Jista' l-Ministru jgħarraf lil din il-Kamra kemm membri tal-Korp tal-Pulizija iggradwaw mill-Università ta' Malta mis-sena 2000 sal-lum, u kif dawn iggradwaw sena b'sena? Kemm minn dawn li gradwaw għadhom fil-fatt iservu fil-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2000 sallum kien hemm 105 membru tal-Korp tal-Pulizija li gradwa mill-Università ta' Malta. Infurmat ukoll illi 91 minn dawn għadhom qed iservu fil-Korp. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — proġett tal-IT Unit
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'effetti pożittivi fuq il-priġunieri qed iħalli l-proġett riċenti tal-IT unit fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin imħabbar mill-Ministru Gatt? Jista' jgħid kemm priġunieri qed jużaw dan il-unit? Jista' jgħid kemm għandhom snin il-kompjuters stallati f'dan il-unit? Jista' jgħid x'faċilitajiet ta' IT fih dan il-unit?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-proġett tal-IT fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin introduċa l-informatika għall-ewwel darba fil-ħajja ta’ ħafna residenti. Għalkemm ħafna mir-residenti taħt it-tletin sena ma kienux totalment ġodda għall-użu tal-kompjuter, l-esperjenza tagħhom fil-maġġor parti tagħha kienet limitata għall-logħob u l-użu tal-internet. Permezz tal-kors ta' Compjuter Awareness, minn mindu ġie varat il-proġett, madwar sebgħin resident qabdu t-triq biex isiru litterati fl-użu tal-kompjuter. Minbarra dan il kors jsir il-kors komplut tal-ECDL kif ukoll kors intermedju li jwitti t-triq għall-ECDL. Sar ftehim mal-ETC biex l-iskola fil-Faċilita' ssir Satellite Centre tal-ETC u permezz ta’ dan ser jiġu solvuti l-problemi loġistiċi biex residenti jittieħdu jagħmlu t-testijiet f’Ħal-Far. Din il-fakulta’ qed turi li qajjmet aktar interess f’firxa akbar ta’ residenti biex jitħajjru jippruvaw iġibu din il-kwalifika tant rikjesta.
Ninsab infurmat illi komplessivament bħalissa hemm 22 resident li qed jieħdu korsijiet tal-kompjuter fil-unit imsemmi kif ukoll hemm 19 oħra li jieħdu korsijiet fid-diviżjonijiet tagħhom fuq kompjuters li ġew mogħtija lill-Faċilita' mill-MITC jew fuq il-laptops personali tagħhom.
Infurmat ukoll illi l-kompjuters kollha li l-Faċilita' ingħatat mill-MITC għandhom
processors
Pentium 4 u huwa stmat li għandhom bejn ħames u għaxar snin. Il-Pentium 4 huwa
processor
b’saħħtu biżżejjed biex iħaddem l-aħħar
operating system
tal-Microsoft, il-Windows 7 u anke l-aħħar pakkett ta’
software
għall-uffiċċju, l-Office 2010. Bħala memorja hemm għaxar kompjuters li għandom 2GB, 20 oħra għandom 1GB u għaxra oħra li għandhom 512MB u kollha huma armati b’TFT monitor. Żidiet oħra li saru mal-faċilitajiet tal-IT huma
colour deskjet printer
kif ukoll
data projector
biex kemm il-kors tal-kompjuter kif ukoll korsijiet oħra jkun jistgħu jużaw il-
multimedia
biex il-lezzjonijiet ikunu aktar interessanti u varjati. Wieħed irid jgħid li bl-għotja ta’ kompjuters mill-MICT tliet klassijiet minn erbgħa fl-iskola tal-Faċilita' kif ukoll xi diviżjonijiet huma armati bil-kompjuters.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-gvern se jieħu l-passi meħtieġa biex jallineja lil pajjiżna mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea u minflok il-priġunieri jitilfu d-dritt għall-vot awtomatikament, iħalli f'idejn il-ġudikanti jekk ineħħix il-vot jew le?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Il-kwistjoni dwar jekk jistax illum ikun hemm esklużjoni awtomatika bil-Liġi mid-dritt għall-vot għal persuni li jeħlu ċerti pieni ta’ priġunerija hija waħda kontroversjali u li tat lok għall-kontroversja anke f’pajjiżi oħra li għandhom liġijiet bħal dawn.
Il-Gvern f’ dan l-istadju qiegħed isegwi l-iżviluppi f’ dan il-qasam sabiex jara jekk ikunx indikat li jittieħdu xi inizjattivi għal bidu ta’ proċess ta’ konsultazzjoni dwar tibdil fil-Kostituzzjoni f’ dan ir-rigward.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — pensjoni kontributorja
Question
Jista' l-Ministru jirrikmanda li l-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ma jibqugħux jitilfu mill-pensjoni kontributorja li qed titnaqqas bin-nofs (fil-każ tal-miżżewġin) jew addirittura titneħħa fil-każ ta' min mhux miżżewweġ? Ma jidhirlux li dan hu kastig ieħor fuq is-sentenza u peress li hi xi ħaġa li bniedem ikkontribwixxa għaliha m'għandhiex titneħħielu u peress li l-pensjoni diġà hija miżera, dan ikollu konsegwenzi serji fuq il-familjari tal-priġunier u twassal biex ħafna minnhom jinqabdu fiċ-ċirku vizzjuż tal-faqar u tal-kriminalità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu l-passi biex jitjiebu l-kundizzjonijiet fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin fejn il-kundizzjonijiet huma partikolarment ħżiena f'Division 15? Jistgħu jitjiebu l-kundizzjonijiet ħżiena ukoll f'Division 12 u 13 li għalkemm inbnew riċentament għandhom ħafna nuqqasijiet fosthom nuqqas ta' bitħa viċina; kif ukoll Division 2 u 3 bħala struttura? Jaf li f'Division 5 fejn hemm dawk li suppost huma perikolużi, dawn m'għandhom aċċess għall-ebda xogħol jew skola u qegħdin hemm ma jagħmlu xejn?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin qegħda timplimenta pjan ta' ristrutturar u titjib f'dawk id-diviżjonijiet li jeħtieġu dan. Eżempju ta' dan hu r-rinovar sħiħ li sar f'Diviżjoni 4, inkluż ix-showers. Ftit qabel dawn ix-xogħlijiet kienu ġew ukoll rinovati Diviżjoni 1 u t-Taqsima tan-Nisa.
M'hemm l-ebda Diviżjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li m'għandhiex aċċess għall-bitħa. Fit-fatt jitqatta' ħafna ħin mill-priġunieri fil-btieħi tal-Faċilita'. Minbarra dan, il-priġunieri li jridu jipprattikaw xi sport, jistgħu jagħmlu dan sew fil-btieħi kif ukoll fi grawnd tal-futbol bit-turf li ġie reċentement rinovat u li qed isir użu estensiv minnu.
Kull resident għandu aċċess għas-servizzi kollha provduti fil-Faċilità bħalma huma dawk edukattivi, sportivi ta' saħħa eċċ, għalkemm hemm uħud mir-residenti li għandhom restrizzjonijiet għal raġuni ta' sigurtà.
Ix-xogħol ta' manutenzjoni fil-parti komuni tal-Faċilità Korrettiva jsir matul is-sena kollha. Diviżjoni 15 hija dormintorju u tifforma parti minn struttura li nbniet madwar sentejn ilu meta l-aċċessorji tagħha, bħalma huma televiżżjonijiet u sodod kienu kollha ġodda. Ir-residenti ta' din id-diviżjoni għandhom aċċess ukoll għall-bitħa li tinsab biswit din id-Diviżjoni.
Peress li stħarriġ ippubblikat juri li ħafna mill-priġunieri qegħdin il-ħabs minħabba reati konnessi mad-drogi jew kommessi minħabba d-droga, jista' l-Ministru jgħid x'qed isir b'mod sistematiku u ċert kif wieħed jagħmel programm ta' riabilitazzjoni għax bħalissa l-għażla hija diskrezzjoni f'idejn l-awtoritajiet konċernati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li priġunieri jintgħażlu biex isegwu programm ta’ riabilitazzjoni b’rakkomandazzjoni ta’ bord imsejjaħ Prison Substance Abuse Assessment Board (PSAAB), kompost minn diversi persuni ġejjin minn barra l-Faċilità Korrettiva, minn oqsma differenti li għandhom x’jaqsmu ma' programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga u esperti f’dan il-qasam. L-għażla issir wara li jkun sar assessment ta’ kull priġunier li juri ruħu dispost li verament jirrijabilita' lilu nifsu. Il-Psikologi tal-Facilità jitkellmu ma' min ibati minn dan il-vizzju u jħajruh biex jersaq lejn dawn il-programmi u qabel ma ssir l-għażla jsir stħarriġ li jkopri l-perjodu kollu minn meta jkun daħal fil-Faċilità.
Peress li fl-1999 il-Ministeru rċieva fondi mill-Unjoni Ewropea sabiex ikun jista’ jiġi introdott f’Malta laboratorju forensiku nazzjonali li jkun jista’ jibda jopera indipendentement mill-Korp tal-Pulizija, u fl-2004 il-gvern introduċa l-Malta National Laboratory, jista' l-Ministru jispjega għaliex dan il-laboratorju mar tant lura li spiċċa żżarma wara li ntnefqu tant flus fih? Jista' jgħid għaliex ix-xjentisti u esperti forensiċi ġew trasferiti lill-Malta Consumer Competition Affairs Authority meta din l-awtorità m’għandha xejn x’taqsam max-xogħol forensiku jew mal-laboratorju nazzjonali?
Jista' l-Ministru jispjega kif sal-lum Malta hija l-uniku pajjiż Ewropej li m’għandux
database
tad-DNA u dan avolja l-gvern irċieva assistenza finanzjarja għal dan il-għan mill-Unjoni Ewropea?
Jista’ jispjega għaliex il-“
labortorju forensiku
” m’għandux il-mezzi sabiex jagħmel il-verifiki tad-DNA u li m’hemmx apparat idoneu?
Jista' jispjega għaliex dan ix-xogħol in konnessjoni mad-DNA se jiġi kuntrattat lill-partikular?
Jaf il-Ministru li kuntrarjament għal dak deċiż mill-qrati, il-qrati tagħna qed ikollhom jinnominaw ex-pulizija jew adirittura membri tal-korp bħala esperti li jista’ jwassal għall-proċeduri ta’ indoli Kostituzzjonali?
Jidhirlu l-Ministru li għandha ssir armonizzazzjoni tal-mod ta’ kif isiru l-ħlasijiet lill-esperti impjegati mal-gvern?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Malta National Laboratory u l-operat tiegħu ma jappartjenix lil dan id-dekasteru, għalhekk ġentilment nissuġġerixxi li din il-parti tad-domanda jirreferiha lill-Ministru kkonċernat.
Għal dak li jirrigwardja id-DNA database, ninsab infurmat li bħalissa fit-Taqsima Forensika tal-Pulizija qed isiru l-preparamenti meħtieġa sabiex tiġi introdotta sistema ta’ DNA database management system.
Għar-rigward nomina ta' esperti, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hija prerogattiva tal-Qorti lil min tinnomina bħala espert tagħha.
Sakemm tidħol fis-seħħ tariffa waħda komuni fil-Kodiċi Kriminali, ir-Reġistratur għandu d-diskrezzjoni li jintaxxa skont ma kif huwa jħoss li għandu jkun il-ħlas dovut. Għandu jingħad, pero’, li uffiċjali pubbliċi li jkunu assenjati xogħol ta’ esperti tal-Qorti mill-Ġudikatura huma mħallsa skont paragrafu 7.4.2.5 tal-Public Service Management Code, edizzjoni Marzu 2011. Dan ifisser li, għall-ewwel €2,329.37 dovut lilhom, huma jitħallsu 75% ta’ dan l-ammont, waqt li għal ammonti oħra 'l fuq minn €2,329.37, huma jitħallsu 50% tal-ammont.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin:
a) Maltin,
b) ċittadini tal-Unjoni Ewropea; u
ċ) minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea?
Jista’ jagħti n-nazzjonalità ta’ kull persuna pajjiż b’pajjiż?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, sat-30 ta' Settembru ta' din is-sena, kien hemm 258 priġunier Malti, 61 mill-Unjoni Ewropea u 175 minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dettaljata.
Attachments:28356 - Inmates as at 30 September 2011.xls
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — sentenza skontata
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin li jistgħu jintbagħtu jiskontaw sentenza f'pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea mhumiex jintbagħtu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi sa fejn huwa possibbli dan dejjem isir. Madankollu hemm diversi raġunijiet għaliex dan mhux dejjem possibbli fosthom:-
jekk priġunier ikollu każijiet oħra pendenti u/jew appell mis-sentenza;
jekk ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ pajjiżi rigward tul ta' sentenza li l-priġunier għandu jinskonta;
jekk il-prigunier ma japplikax volontarjament biex jiskonta s-sentenza f'pajjiżu.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — assessments fuq persuni
Question
Jista' l-Ministru jgħid malli persuna tidħol fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin x'assessment isirilha dwar x'tista' titgħallem biex meta toħroġ terġa' tintegra fis-soċjetà mingħajr problemi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li hekk kif persuna tidħol fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin preżentament isirilha initial assessment sempliċi tal-kapaċità fil-qari fil-Malti u fl-Ingliż. L-edukazzjoni fil-ħabs hija fuq bażi volontarja u jekk ir-resident ma jkollux interess jipparteċipa, l-assessjar tiegħu jieqaf hemm. Jekk ir-resident juri x-xewqa li jattendi xi klassijiet, isirilu testijiet aktar fil-fond fl-Ingliż, fil-Malti jew fil-Matematika skont is-suġġetti li jkun irid jitgħallem. Din il-pożizzjoni ser tinbidel bl-emendi tal-Abbozz ta' Liġi numru 73 Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — evalwazzjoni fuq l-edukazzjoni li tingħata lill-priġunieri
Question
Jista' l-Ministru jara li ssir evalwazzjoni serja dwar kemm l-edukazzjoni li tiġi offruta lill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin hiex tilħaq l-għanijiet neċessarji? Jista' jgħid bħalissa fiex tikkonsisti l-esperjenza edukattiva għall-priġunieri u kemm hemm priġunieri jgawdu minnha? F'liema qasam?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
L-għanijiet tal-edukazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin huma varji fosthom hemm dawk li għandhom x’jaqsmu mal-użu aktar pożittiv u produttiv tal-ħin, kif ukoll sabiex nikkumbattu l-apatija u l-imġieba anti-soċjali u l-effetti tal-ħajja fid-diviżjonijiet tal-Faċilita'. Dawn l-għanijiet qed jiġu milħuqa ma’ dawk ir-residenti li jagħżlu li jattendu l-iskola tal-Faċilità.
Rigward lo-aħħar żewġ domandi tal-mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għal-mistoqsijiet Parlamentari numri 27193, 26162 u 26358.
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex isiru sforzi serji biex il-librerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin tiġi organizzata ferm aħjar milli hi u tilħaq iżjed priġunieri?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-librerija fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin estendiet is-servizzi tagħħa għal sagħtejn wara nofsinhar, mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Is-servizz tal-librerija jieħu ħsiebu resident li għandu ħiliet tajbin ħafna fuq il-kompjuter u bħalissa qiegħed jibni database tal-kotba kollha li hemm fil-librerija biex ikun hemm aktar għajnuna biex ir-residenti jsibu l-kotba li jridu. Fil-bidu ta’ din is-sena s-sezzjoni tal-kotba bil-Malti żdiedet b’sittin ktieb ieħor. Barra minn dan xi diviżjonijiet għandhom librerija żgħira fid-diviżjoni stess biex l-aċċess ikun akbar. In-numru ta’ residenti li jissellfu kotba mill-librerija regolarment huwa madwar sebgħin.
Infurmat ukoll illi servizz ieħor li beda jiġi offrut lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet huwa l-abbonament fil-librerija pubblika u s-self ta’ kotba li ma jinstabux fil-librerija tal-Faċilità. Bħalissa hemm madwar tletin resident li qed juża’ dan is-servizz billi, bl-għajnuna tal-ko-ordinatur edukattiv, ifittxu, jagħżlu u jibbukkjaw kotba mill-katalgu
on line
tal-librerija pubblika. Dawn il-kotba jinġiebu u jinbidlu kull xahar mill-ko-ordinatur edukattiv stess. B’hekk il-limitazzjonijiet li l-librerija tal-Faċilità dejjem kellha meta imqabbla mal-librerija pubblika qed jippruvaw jiġu megħluba.
Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern — remunerazzjoni tal-konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Min huma u x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull wieħed minnhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi pendenti quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ? Kemm minnhom ġew rimessi quddiem iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ minħabba l-liġi tal-arbitraġġ sfurzat? Kemm ingħataw awards minn dan iċ-Ċentru ta’ Arbitraġġ fi snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? Minħabba fis-sentenza riċenti tal-Qorti Kostituzzjonali li ddikjarat l-arbitraġġ sfurzat bħala anti-kostituzzjonali kif beħsiebu jirregola ruħu l-Ministru?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mill-2933 każ li ġie reġistrat fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ sal-15 ta' Ottubru 2011, kien hemm 736 każ pendenti li l-maġġoranza tagħhom ġew reġistrati fl-aħħar 18-il xahar. Minn dawn il-każijiet, 647 huma ta’ arbitraġġ mandatorju.
Infurmat ukoll illi d-deċiżjonijiet (
awards
) li ingħataw miċ-Ċentru matul is-snin mitluba huma s-segwenti:
Sena Deċiżjonijiet*
2007 309
2008 296
2009 297
2010 298
2011 201 [sal-15 ta’ Ottubru 2011]
* Mhumiex imklużi dawk li ġew ċeduti jew appellati.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29077.
Jista' l-Ministru jagħti statistika ta' kemm ingħataw taħrikiet talli vetturi kienu qed iniġġsu l-arja għas-snin 2010 u din is-sena, xahar b'xahar?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nisab infurmat illi in-numru ta’ sewwieqa li kienu qed isuqu vettura li mill-exhaust pipe tagħha kien qed jarmi duħħan eċċessiv li ġew imħarrka mill-Pulizija matul is-sena l-oħra u l-ewwel disa’ xhur ta' din is-sena, huwa kif ġej:-
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sarux rapporti għand il-pulizija ta' Ħal Luqa minn residenti f'binja ta' 6 appartamenti, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, u ttieħditx azzjoni fil-konfront ta' min qed joħloq inkonvenjent lir-residenti bl-attitudni negliġenti fejn dan ikkappara l-bejt komuni sabiex irabbi annimali għalih filwaqt li qed jagħmel dan mingħajr il-kunsens tar-residenti l-oħra u fl-istess waqt qed joħloq inkonvenjent għall-istess residenti? Jista' jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra u jgħid x'passi ttieħdu fil-konfront ta' dan il-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27887.
immigranti — informazzjoni updated ta' fejn ikunu joqogħdu
Question
B'referenza għall-immigranti fl-open centers kif ukoll dawk li qed jgħixu fil-komunità, jista' l-Ministru jgħid kif tiġi updated l-informazzjoni dwar fejn qed joqogħdu? Japprezza li din l-informazzjoni hija meħtieġa għal min ikun irid jinforza l-liġi f'pajjiżna, b'mod partikolari l-Pulizija u l-Qrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 10890.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-pulizija jkun diġa' riżultalha li kawża l-Qorti tkun se tiġi differita jew tkun saħansitra diġa' ġiet irtirata għaliex
(i) jiġu mħarrka xorta x-xhieda;
(ii) ma jiġux mgħarrfa x-xhieda li ma jkollhomx għalfejn jidhru quddiem il-Qrati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mhix il-prattika tal-Pulizija li tħarrek xhieda għal kawża quddiem il-Qorti meta l-Pulizija jkollha informazzjoni minn qabel mill-awtorita` kompetenti li din il-kawża mhux se ssir.
Infurmat ukoll illi sa fejn dan ikun possibbli, il-Pulizija tagħmel ħilitha sabiex tinforma bl-kull avviż ta' differiment lix-xhieda hekk notifikati sabiex ma jidhrux il-Qorti.