Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-pjanijiet imħabbrin min-naħa tal-gvern dwar bini ta' bank tad-demm ġdid ġewwa Ħ'Attard?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pjanijiet tal-Gvern sabiex jinbena bank tad-demm ġdid ġewwa Ħ’ Attard ġew riveduti wara proċess ta’ assessment li sar dwar is-sit propost. Irriżulta li dan ma kienx kbir biżżejjed sabiex ikun hemm binja kbira biżżejjed li tilqa ġewwa fiha mhux biss is-servizzi eżistenti tal-bank tad-demm, iżda wkoll servizzi li huwa maħsuba li sejrin jiġu pprovduti fil-futur, speċjalment għaliex il-binja ma setgħetx tkun għolja daqs kemm mixtieq minħabba impatt estetiku fuq iż-żona tal-madwar u li kien hemm problema tal-MEPA. Raġuni oħra kienet li s-sit propost jinsab il-bogħod mill-Isptar Mater Dei. L-Isptar Mater Dei huwa l-akbar klijent tal-bank tad-demm u jkun jagħmel aktar sens li l-bank tad-demm ikun viċin l-Isptar Mater Dei.
Għalhekk il-Gvern ħass li l-bank tad-demm għandu jkun viċin l-isptar Mater Dei, u biswit il-
Life Sciences Park
li qed jinbena bħalissa. In-natura tax-xogħol li jagħmel il-bank tad-demm hija komplimentari man-natura tax-xogħol li ser jibda jsir fil-
Life Sciences Park
. Sit għal dan il-għan diġa ġie identifikat u bħalissa għaddej il-proċess li l-art tgħaddi għand il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jgħid kif l-colorectal screening mwiegħed fil-Budget 2012 u b'commitment pubbliku li se jiġi mniedi f'Ottubru 2012 u s'issa għadu ma bediex? Jista' jgħid meta dan fil-fatt se jibda? Kif ma ħarġitx ir-riżultat b'mod uffiċjali tal-interviews li saru għal post ta' colorectal nurse?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Programm Nazzjonali ta’ Screening għall-Kanċer fil-Musrana jew colorectal cancer ser jibda aktar tard dan ix-xahar (28 Novembru), u bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti.
Il-proċess ta’ għażla għall-Screening Nurse hu konkluz u gie mgħoddi lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul imma għadha mingħajr risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant applikat biex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul fil-25 ta’ Lulju 2012.
Il-Bord ikun informa l-applikant bid-deċiżjonijiet tiegħu permezz ta’ittra. L-applikazzjoni tagħha qiegħda fil-lista ta’ stennija għar-Residenza ta’ San Vinċenz.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — membri ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri tas-Segretarjat Privat tal-Ministeru li kien ġew ingaġġati b’kuntratt definit jew indefinit (tweġibiet separati) li fl-aħħar xhur/ġimgħat ġew ingaġġati fuq bażi ġdida kuntrattwali mal-Ministeru tiegħu u/jew ta' ħaddieħor u/jew ma' xi aġenzija, awtorità, entità parastatali jew governattiva li taqa' taħtu u/jew ta’ xi Ministeru ieħor? Jista' jagħti dettalji sħaħ anki jekk ma jingħatawx ismijiet ta’ kull każ involut?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ebda membru tas-Segretarjat ma jista jkollu kuntratt indefinit peress li dawn il-membri kollha jkollhom ‘political appointment’. Teżisti differenza fejn uħud mill-membri tas-Segretarjat ikunu ġa mpjegati mal-Gvern jew entitajiet governattivi filwaqt li jkun hemm oħrajn ġejjin minbarra ċ-ċivil jew entitajiet governattivi li huma msejħa bħala ‘external’.
Fis-Segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’, fl-aħħar xahar kien hemm persuna li ġa kienet impjegata tal-Gvern u li spiċċat mis-Segretarjat għaliex ġiet ingaġġata bħala Assistant IT Lecturer fl-MCAST fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.
Jista' l-Minstru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li jinsab ġewwa l-Isptar Ġererali ta' Għawdex fejn dan applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li Għawdex ma għandu l-ebda familjari u jinsab waħdu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġie approvat mill-Bord tal-Ammissjoni biex skond it-talba tiegħu jidħol fid-Dar tal-Anzjani tal-Furjana, b’hekk din l-applikazzjoni tqegħdet fil-lista ta’ stennija.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li suppost saritlu l-operazzjoni tal-hip bone imma s'issa għadu qed jistenna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qatt ma kkuntattjat l-isptar Mater Dei biex tkun invistata minn konsulent għal dan ir-rigward.
Fil-fatt l-isptar ikkuntattja lil din il-persuna li qaltilna li m’għandha bżonn l-ebda intervent mediku. Għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jirrevedi d-dettalji personali.
Jista' l-Minstru jara li jitmexxa l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tinsab is-Central Home u talbet biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li qed tkun problema għall-familjari biex imorru jarawha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan il-kaz ġie riferut lill-Audit Team biex jassessja il-possibbilta’ li din l-anzjan tiġi trasferita mis-Central Home għar-Residenza ta’ San Vinċenz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-djar privati tal-anzjani għandhomx restrizzjonijiet ta' kemm jistgħu jieħdu anzjani ġewwa fihom? Jista' jgħid jekk dan in-numru huwiex marbut ma' kemm-il anzjan jista' jitpoġġa f'kull kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li id-djar privati tal-anzjani għandhom restrizzjoni ta' kemm jistgħu jieħdu anzjani ġewwa fihom. Dan in-numru jigi stabbilit wara spezzjonijiet u tingħata liċenzja għan- numru ta’ soddod konsistenti mal-faċilitajiet, apparat u staff li huma disponibbli biex jiġi assigurat l-għoti ta’ kura adegwata. In-numru ta’soddod f’kull kamra, jiġi evalwat waqt l-ispezzjoni biex jiġi żgurat li id-daqs tal-kamra jiflaħ in-numru ta’ sodod li jkun hemm fiha u jkun hemm spazju biżżejjed biex jiġu moqdija il-bżonnijiet tal-anzjaniu residenti fl-istess kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kull dar tal-anzjani għandha l-permess li tieħu anzjani? Jista' jgħid kemm hemm f'kull dar preżentament?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat hekk:
DAR
Permess għal Sodod
Anzjani Preżenti Illum
Bormla
130
130
Floriana
46
46
Gżira
31
11*
Mellieħa
154
154
Mosta
68
68
Msida
64
64
Mtarfa
123
123
Żejtun
167
167
Żammit Clapp Hospital RH
96
96
TOTAL
879
859
* Minħabba d-deċiżjoni li ttieħdet li d-Dar tal-Anzjani tal-Gżira se tingħalaq mhumiex qed jiġu ammessi residenti f’din id-dar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm djar tal-anzjani li għandhom il-kapaċità li jieħdu anzjani ġewwa fihom imma l-gvern għadu mhux qed jagħmel użu mis-servizzi ta' dawn id-djar anki meta dawn id-djar urew ix-xewqa li jridu jagħtu dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn żmien għal żmien id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ joħroġ sejħa għall-operaturi fil-privat li huma nteressati li jissuplixxu sodod għal kura fit-tul. Dawn is-sottomissjonijiet jiġu evalwati skont il-livell ta’ servizzi li joffru u l-bżonnijiet tad-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-kartuna s-safra imma peress li hija barranija ma ħarġulhiex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li wara diversi tentattivi, sar kuntatt mal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, bin-numru ċellulari mgħoti. Għalkemm ġew mitluba d-dettalji tal-pazjent sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja, dawn baqgħu ma ngħatawx. Ġejna nfurmati li l-pazjent ikkonċernat ingħata l-kura neċessarja mill-isptar u kien ser ikompli jieħu t-trattament l-Italja. L-istess persuna kienet grata li ġiet ikkuntattjata sabiex tingħata l-għajnuna neċessarja pero’ il-każ kien magħluq.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — persuni li rrikorrew għal xi servizzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni neqsin mid-dawl u neqsin mis-smigħ li personalment jew tramite xi persuni jew entitajiet oħra irrokorrew għas-servizzi mogħtija minn xi uffiċċju tal-Ministeru jew dipartiment jew entità li jaqa' taħt d-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u jgħid x'mezzi ntużaw biex saret il-komunikazzjoni mal-persuna konċernata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan id-dekasteru joffri ħafna servizzi li jintużaw minn diversi persuni fosthom persuni nieqsin mid-dawl u mis-smiegħ u ma jinżammux records. Fil-każi kollha il-pazjent jiġi trattrat b’dinjità u rispett, u jingħata l-attenzjoni u t-trattament meħtieġ kif kien ikun hemm bżonn.
Servizz għall-adoloxxenti bi problemi ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz immirat għall-adoloxxenti bi problemi ta' saħħa mentali biex dawn ukoll jibdew jingħataw il-kura fil-komunità? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji dwaru?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li servizzi għat-tfal u adoloxxenti bi problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità jinkludu dawn is-servizzi:
Child Guidance Clinic
(
St. Luke’s Hospital
): Servizz għal tfal u adoloxxenti taħt is-16-il sena,
Out Patients Clinic
(
Mater Dei Hospital
): Servizz għal adoloxxenti l’fuq mis-16-il sena.
Residenza San Vinċenz de Paul — xogħol ta' refurbishment fis-swali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' refurbishment sar fis-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paul fl-2012, x'tip ta' xogħol sar u x'kienet l-ispiża?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża fuq refurbishment fis-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paul fl-2012 hija kif murija fit-tabella hawn taħt:
Tip ta’ Xogħol
Spiża
Painting & plastering
fis-swali ta’ St. Francis Ward 1
Euro 3,343
Sistema ta’ Arja Kundizzjonata ġdida f’ St. Francis Ward 4
Euro 59,626
Refurbishment
ta’ St. Joseph Ward 4
Euro 15,365
Aluminium profiles
għall-St. Joseph Ward 4 (xogħolijiet sar minn impjegati ta’ San Vinċenz_
Euro 7,000
New hot water system
fi Block No. 10
Euro 11,081
New hot water system
fi RB 1
Euro 2,083
TOTAL
Euro 98,498
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol sar fl-2012 biex tinbena dar tal-anzjani ġdida f'Birkirkara? Jista' jgħid meta din id-dar se tibda topera?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li din is-sena saru diskussjonijiet biex tinbena Dar tal-Anzjani ġewwa Birkirkara. Għalkemm bdew jitfasslu l-pjanijiet għal dan il-proġett, għadu pjuttost kmieni biex tiġi stabbilita data tal-bidu tal-operat ta’ din id-Dar.
Jista' l-Ministru jgħid fejn infetħu l-aktar Ċentri ta' Matul il-Jum għall-anzjani matul l-2012? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża fuqhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li matul is-sena 2012 infetaħ Ċentru ta’ Matul il-Jum ġewwa s-Siġġiewi b’ispiża ta’ €15,867.
Għaddejin diskussjonijiet sabiex jinfetħu ċentri ta’ matul il-jum f’lokalitajiet oħra. B’kollox hawn 19-il ċentru ta’ matul il-jum mifruxin ma’ Malta biex l-anzjani tagħna jibqgħu attivi fil-komunità.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-pazjenti li fl-2012 bdew jingħataw mediċini tad-demenzja b'xejn? Jista' jgħid x'kienet l-ispiża fl-2012 fuq din l-inizjattiva?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa għaddej il-proċess biex tinxtara mediċina tal-klassi Acetylcholinesterase inhibitors. Hemm mediċini oħra li diġa qegħdin fil-formularju tal-Gvern li huma utli fil-kura tad-demenzja u dawn diġà jingħataw.
Jista' l-Minitsru jpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra l-kuntratti adġudkati li ngħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul u li huma u għadhom in vigore llum għas-sena 2011 u 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kuntratti aġġudikati li ngħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul u li huma u għadhom in vigore llum għas-sena 2011 u 2012 huma dawn:
- Gafa Safeways Ltd - Cleaning Services SVPR & Homes
- Support Services Ltd - Caring Services SVPR & Homes
Il-kuntratti msemmija ġew iffirmati ma’ terzi persuni. Sabiex jiġu żvelati d-dettalji, hemm bżonn il-permess tal-kumpaniji nvoluti u dawn ma tawx permess biex jitqiegħedu kopji tat-tali kuntratti fuq il-mejda tal-kamra.
Il-kuntratti jikkostitwixxu relazzjoni legali bejn il-partijiet involuti fihom u sal-lum jonqos il-kunsens tal-kuntratturi rispettivi, liema kunsens ma ngħatax. Għaldaqstant l-ebda informzzjoni ma tista tingħata sakemm il-kuntratturi ma jipprovdux il-kunsens bil-miktub.