Kunsilli lokali — It-12-il distrett elettorali - adjudication committee
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali għandhom adjudication committee għal dawk li huma tenders/kundizzjonijiet li joħorġu l-istess kunsill? Liema kunsilli lokali għandhom/kellhom rappreżentanti mill-pubbliku fuq dawn it-tendering committee? Min kienu, għal kull kunsill għal kull tender, il-persuni li jirrapreżentaw il-pubbliku? Kif inħatru dawn il-membri mill-pubbliku għal perjodu mill-1 ta' Jannar 2012 sa t-30 ta' Settembru 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija fil-preżent (datata 8 ta' Ottubru 2012) fis-support group tal-Korp tal-Pulizija?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li minħabba li din hija materja li timpatta fuq is- sigurtà nazzjonali, ma jkunx għaqli li wieħed jiżvela n-numru tal-membri tal-Korp li qegħdin jitħarrġu fis-support group.
Kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali — sejħiet għall-works managers
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 36776, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm persuni li applikaw għal post indikat, xi kwalifiċi/esperjenza għandhom dawk li applikaw? Peress li mid-dokument anness mar-risposta jidher li t-talba kienet għal quotation kemm hu l-massimu li tali kwotazzjoni tista' tilħaq għal kemm żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li rċieva sittax (16)-il applikazzjoni għal servizz ta’ works manager għal San Pawl il-Baħar (SPBLC-Q-13-2012), sittax (16)-il applikazzjoni għal servizz ta’ works manager għal Buġibba u l-Qawra, ħmistax (15)-il applikazzjoni għal servizz ta’ works manager għal Burmarrad u l-Wardija u erbatax (14)-il applikazzjoni għal servizz ta’ works manager għax-Xemxija, l-Limbordin u San Martin.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-kwalifiċi u l-esperjenzi tal-applikanti.
Peress li s-sejħa saret a bażi ta’ kwotazzjonijiet, l-ammont massimu ta’ xogħol li jista’ jingħata jammonta għal 4,660 ewro f’ammont ta’ siegħat, liema ammont ikun stabbilit skont ir-rata kwotata.
San Pawl il-Baħar, Buġibba u Qawra — ġbir ta' skart
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-ħinijiet tal-ġbir tal-iskart f'San Pawl il-Baħar u b'mod partikulari fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra għaliex in-nies qed kontiwament jilmentaw mil-ħinijiet tal-ġbir tal-istess skart, u minħabba l-iskart li qed ikun hemm fit-toroq tal-inhawi matul il-jum kollu? Billi saru bidliet fil-ħinijiet tal-ġbir fl-inħawi ta Buġibba u l-Qawra. jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm ukoll bidliet f'dawk li huma kuntratturi responsabbli mill-ġbir tal-iskart kemm ilhom li bdew jaħdmu l-kuntratturi ġodda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ġbir tal-iskart fiż-żona ta’ Buġibba u l-Qawra, mit-Tnejn 15 ta’ Ottubru, se jibda jsir wara t-8.30 am. Intant infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-kuntrattur li jipprovdi s-servizz. Huma l-istess kuntratturi li ngħataw it-tender f’Settembru.
Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — investigazzjoni dwar insulti lill-ħaddiema tal-kunsill lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk sarux investigazzjonijiet dwar allegazzjonijet ta' insulti minn persuni mhux imħaddma mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar fil-konfront ta' ħaddiema tal-istess kunsill lokali? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt sarux tali rapporti, li iżda wara ġew irtirati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fl-aħħar ġimgħat irċieva ittra mingħand l-impjegati tal-kunsill rigward ċertu mġieba min terza persuna fil-konfront tal-ħaddiema. Is-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali għadda kopja ta’ din l-ittra lid-Dipartiment għall-Gvern Lokali sabiex jimmoniterja l-każ.
Intant infurmat ukoll li ma jirriżultax li kien hemm rapporti b’xi involviment ta’ impjegati, u li wara kienu rtirati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li jintuża mill-Ministeru matul l-ewwel għaxar xhur tas-sena 2012? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dik li hija l-istess ċifra għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Ministry€1,696.69
Permanent Secretary€7,683.63
Malta Security Services€17,225.83
OMAS€885.06
Refugee Commissioner€1,253.94
Detention Service€21,198.67
Civil Protection€86,830.68
CCF€25,207.00
Probation & Parole€1,465.15
Police€566,181.00
AWAS€27,765.95
Local Govt€2,596.58
National Identity Management€3,496.00
€763,486.18
(Ara dokument Nru. 10711 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f’Seduta 510 tal-Erbgħa, 17 ta’ Ottubru 2012)
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inqabdu ħabsin taħt l-effett tad-droga din is-sena, xahar b'xahar b'mod separat? Kemm minnhom tressqu l-Qorti? F'liema diviżjoni jew sezzjoni nstabet id-droga f'kull każ? Jista' jgħid kemm kien hemm priġunieri li rrifjutaw li jagħmlu t-test tal-urina?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija skont kif elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. In-notamenti jispjegaw il-figuri relattivi u huma korretti sal-5 ta’ Ottubru 2012.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jippruvaw idaħħlu xi ħaġa projbità fil-ħabs din is-sena, xahar b'xahar, b'mod separat u x'kienu l-affarijiet li ppruvaw idaħħlu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella ta’ hawn taħt:
Xahar
Numru
Oġġetti misjuba
2012
ta’ persuni
Jannar
1
Telefon celullari
Frar
0
Marzu
0
April
5
Drogi X 5
Mejju
0
Ġunju
0
Lulju
3
Drogi X 2 u Alkool
Awwissu
1
Drogi
Settembru
1
Drogi
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm priġunieri llum fil-ħabs wara li ġew mogħtija pieni mill-Qorti? Kemm minn dawn kienu hemm għal aktar minn darba u kemm-il darba kienu diġà hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi numru ta priġunieri, li illum (08/10/2012), qed jiskontaw piena ta’ priġunerija huwa 407.
Numru ta’ drabi fil-FKK
Numru ta’ priġunieri
1
225
2
71
3
17
4
19
5
20
6
19
7
9
8
6
9
5
10
1
11
6
12
3
13
2
15
1
17
2
19
1
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta' immigranti li ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa n-numru ta' tfal u żgħażagħ, mill-età tat-twelid sal-età ta' 18-il sena, ta' immigranti ġew Malta matul dawn l-aħħar għaxar snin? Hemm xi stima uffiċjali ta' kemm huwa proġettat li jkun hawn barranin (inklużi immigranti) residenti f'Malta fis-sena 2050? Ta' liema pajjiż huwa l-ikbar grupp ta' immigranti f'pajjiżna bħalissa ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, din it-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Kunsill lokali ta' Ħal Lija — kwestjonijiet rigward impjieg
Question
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport ippreparat mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar issues relatati ma' impjieg fil-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella fejn juri l-qligħ jew it-telf li għamel il-Kunsill Lokali ta' Birkirkara mill-ewwel sena operattiva tiegħu sal-lum? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn baqa jkun imġedded l-impjieg tal-Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija minkejja li instab li dan bosta drabi ma mexiex mal-liġi li tirregola l-istess kunsilli?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-rapport li qed tirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie kompilat mill-uffiċjal inkarigat iżda għadu qed jiġi finalizzat fid-Dipartiment konċernat. Irid jiġi konsultat ukoll il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data qabel jiġi ċirkolat. Wara li jkun diskuss internament fid-Dipartiment, se jgħaddi għand il-partijiet konċernati, inkluż l-Uffiċċju tal-Ombdusman. M’għandix diffikulta li jitpoġġa wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infurmat wkoll li l-Aġent Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija nħatar għal perjodu speċifiku, u ossija sakemm jinħatar Segretarju Eżekuttiv permanenti. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali talab lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija biex jipproċedi bl-għażla fl-iqsar żmien possibbli.
Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nkun nista’ npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni rikjesta dwar il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara hekk kif din tkun kumpilata.
Kunsilli lokali — injections tal-influwenza b'xejn
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar min huma l-persuni li huma intolati li jingħataw l-injections tal-influwenza b'xejn mill-kunsilli lokali rispettivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li din it-tilqima hija intitolata lil dawk il-persuni li huma l-aktar vulnerabbli:
1. kull min għandu iżjed minn 55 sena
2. trabi u tfal ta’ bejn 6 xhur u 5 snin
3. kull min qed ibati minn mard kroniku tal-pulmun, tal-qalb, tal-fwied, tal-kliewi, tad-dijabete u mard relatat mal-immunodefiċjenza bħal HIV jew l-AIDS
4. residenti kollha fl-Istituzzjonijiet.
Huma eliġibbli wkoll għat-tilqima:
- Professjonisti tas-saħħa u staff ieħor li għandu kuntatt mal-pazjenti
- Staff li jaħdem f’istituzzjonijiet u djar tal-anzjani, kif ukoll ir-residenti fid-djar tal-anzjani
U dawk li jaħdmu f’dawn l-oqsma:
§ Korp tal-Pulizija
§ Forzi Armati
§ Protezzjoni Ċivili
§ Ċentri ta’ Detenzjoni u Ċentri miftuħa
§ Servizzi Veterinarji
§ Biċċerija
§ Dipartiment tat-Tindif
§ Uffiċjali tad-Dwana
§ Staff u residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin
§ Studenti li jattendu skejjel għall-persuni b’diżabilità.
Persuna inqas minn 55 sena, għandu jippreżenta jew il-kartuna s-safra jew ċertifikat mediku riċenti bhala evidenza ta’ mard kroniku biex jingħata t-tilqima b’xejn.
Il-persuni li jkunu rikoverati l-isptar fil-perjodu tal-vaċċinazzjoni jkunu jistgħu jieħdu l-vaċċin l-isptar.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tas-7-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-ebda mill-kunsilli lokali illi jiffurmaw parti mis-7 Distrett Elettorali ma żiedu l-iskips u l-bring-in sites, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru 2012.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tal-11-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-kunsilli lokali tat-12-il distrett elettorali, minn l-1 ta' April 2012, sat-30 ta' Settembru 2012, iddeċidew li jżidu l-iskips/bring-in sites li għandhom fil-lokalità tagħhom? F'liema laqgħa tal-kunsill iddeċidew b'kemm jiżdiedu dawn is-sites, u fejn jitqegħdu? Min intgħażel u kif intgħażel il-kuntrattur li se jipprovdi dawn l-istess servizzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 36741, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta u fejn saru l-laqgħat ta' konsultazzjoni msemmija fir-risposta? Min organizza dawn il-laqgħat? Min kien mistieden għal dawn il-laqgħat u kif saru l-istediniet biex il-pubbliku jkun mistiden għal dawn l-istess laqgħat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Kunsilli lokali — is-7 distrett elettorali - adjudication committee
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm mill-kunsilli lokali tas-7 distrett elettorali għandhom adjudication committee għal dawk li huma tenders/kundizzjonijiet li joħorġu l-istess kunsill? Liema kunsilli lokali għandhom/kellhom rappreżentanti mill-pubbliku fuq dawn it-tendering committee? Min kienu, għal kull kunsill għal kull tender, il-persuni li jirrapreżentaw il-pubbliku? Kif inħatru dawn il-membri mill-pubbliku għal perjodu 1 ta' Jannar 2012 sa t-30 ta' Settembru 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm hemm persuni fil-ħabs ta' Kordin li kienu qed jistennew biex immorru l-programm għal kura mill-vizzju tad-droga fl-1 ta' Ottubru 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi fuq l-aħħar laqgħa tal-PSAAB, li huwa l-Bord li jikkunsidra l-applikazzjonijiet għal dawn il-programmi, li saret fis-17 ta’ Settembru 2012, kien hemm tmien (8) persuni fuq l-iskeda. Fis-seduta li jmiss, dik ta’ Ottubru, dawn jiġu evalwati u dawk li jkunu meqjusa eliġibbli jmorru l-programm.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ilu wieqaf il-Prision Substance Abuse Advisory Board? X'inhi r-raġuni wara dan in-nuqaas ta' funzjonament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-aħħar laqgħa li saret mill-Prison Substance Abuse Advsory Board kienet fis-17 ta’ Settembru 2012. Il-laqgħa li jmiss hija skedata għal nofs Ottubru 2012. Bħalma dejjem kienet il-prassi, l-bord ma ltaqgħax matul ix-xahar ta’ Awwissu.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm ilha magħluqa l-faċilità tas-Substance Abuse Therapeutic Unit? Jista' jgħid meta hu mistenni li din il-faċilità terġa tibda topera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-aħħar persuni li kienu qed jattendu programm fis-SATU kien Marzu 2012. Minn dak iz-zmien l’hawn qed isir refurbishment strutturali ta’ din il-Faċilità. Infurmat li din il-binja kellha bżonn ammont ta’ manutenzjoni. Dan kien meħtieġ partikolarment peress li, fid-dawl tal-provvedimenti tal-Liġi tal-Ġustizzja Riparatriċi, l-programmi ta’ riabilatazzjoni mistennija jiżdiedu għax ma jkunux biss limitati għal priġunieri li jkunu servew il-parti l-kbira tas-sentenza tagħhom. Ix-xogħol qiegħed fi stadju avvanzat u huwa mistenni li din terġa tibda topera fi żmien qasir.