dwar it-Turiżmu u l-Edukazzjoni f’Osaka, li laqqa’ operaturi tat-turiżmu u rappreżentanti akkademiċi Ġappuniżi, filwaqt li l-Ambaxxata kompliet taħdem fuq proposti għal titjiriet diretti bejn il-Ġappun u Malta. Wirt Kulturali: L-Ambaxxata kompliet tassisti lil Heritage Malta fil-proġett ta’ restawr ta’ tlett armaturi tas-Samuraj li kienu fl-Armerija ta’ Malta u ġew restawrati fil-belt ta’ Kyoto, kif ukoll fit-tħejjijiet għall-wirjiet itineranti wara l-EXPO li jinkludu wkoll parti mill-kollezzjoni tal-Armerija tal-Palazz tal-Granmastri. Dawn l-inizjattivi qed isaħħu l-kooperazzjoni kulturali u jtejbu l-immaġni ta’ Malta fil-Ġappun bħala pajjiż b’wirt storiku u artistiku sinifikanti. Barra minn hekk, tħejja ktieb fuq il-proġett u dokumentarju ukoll li għandu jitlesta fl-aħħar xhur ta’din is-sena. Ix-xogħol tal-Ambaxxata matul l-2025 ikkontribwixxa b’mod sinifikanti biex tissaħħaħ il-viżibilità ta’ Malta fil-Ġappun, biex jiġu mħeġġa l-opportunitajiet ta’ investiment, edukazzjoni u turiżmu, u biex jiġi żviluppat il-qafas ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

2026 u 2027 - Non-collective accommodation

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm huwa pproġettat li ser ikun hemm non-collective accommodation disponibbli matul l-2026 u l-2027 u kif din tipparaguna mal-collective accommodation għal dak li jirrigwarda sodod u/jew kmamar tas-sodda disponibbli?

Response (BORG, IAN)

Nirringrazzja lil Onor. Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari. Madanakollu, anke in vista ta’ bidliet li l-Gvern qed iħabbar tibdil fir-regolamenti f’dawn il-ġranet, wieħed ikun prużuntuż jagħmel tbassir f’dan is-sens.

Sena 2026 - Proprjetajiet disponibbli għal short rentals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm huwa pproġettat li jkun hemm proprjetajiet disponibbli għal short rentals matul l-2026 u kemm-il kamra tas-sodda fihom?

Response (BORG, IAN)

Nirringrazzja lil Onor. Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari. Madanakollu, anke in vista ta’ bidliet li l-Gvern qed iħabbar tibdil fir-regolamenti f’dawn il-ġranet, wieħed ikun prużuntuż jagħmel tbassir f’dan is-sens.

Valletta Management Plan - Nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tan-nefqa tal-Valletta Management Plan matul is-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

TZRA - Proġetti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tal-proġetti li saru mill-Aġenzija għar-Riġenerazzjoni taż-Żoni Turistiċi (TZRA), matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Korp Diplomatiku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm persuni fil-Korp Diplomatiku u kemm irtiraw jew spiċċaw f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Second Secretaries 24 First Secretaries 42 Counsellors 31 First Counsellor 3 Senior Counsellor 5 Officers in grade in the diplomatic class 9 Career Ambassadors in the diplomatic class 9 Resigned / Retired / Transferred upon appointment 20

MTA - Konsulenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti lista tal-konsulenti mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u l-Ministeru tiegħu relatati mat-turiżmu matul l-2025 u r-rata li biha jitħallsu u kemm tħallsu dawn il-konsulenti matul l-2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MTA - Kuntratti għal għajnuna għal marketing/sponsorship

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm kuntratti viġenti bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u terzi għal għajnuna ta’ marketing jew sponsorship marbut mat-turiżmu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MTA - Nefqa tal-marketing

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jagħti rendikont tan-nefqa tal-marketing tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u tal-benefiċjarji ta’ din in-nefqa, matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MTA - Proprjetajiet joperaw mingħajr liċenzja għal short rentals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm-il proprjetà nstabet illi kienet qed topera illegalment mingħajr liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short rentals matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-ispezzjonijiet li saru mis-Sezzjoni tal-Infurzar tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA), kemm f’Malta u kemm f’Għawdex mill-bidu tas-sena 2025 sal-lum, instabu total ta’ 177 post residenzjali li kienu qed jintużaw għal skop ta’ kiri ‘short rentals’ mingħajr il-liċenzja meħtieġa maħruġa mill-MTA kif rikjest mill-liġi.

MTA - Proprjetajiet liċenzjati għal short rentals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm proprjetajiet liċenzjati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal short rentals għas-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar 2025 u l-31 ta’ Ottubru 2025,  l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA),  ħarġet 1,519 il-liċenzja ġdida ta’ Holiday Furnished Premises.

Ambaxxata ta’ Malta fil-Moska - Ħidma

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’ħidma saret mill-ambaxxata ta’ pajjiżna f'Moska matul is-sena 2024 u matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2024 u l-ewwel għaxar xhur tal-2025, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska kompliet tipparteċipa fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni organizzati mid-Delegazzjonijiet residenti tal-Unjoni Ewropea, li ttrattaw diversi suġġetti inklużi żviluppi politiċi w ekonomiċi, drittijiet tal-bniedem, kwistjonijiet konsulari kif ukoll amministrattivi. L-Ambaxxata ħejjiet rapporti dwar dawn il-laqgħat u żammet lill-Ministeru infurmat dwar l-iżviluppi fil-Federazzjoni Russa. Attwalment, ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u r-Russja ġew affettwati konsiderevolment mill-gwerra ta' aggressjoni li ilha għaddejja kontra l-Ukrajna sa mill-2022. Madankollu, l-Ambaxxata tagħna f'Moska kompliet tiffunzjona, u komplew ukoll it-taħditiet fuq il-propjetà diplomatika Maltija f’Moska. L-Ambaxxata ta’ Malta f’Moska tkompli tipprovdi servizzi konsulari  inkluż il-ħruġ ta’ viżi lil dawk li jivvjaġġaw lejn Malta, l-amministrazzjoni tal-ġuramenti, il-legalizzazzjoni tal-firem u t-tiġdid tal-passaporti. L-Ambaxxata pparteċipat f’avvenimenti kulturali organizzati mill-UE li primarjament involvew il-promozzjoni tal-lingwi nazzjonali. Avveniment partikolari wieħed kien il-Jum Ewropew tal-Lingwi organizzat f’Settembru ta’ kull sena. Ta’ min jinnota li, fit-23 ta’ Jannar li għadda, l-E.T. Carmelo Inguanez ippreżenta l-Ittri ta’ Kredenzjali tiegħu lill-E.T. Bakhtiyor Saidov, Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Użbekistan, bħala l-ewwel Ambaxxatur mhux Residenti tar-Repubblika ta’ Malta għall-Użbekistan. Punt prinċipali ta’ din il-laqgħa kien l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Malta u l-Gvern tar-Repubblika tal-Użbekistan dwar l-Eżenzjoni Reċiproka mir-Rekwiżiti tal-Viża għad-Detenturi ta’ Passaporti Diplomatiċi.

Gaza - Għajnuna umanitarja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30213, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid x’għajnuna umanitarja ulterjuri ser tingħata lill-poplu ta’ Gaza sal-aħħar tas-sena 2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjegajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30213, il-Gvern Malti kompla jsaħħaħ u jespandi l-għajnuna umanitarja lill-poplu ta’ Gaża u l-Palestina matul is-sena 2025 permezz ta’ azzjonijiet konkreti u impenji finanzjarji. Matul din is-sena, Malta għamlet donazzjoni ta’ €70,000 lill-UNICEF sabiex tgħin fil-ħtiġijiet umanitarji urġenti fil-Palestina, b’enfasi fuq it-tfal u l-familji vulnerabbli. Barra minn hekk, Malta ffinanzjat il-“pre-carriage haulage” ta’ dqiq għal Gaża permezz ta’ CMA CGM Malta Agency Ltd., b’valur ta’ €158,015.88, sabiex tiġi żgurata l-provvista ta’ ikel essenzjali lill-popolazzjoni ċivili f’Gaża. Sal-aħħar tas-sena 2025, Malta impenjat €50,000 oħra lill-World Central Kitchen għall-operazzjonijiet ta’ għajnuna tal-ikel f’Gaża, kif ukoll €50,000 lil UNRWA għall-programmi umanitarji fis-Sirja, il-Libanu u l-Ġordan, b’appoġġ lill-Palestinjani rifuġjati f’dawn ir-reġjuni. Il-Gvern Malti kompla jikkollabora ma’ sħab internazzjonali sabiex jiffaċilita t-twassil ta’ ikel, provvisti mediċi u għajnuna essenzjali oħra f’Gaża, u baqa’ impenjat f’diplomazija attiva favur il-paċi u l-aċċess umanitarju. Dawn l-impenji huma dokumentati b’mod uffiċjali u jikkonfermaw l-impenn sod tal-Gvern Malti li jkompli joffri għajnuna umanitarja konkreta lill-poplu Palestinjan, bil-għan li jtaffi s-sofferenza u jsaħħaħ il-paċi f’Gaża u fir-reġjun.