Tista' l-Ministru tgħid kemm inxtraw kompjuters għall-iskejjel u minn liema kumpanija inxtraw, sena b'sena mill-2000 'l hawn? Kemm għad fadal jingħata lill-kumpaniji f'arretrati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista l-Ministru tara l-każ tal-individiwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ġie mġiegħel iħallas kont ta' €1,179.33 lis-sigurtà soċjali u peress li d-dħul tiegħu hu baxx, jixtieq li xi ħadd ikellmu jkellmu ħalli jara x'jista' jsir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet ikkuntattjata minn uffiċjal tad-dipartiment.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk il-ħalib fl-iskola primarja ta' Raħal Ġdid inqatax għax hemm ħafna ħela? Jekk hemm il-ħela, tista' ssir lista minn ġurnata qabel fejn min irid ħalib jirreġistra ismu għax mhux sew li jinqata' l-ħalib għal kull min ikun irid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kap tal-iskola Primarja Paola A iddeċidiet li twaqqaf il-proviżjoni tal-ħalib peress li kien qed ikun hemm ħela. Il-Kap diġà ppruvat tieħu l-ordni mill-ġurnata ta’ qabel imma xorta kien għad hemm il-ħela. Minħabba f’dan, il-kap ħaseb li jkun aktar għaqli li dawn il-flus jintużaw għal xiri ta’ kotba għall-użu tal-istess tfal tal-iskola.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex l-Awtorità tad-Djar twieġeb l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ipproċċessat l-applikazzjoni tal-persuna msemmija għal akkommodazzjoni alternattiva. L-awtorità se tagħmel kuntatt mal-familja biex tesplora l-possibilità ta’ għajnuna oħra alternattiva li tista’ tiggwadanja mill-iskemi l-oħra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-proprjetà kollha tal-gvern li hija bil-kera, ċioe proprjetà residenzjali, għoliet il-kera għal €185 meta dan imur kontra l-ispirtu tal-emendi tal-liġi li saru ftit taż-żmien ilu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar tagħmel reviżjoni fuq il-kera ta’ inkwilini t’appartamenti tal-Gvern mill-inqas kull sentejn skont kif stipulat fil-kuntratti individwali ta’ dawn l-inkwilini. Il-Kirja tiġi stabbilita skont id-dħul individwali tal-persuna. Ġie deċież li ma’ din ir-reviżjoni, l-anqas kera li tista’ titħallas minn inkwilini tkun dik ta’ €185 fis-sena u din skont kif toħroġ mill-Liġi Ġdida tal-kera tas-sena 2010. Ta’ min jgħid li mhux il-kirjiet kollha tal-appartamenti tal-Gvern ġew miżjuda għas-somma ta’ €185 fis-sena. Min għandu dħul baxx jista’ jiggwadanja minn sussidju fuq kirja ta’ €185 fis-sena.
Tista' l-Ministru tgħid kemm marru Maltin jaħdmu fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2009, 2010 u 2011? Jista' jghid f'liema xogħol dawn marru jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ m`ghandhiex din l-informazzjoni.
Il-korporazzjoni tirċievi biss
termination form
u xi drabi r-raġuni għat-terminu tal-impjieg tkun
abroad
irrelevanti jekk telqux lejn l-Ewropa jew le. L-ETC ma tkunx infurmata dwar f’liema pajjiż jew xogħol marru jaħdmu.
Maltin jaħdmu barra mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm marru Maltin jaħdmu barra mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2009, 2010 u 2011?Tista tgħid f'liema xogħol dawn marru jaħdmu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ m'għandhiex din l-informazzjoni.
Il-korporazzjoni tirċievi biss
termination form
u xi drabi ir-raġuni għat-terminu tal-impjieg tkun
abroad
irrelevanti jekk telqux lejn l-Ewropa jew le. L-ETC ma tkunx infurmata dwar f’liema pajjiż jew xogħol il-Maltin marru jaħdmu.
Tista' l-Ministru tgħid jekk qattx sar studju biex tara kemm kien ikun in-numru u l-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija u Għawdxija fir-riskju ta' faqar kieku ma kienx hawn preżenti f'Malta l-Welfare State?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudju li joħroġ ta’ kull sena mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, bl-isem ta’ “Survey on Income and Living Conditions” jikkalkula r-riskju ta’ faqar qabel u wara l-benefiċċji ta’ sigurtà soċjali għas-sena partikolari ta’ studju. Skont l-aħħar “Survey on Income and Living Conditions” li ħareġ fl-2010 u li jħares lejn is-sena 2008, l-indikazzjoni hi li jekk tikkalkula r-riskju ta’ faqar qabel ma tieħu l-benefiċċju soċjali, dan jammonta għal 36%, fil-waqt li meta tikkalkula l-benefiċċji soċjali r-rata ta’ riskju ta’ faqar tinżel għal 15%.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn persuni fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2011 li kellhom il-job prinċipali tagħhom bħala part-time u kemm kien hawn min kellu żewġ jobs part-time fl-istess perjodu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Sal-aħħar ta` April 2011 kien hemm 28,772 persuna li kellhom il-job prinċipali tagħhom bħala part-time. Fl-istess perjodu kien hemm 6,840 persuna li kellhom aktar minn job part-time wieħed.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandu postijiet vojta l-Gvern għall-akkomodazzjoni soċjali? Kemm qassam postijiet il-gvern fis-sena 2011?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar fil-preżent għandha 19-il post vakant li minnhom għaxra jridu jiġu rranġati qabel jiġu allokati. Sa issa din is-sena l-Awtorità tad-Djar allokat 81 post.
Tista' l-Ministru tgħid il-Gvern kemm ħa postijiet tal-gvern f'idejh wara l-Liġi tal-Kera mingħand persuni li jinsabu f'xi home tal-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ma ħadet l-ebda post mingħand il-persuni li jinsabu f’djar residenzjali tal-gvern minn meta għaddiet ir-reviżjoni tal-Liġi tal-Kera.
Higher Secondary Giovanni Curmi — nuqqas ta' klassijiet biex isiru tutorials
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk huwiex veru li hemm nuqqas konsiderevoli ta' klassijiet biex fihom isiru t-tutorials fil-Higher Secondary Giovanni Curmi, Naxxar? Veru li l-Kap tal-iskola qed tuża l-Hall, il-Lending Library u t-Teacher's Computer Laboratory biex isiru dawn it-tutorials? X' beħsiebha tagħmel il-Ministru biex ittaffi din il-problema? Tikkonferma li fil-Giovanni Curmi qed jitwaħħlu interactive white boards matul is-sena skolastika u li għadu ma ngħatax training xieraq lill-għalliema biex jużaw dan l-apparat? Meta se jingħata dan it-taħriġ lill-għalliema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li hemm nuqqas ta' klassijiet biex fihom isiru t-
tutorials
. Huwa minnu li l-kap ta' l-iskola qed tuża l-Hall, il-
lending library
u t-
t
eacher's computer labs
biex isiru dawn it-tutorials. Dan minħabba li n-numru ta' studenti li qegħdin jistudjaw fil-livell tal-Matrikola żdied minn 600 student għal 800 student. Il-popolazzjoni tal-istudenti kollha żdiedet minn 1916 fis-sena skolastika 2010 – 2011 għal 2050 fis-sena skolastika 2011 - 2012. Minħabba f''hekk kellu jintuża kull spazju li kien hemm.
F’Giovanni Curmi qegħdin jitwaħħlu
interactive whiteboards
fil-klassijiet u fil-laboratorji.
Bi ftehim mal-Kap tal-iskola se jingħata taħriġ lill-għalliema fl-użu tal-
interactive whiteboards
fil-jiem li ġejjin, f’Diċembru. Għalliema mill-eLearning Centre se jintbagħtu wkoll biex jgħinu lill-għalliema fil-klassi u juruhom kif iqabbdu l-
laptop
tagħhom mal-
interactive whiteboard
u kif jiktbu bil-pinna elettronika fuq dawn il-
boards
.
Żewġ sezzjonijiet ta’ taħriġ professjonali ser jingħataw aktar tard is-sena d-dieħla f’
terms
differenti skont il-ftehim mal-MUT. F’dawn is-sessjonijiet ser jidħlu aktar fid-dettal fl-użu tas-
software
u fuq is-sistema tal-Voting System.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema kienu, jekk kien hemm, il-korsijiet reklamati li se jibdew fl-Università għas-sena skolastika 2011/2012, u li ma nbdewx minħabba n-nuqqas ta' minimu ta' applikanti li huma rikjesti biex xi kors partikolari jkun jista' jinbeda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid bħalissa hix imwaqqfa l-Kummissjoni Nazzjonali Familja fi ħdan il-Ministeru u jekk fl-affermattiv min huma l-membri u kemm-il darba ltaqgħu matul din is-sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni Nazzjonali Familja se tiġi kostitwita fil-ġimgħat li ġejjin.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-gvern għandux ħsieb li jipprovdi sit fejn id-dilettanti tal-isport magħruf bħala airsoft ikollhom l-airsoft center permanenti tagħhom peress li s-sit tal-White Rocks ingħata lilhom biss b'mod temporanju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Kunsill Malti għall-Isport m’għandu ebda talba uffiċċjali għal
Air Soft Centre
.
kapijiet u assistenti kapijiet tal-iskejjel li jkollhom iwieġbu għal mistoqisjiet parlamentari
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex kapijiet u assistenti kapijiet tal-iskejjel statali jitqabbdu jibagħtu tagħrif li jkun hemm bżonn għal twegibiet ta' mistoqsijiet parlamentari meta dan it-tagħrif ikun diġà miġbur għand id-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li d-Direttorati Edukattivi kemm jista’ jkun jippruvaw jirrispondu mistoqsijiet parlamentari bl-informazzjoni li diġa’ jkollhom. Jiġri li xi partijiet tal-mistoqsijiet iridu jintbagħtu l-iskejjel għax iċ-ċentru ma jkollux l-informazzjoni eżatta skont kif tkun mpoġġija l-mistoqsija.
Dipartiment tas-Servizzi tal-Istudenti — kwestjoni dwar PMPs
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex impjegati fid-Dipartiment tas-Servizzi tal-Istudenti qed jintalbu jimlew PMP bi tliet snin lura u PMP li mhix bi qbil mal-MUT?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Dipartiment tas-Servizzi għall-Istudenti ma talab l-ebda impjegat biex jimla l-PMP tiegħu bi tlett snin lura.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-każ tal-learning support assistant li saru allegazzjonijiet ta' xi forma ta' abbuż fuq student fdat f'idha u li wassal għall-arrest tagħha u wasslet lill-MUT biex ordnat lil-learning suppost assistants ma joħorġux lit-tfal waħedhom biex jeħduhom fir-resource rooms? Fejn wasal dan il-każ u fejn waslu t-taħditiet mal-MUT biex tiġi solvuta din il-kwestjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kap tal-iskola rċeviet allegazzjoni ta’ abbuż fuq minuri. Il-Kap tal-iskola minnufih infurmat id-Direttur Ġenerali kif inhi obbligata tagħmel skont ic-Child Protection Procedures. Fl-istess ħin, il-ġenituri għamlu rapport l-APPOĠĠ. Skont il-proċeduri d-Direttur Ġenerali rreferiet l-allegazzjoni lill-APPOĠĠ li bdew l-investigazzjoni. Il-ġenituri imbagħad għamlu rapport lill-pulizija li bdew jinvestigaw il-każ b’koordinazzjoni mal-APPOĠĠ. L-MUT ġiet infurmata mill-LSA u l-Union ħarġet id-direttiva.
Is-Segretarju Permanenti għamel laqgħa mal-MUT. Ġie spjegat li l-Kap tal-iskola segwiet il-proċeduri stabbiliti f’dan il-każ. Mal-MUT ġie miftiehem ukoll li jkun hemm linji gwida biex impjegati jkunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom kontra allegazzjonijiet ta’ abbuż. Il-Permanent Secretary u d-Direttur Ġenerali qalu lill-MUT li jkun aktar għaqli li qabel joħorġu direttiva jitkellmu mad-Direttorati, biex fejn hu possibli l-affarijiet jiċċaraw ruħhom u jintlaħaq ftehim mingħajr il-ħruġ ta’ direttivi. L-uffiċċjali tal-MUT irrifjutaw li jagħmlu dan.