Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm fil-lista supply LSAs li għaddew mill-intervisti tagħhom u qed jistennew li jintużaw skont il-bżonn? Kemm kien hemm li bagħtu għalihom s’issa din is-sena u kemm fadal fuq il-lista?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ supply LSAs li għaddew mill-intervisti li saru b’kollox jammontaw għal 375. S’issa din is-sena ssejħu 160. Għaldaqstant fuq il-lista fadal 215. Dawn jissejħu skont il-ħtieġa.
Skola Sekondarja Ħaż-Żebbuġ — studenti mill-iskola sekondarja tal-Marsa
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk daħlux għand il-Ministeru, ilmenti dwar l-istat tal-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa? Jekk iva, x'tip ta' ilmenti waslu u x'passi ttieħdu biex jiġu indirizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-Kulleġġ San Ġorġ Preca ma rċieva l-ebda lment dwar l-istat tal-iskola sekondarja f’Ħaż-Żebbuġ.
Skola Sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ — interactive whiteboards
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa hemmx interactive whiteboards?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-preżent fl-Iskola tas-Subien ta’ Ħaż Żebbuġ hemm 10 interactive whiteboards.
Tista' l-Ministru tikkonferma li fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa, il-labs tal-Fiżika huma taħt l-art?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-laboratorji tal-Fiżika jinsabu fil-livell tat-triq.
Skola Sekondarja Ħaż-Żebbuġ — Aċċess għall-persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li fl-iskola sekondarja ta' Ħaż-Żebbuġ li qed tilqa' fiha studenti li kienu fl-iskola sekondarja tal-Marsa, hemmx aċċess għall-persuni b'diżabilità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskola sekondarja ta’ Ħaż-Żebbuġ hemm l-istess possibilità ta’ aċċessibiltà li kien hemm fl-iskola tal-Marsa, iġifieri li tista’ titpoġġa rampa li diġà hi eżistenti sabiex jidħlu fl-iskola.
Tista' l-Ministru tgħid f'liema suġġetti tfal li jattendu s-sitt sena tal-primarja tħallew mingħajr ktieb/workbook/handbook din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
It-tfal tas-sitt sena qegħdin jistennew il-workbook tar-Reliġjon li jitfassal u jiġi mitbugħ mis-Segretarjat tal-Katekeżi Nisranija tal-Kurja Arċiveskovili.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-istudenta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-kors level 4 l-MCAST hix intitolata għall-istipendju u smart card għaliex staqsiet lill-amministrazzjoni u baqgħet mingħajr risposta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Peress li din l-istudenta kienet għamlet kors fuq livell 4 u għalih ħadet stipendju, issa li bdiet kors fuq l-istess livell, ma hix intitolata għall-istipendju skont l-Avviż Legali li jirregola l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti.
Skola sekondarja subien tal-Ħandaq — laqgħa għal għażliet post-sekondarji għall-istudenti
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'kienu r-raġunijiet biex laqgħa fl-iskola sekondarja subien tal-Ħandaq dwar għażliet post-sekondarji għall-istudenti nhar il-Ġimgħa 19 t'Ottubru 2012 ġiet imwaqqfa u ma komplietx wara li bdiet? Tista' tgħid jekk b'xi mod iddaħlitx il-pulizija fl-inċident u għaliex? Tista' tgħid matul is-sena li għaddiet kemm-il darba l-pulizija ssejħet f'din l-iskola u f'kull każ għaliex?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nhar il-Ġimgħa 19 t’Ottubru 2012 saret laqgħa mill-għalliema tal-Guidance fl-iskola sekondarja subien tal-Ħandaq dwar għażliet post-sekondarji għall-istudenti tal-ħames sena. Il-laqgħa kienet mifruxa fuq żewġ lezzjonijiet bil-break fin-nofs. Fl-ewwel lezzjoni l-istudenti qagħdu attenti u ġabu ruħhom sewwa, fit-tieni lezzjoni ta’ wara l-break uħud mill-istudenti tilfu l-attenzjoni u bdew jitkessħu tant illi l-għalliema tal-Guidance iddeċidew li aħjar iwaqqfu l-laqgħa.
Filgħaxija saret laqgħa simili għall-ġenituri ta’ dawn l-istudenti tal-ħames sena fuq l-istess suġġett fejn ġie spjegat lilhom għalfejn kienet twaqqfet il-laqgħa ta’ filgħodu u li kienu ser isiru numru ta’ laqgħat qosra waqt il-
break
it-twil għall-istudenti tal-ħames sena biex tkompli tingħata iżjed informazzjoni fuq l-għażliet post-sekondarji.
Fl-ebda ħin dakinhar ma kien hemm bżonn il- preżenza tal-pulizija fl-iskola.
Matul is-sena skolastika 2011-2012 il-pulizija ġiet l-iskola darbtejn:
§ darba issejħet mill-amministrazzjoni tal-iskola minħabba li fuq xi studenti kbar instab ammont żgħir ta’ stoppini (bħal beraq żgħar li jintużaw fil-logħob tan-nar);
§ darb’oħra żewġ studenti kienu skartaw l-iskola , rawhom il-pulizija, ġabruhom u ġabuhom l-iskola.
Reklutaġġ t'għalliema li temmew il-kors din is-sena
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew reklutati għalliema fl-iskejjel statali minn dawk li temmew il-kors din is-sena u tindika x'suġġett qed jgħallmu u f'liema skola qegħdin? Tista' tgħid kemm fadal għalliema li ma ġewx reklutati skont is-suġġett tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company — Contracts of Service u Letter of Appointment
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Contracts of Service u Letter of Appointment tal-persuna li fl-aħħar ġimgħat inħatret Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Malta University Holding Company li hi l-id kummerċjali tal-Università ta' Malta wara tluq tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kuntratt li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant għadu qed jiġi nnegozjat u se jkun iffinalizzat fi żmien qrib.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li ħmisatx ilu l-għalliema tal-ewwel sena tal-primarja ġew infurmati biex jużaw is-sillabu l-antik flokk il-ġdid? X'ġara? Is-sillabu l-ġdid lest? Il-kotba l-ġodda li suppost imorru miegħu lesti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu.
Mellieħa — Skola Primarja Marija Bambina - nuqqas ta' trasport
Question
Tista' l-Ministru tikkonferma li għat-tfal li jattendu l-iskola Primarja Marija bambina tal-Mellieħa hemm nuqqas ta' trasport bil-konsegwenza li dawn qegħdin idumu ħin twil sa ma jirritornaw lura d-dar? Tista' tara li dawn l-ilmenti jiġ indirizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Mill-Erbgħa 17 ta’ Ottubru 2012, bdew jintużaw żewġ vetturi separati sabiex it-tfal ma jdumux ma jaslu lura d-dar. Għalhekk, il-problema li kien hemm kienet indirizzata.
Tista' l-Ministru tispjega għaliex l-iskema Community Inclusive Employment Scheme (CIES) ħarġet biss għal dawk il-persuni b'diżabilità li jkunu qed jirreġistraw full-time u ma kenitx miftuħa wkoll għal dawk il-persuni b'diżabilità li jkunu qed jirreġistraw part-time, meta l-kunsilli lokali li se jkunu jaħdmu magħhom jistgħu jimpjegawhom ukoll reduced hours?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għan tal-iskema Community Inclusive Employment Scheme (CIES) huwa dak li persuni li għandhom xi forma ta’ diżabilità u li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol jkollhom l-opportunità li jiġu mpjegati mill-Kunsilli Lokali. B’hekk, din l-iskema tnaqqas l-inugwaljanza billi tagħti ċans lil dawn il-persuni b'diżabilità jegħlbu problemi li jiltaqgħu magħhom meta jfittxu mpjieg.
Bħal ħafna skemi oħra, il-CIES tistipula numru ta’ kriterji ta' eliġibilità, fosthom, li dawk eliġibbli jridu jkunu persuni b'diżabilità u li jkunu ilhom jirreġistraw mall-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) minn ta’ l-inqas sitt (6) xhur, fuq l-Ewwel Parti jew it-Tieni Parti tar-reġistru ta’ l-ETC.
Fost dawn hemm numru ta’ nies li qegħdin jirreġistraw għal xogħol
full-time
kif ukoll
part-time
. Dan jiġifieri li meta jkunu qegħdin jirreġistraw fuq l-Ewwel Parti jkunu wrew ukoll ix-xewqa li jintbagħtu għal xogħol
part-time
. Għaldaqstant, meta l-Kunsilli jixtiequ jħaddmu persuna fuq siegħat li huma
reduced
jew
part-time
, l-ETC ittella lista ta’ nies li huma fuq l-Ewwel Parti, u li pero jkunu wrew l-interess għal xogħol
part-time
ukoll.
Il-kriterji tal-CIES ġew stabbiliti sabiex niffaċilitaw it-tqabbil u t-trasferiment ta’ persuni lejn impjiegi taħt din l-iskema b’mod iktar trasparenti. Għaldaqstant dawn il-kriterji ġew ibbażati ukoll fuq il-liġi ta’ l-ETC (cap. 343, 13) fejn tgħid li:
...meta tirreferi persuna għal impieg, il-Korporazzjoni għandha, kemm il-darba ma jiġix stabbilit xort ’oħra, tagħti preferenza lill-persuni reġistrati fl-Ewwel Taqsima fuq dawk reġistrati f’xi Taqsima oħra tar-Reġistru.
Importanti li nsemmu wkoll, li skond il-liġi, xogħol fuq
reduced hours
huwa meqjus bħala tip ta’ xogħol
full-time
b’arranġament ta’ siegħat u mhux bħala xogħol
part-time
kif kwotat fuq il-websajt tad-DIER li tgħid :
Impjieg full-time b’sigħat imnaqqsa huwa impjieg li fir-rigward tiegħu jkunu pagabbli kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u meta impjegat jiftiehem u jaqbel mal-prinċipal biex jaħdem sigħat anqas minn da
wk maħduma minn impjegat full-time komparabbli. F’dawn il-każijiet, il-liġi tgħid li l-paga u intitolamenti oħra jridu jingħataw fuq bażi pro-rata, jiġifieri, proporzjonalment. Qabel ma wieħed jilħaq dan il-ftehim, wieħed irid jistabbilixxi minn qabel il-k
ondizzjonijiet tax-xogħol applikabbli f’impjieg full-time.
Tista' l-Ministru tgħid jekk għall-Konferenza Stampa tal-OLAF fi Brussels (17 t'Ottubru 2012) il-Public Broadcasting Servises bagħtetx ġurnalisti tagħha? Tista' tgħid, fl-istess każ, għaliex il-mistoqsijiet saru minn ġurnalista ta' kumpanija privata li qal li qiegħed hemm f'isem TVM? Tikkonferma li dan il-ġurnalista kellu rwol ta' korrispondent tal-Public Broadcasting Services?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien qiegħed jagħmel il-mistoqsijiet għall-programm Bondi+ li jintwera fuq l-istazzjon tal-PBS. Bħal Producers/Preżentaturi kollha li jipproduċu programmi għall-istazzjonijiet tal-PBS dawn jirrappreżentaw l-istazzjonijiet tal-PBS.
Tista’ l-Ministru tindika kemm kien hemm persuni li ġew ingaġġati fuq bażi full-time fl-aħħar ħames xhur fi gradi maniġerjali, (senior jew junior managers) fil-Public Broadcasting Services? Tista’ tgħid jekk dawn għandhomx perjodu ta' probation? Dawn ingħataw impjieg full-time għal perjodu indefenit jew inkella fuq bażi ta' kuntratt? Għandhom xi klawsoli differenti minn dawk li għandhom persuni oħra fl-iskala tal-managment fil-PBS u jekk iva, x’inhuma l-kundizzjonijiet differenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F’dawn l-aħħar ħames xhur fil-PBS ġew impjegati 3 persuni fi gradi Maniġerjali. It-tlett persuni huma impjegati full time u kollha għandhom probation period. Persuna waħda hija impjegata full time fuq kuntratt definit għal 3 snin u 2 persuni impjegati full time fuq bażi indefinit. Dawn m’għandhomx kundizzjonijiet differenti u l-impjiegi saru skont is-sejħa oriġinali.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hija l-work force tal-Public Broadcasting Services illum il-ġurnata bejn dawk li huma full -timers, dawk part-timers u kontributuri u tindika dawn skont il-kategoriji msemmija? Tista tgħid l-impjegati full-timers f’liema grad jinsabu? Tista’ tgħid kemm kien hemm impjegati fl-istess gradi ta' full-timers jew fi gradi simili fil-Public Broadcasting Services qabel ma' saret ir-riforma fl-istess kumpanija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
San Pawl il-Baħar — estensjoni tal-iskola primarja
Question
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm ġiet tiswa l-estensjoni fl-iskola primarja f'San Pawl il-Baħar? Kemm tfal se jibbenefikaw minn din l-estensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
S’issa l-estensjoni fl-iskola primarja f’San Pawl il-Baħar ġiet tiswa €300,000. Għad fadal xogħol li qed isir li l-ħlas tiegħu għadu ma ġiex iffinalizzat. Se jibbenefikaw 420 studenti minn din l-estensjoni.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-proċedura sabiex fil-Mosta, jkollu club wieħed li jkun estensjoni ma' servizzi edukattivi li diġà huma eżistenti fil-Mosta?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara l-mistoqsija parlamentari nru 37486 dwar il-club li hu qed jirreferi għalih.