Legislature:
Category:
Reset
Active:

areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 36769 u 36576 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini permezz tan-nationalization sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema mod ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra llum?

Response (MARCO, MARIO DE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba

Pjanijiet għall-policies rigward shooting ranges

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-pjanijiet għall-policies li jikkonċernaw ix-shooting ranges, il-kmamar tan-nar u l-applikazzjonijiet għal faċilitjiet marbutin mal-pompi tal-petrol?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iktar kmieni din is-sena, l-abbozz tal-Policy Guidance dwar is-Shooting Ranges intbgħat lill-Ministeru responsabbli mill-Isport biex jiġi analizzat minnu. Sar ukoll rapport dwar is-sitwazzjoni tal-pompi tal-petrol li ttella għall-attenzjoni tal-bord tal-MEPA. Abbażi ta' dan ir-rapport il-bord tal-MEPA ddeċieda li l-applikazzjonijiet dwar il-pompit tal-petrol jistgħu jiġu pproċessati bil-policies viġenti li għandha l-istess Awtorita'. Fir-rigward il-policy li tikkonċerna l-kmamar tan-nar, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajna għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 5597, 15711, 19250, 19321, 30564 u 35336.

MEPA — policy tal-flexible approach

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files fil-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jinsabu pendenti jew sospiżi biex jistenna l-eżitu tal-policy tal-flexible approach li tinsab għall-konsultazzjoni pubblika?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra

MEPA — siġar protetti

Question

Billi l-gvern spiss qed jgħid li certi siġar m'għandhomx bżonn permess tal-Aworità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għax mhux kollha huma speċi protetti, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jikkunsidrax li joħroġ emergency legal notice li tiddikjara s-siġar kollha f’żoni urbani bħala protetti sakemm ma jkunux aljeni taħt skeda numru tlieta, sakemm l-awtorità ma toħroġx permess hi nnifisha għat-tneħħija tagħhom b’element ta' planning gains ġo fihom permess tal-planting ta' siġar indiġeni minflokhom u dan għaliex huwa mifhum li l-awtorità faslet legal notice li tħalli ħafna siġar f’żoni urbani mhux protetti?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

tibdil ta' siġar

Question

Billi l-gvern stqarr li ċerti siġar ġew mibdula ma' mature quercus tress li huma ta’ oriġini Maltija, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn huma siġar maturi tal-ballut li kibru minn native oak trees jew inkella kienx hemm fosthom li ġew impurtati minn barra?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — xiri ta' shredders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw shredders mill-Ministeru matul is-snin 2011 u 2012?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MRA — konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili - tankijiet tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

tqaċċit ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx ġie investigat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ilment li spiss wasal li ħafna siġar qegħdin jitqaċċtu ħafna drabi b’mod kapriċċjuż bl-iskuża ta' proġett jew ieħor biex flok żbir jew ċaqliq ieħor tagħhom, dawn jipprovdu materjal għall-fire places kif ħafna drabi allegaw għadd ta' persuni miegħi u dan ovvjament għal skop ta' natura klandestina kummerċjali?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-awtorità ma għandha l-ebda rekord uffiċċjali li qatt rċiviet ilmenti rigward dan u għalhekk ma sarux investigazzjonijiet ta' dan it-tip.

nefqa tat-turisti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tat-turisti barranin f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena milll-2007 sal-lum?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li filwaqt li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jippubblika, xahar b’xahar, statistika dwar in-nefqa tat-turisti matul il-mawra tagħhom fil-Gżejjer Maltin, dawn iċ-ċifri jirreferu għan-nefqa totali u ma jiddistingwux bejn in-nefqa f’Malta u dik f’Għawdew b’mod separat. Qieghed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika totali għall-perjodu rikjest.

Ministeru għat-Turiżmu. l-Ambjent u l-Kultura — direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order ingħatat matul l-ewwel 10 xhur ta' din is-sena mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

waste electrical and electronic equipment — direttiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’qed iżomm lill-gvern milli tiġi implimentata l-WEEE Directive dwar waste electrical and electronic equipment minkejja li t-trażpozizzjoni fil-liġi Maltija kienet saret permezz ta' avviż legali ħames snin ilu?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36576 u jagħti update dwar liema areas li ddaħħlu fl-iskemi tal-bini permezz tan-nationalization sal-lum ġew approvati mill-Ministru? B'liema mod ġew approvati? X'sar mill-areas l-oħra llum?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — binjiet mhux konformi mal-liġijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet skont l-iskema li għadha kif inħarġet mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għal binjiet mhux konformi mal-liġijiet tas-sanità mhux qegħdin isiru mill-uffiċjali tas-sanità iżda minn persuni li ftit għandhom esperjenza fit-tħaddin tar-regolamenti sanitarji?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.

liċenzji tal-catering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm żmien jinżammu r-rekords jew data, jew jekk jiġux deleted il-liċenzji li għandhom x’jaqsmu mal-catering (bars,snack bars,restaurants eċċ.)? Huwa minnu li meta jitħallsu l-liċenzji awtomatikament din twaqqa’ ta’ qabilha, jekk dik li taqa’ jinżammux ir-rekords tagħhom jew data?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu ma telimina l-ebda rekord jew data li għandha x’taqsam ma’ ħruġ ta’ kwalunkwe liċenzi. Meta liċenza tiġi mġedda, l-informazzjoni li tappartjeni l-istess liċenza, bħal per eżempju kundizzjonijiet tal-liċenza, mhux biss jibqgħu jinżammu bħala rekord iżda jidhru wkoll fuq il-liċenza mġedda.

Santa Venera — Triq Reġjonali - tniġġis tal-ħoss mill-mina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36479 u cioè: Fir-rigward ta' Triq Reġjonali Santa Venera, jista' l-Ministru jgħid xi studji saru sabiex jonqos it-tniġġis tal-ħoss mill-mina li tgħaddi minn go nofs din it-triq residenzjali? Jistgħu il-ħitan tat-toroq isiru għat-tond 'il fuq sabiex jonqos dan l-inkonvenjent?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Applikazzjonijiet għal lukandi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għall-ftuħ ta' lukandi ġodda? Kemm ilhom pendenti waħda, waħda? Għal liema lokalitajiet jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? X'kategoriji ta' lukandi jirreferu l-applikazzjonijiet waħda, waħda? Hemm xi applikazzjonijiet li jirreferu għal bini ta' lukandi barra żoni ta' żvilupp?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilli lokali — applikazzjonijiet għaż-żabra tas-siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali mis-7, il-11 u t-12-il distrett elettorali kellhom applikazzjonijiet biex jiżbru siġar fil-lokalità tagħhom? Liema applikazzjonijiet ġew deċiżi u kif? Liema għadhom pendenti quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — Xagħra - sqaq mhux aċċessibli

Question

B'referenza għal PAB 678/96 u l-ECF 1446/96 li dwaru hemm sentenza tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar datata 3 ta' Novembru 2000 u li nonostanti l-istess sentenza, l-appellanti reġgħu poġġew franka stones u materjal ieħor 'il barra mil-linja uffiċjali bil-konsegwenza li abitanti tal-istess sqaq li jagħti għal Triq Marija Bambina Xagħra Għawdex ilhom snin ma jistgħux jgħaddu minn dan l-isqaq, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma tteħditx direct action u tiġi inforzata l-liġi aktar u aktar meta f'dan il-każ, id-direct action tista' tiġi inforzata finalment fi ftit spejjeż u dan meta hemm ordni ta' inforzar bin-numru ECF/00513/11 li dwaru ma sar l-ebda appell?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ imsemmi skont l-Avviz tal-Infurzar ECF 513/11, maħruġ f'Ottubru 2011, jiirigwarda żvilupp mingħajr permess li jikkonsisti fi tqegħid ta' materjal biex ġie iffurmat speċi ta' side garden barra mil-linja uffiċjali, ġewwa Sqaq fi Triq Maria Bambina, ix-Xagħra. Fil-frattemp l-Awtorita ġiet infurmata li l-Qorti tal-Ġudikatura Kriminali xi snin ilu kienet tat tlett sentenzi fil-konfront tal-predeċessur tas-sid preżenti dwar l-istess każ, ċioe dak ta' ngombru li nħoloq fl-isqaq imsemmi. Għaldaqstant l-Awtorita' talbet lill-Avukati tagħha jirriċerkaw fir-Reġistru tal-Qorti dwar dawn is-sentenzi u dan sabiex ikunu studjati ċ-ċirkostanzi legali tal-każ.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36315 u cioè: B'referenza għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 34533, 35174 u 35169 u ġaladarba l-Ministru ma poġġiex fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba fil-mistoqsija parlamentari 35174, jista' l-Ministru jgħid taħt liema klawsola tal-kapitlu 268 tal-Liġijiet ta' Malta, jiġifieri tal-att li jirregola t-trasferiment tal-proprjetà tal-gvern, saret il-konċessjoni esklussiva lill-Island Caterers?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.