Ċirkewwa Marine Park – Kiri ta’ mobile clinic u mobile office – Spiża
Question
Jista' l-Ministru jindika kemm qed jiswa l-kiri ta' servizz ta' mobile clinic u ta' mobile office għall-Park taċ-Ċirkewwa lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew indirettament lill-management taċ-Ċirkewwa Marine Park kull sena billi jagħti rendikont tal-ispejjeż assoċjati / ivvutati għal dawn?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu ila taħdem fuq dan il-proġett siewi għas-settur tad-diving għal bosta snin.
Matul is-sena 2025, l-ispejjeż kien jinkludu: xiri ta’ mobile clinic, servizz ta’ first aiders, xogħlijiet ta’ titjib fl-infrastrutura u salarji.
Jista' l-Ministru jghid jekk il-kmamar okkupati mill-Gozo Channel mingħajr użu partikolari humiex ser jgħaddu għand l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) sabiex ikunu jistgħu jiġu integrati fiċ-Ċirkewwa Marine Park u jintużaw bħala kmamar tal-ewwel għajnuna?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23896 tal-Leġiżlatura XIV.
Żoni turistiċi – Storbju, diżordni u mġiba antisoċjali – Impatt fuq ir-residenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern wettaqx jew ikkummissjonax xi studju dwar l-impatt li l-istorbju eċċessiv, l-imġiba antisoċjali u d-diżordni f'żoni turistiċi qed ikollhom fuq il-kwalità tal-ħajja, is-saħħa mentali u s-sens ta' sigurtà tar-residenti? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?
Akkomodazzjoni turistika – Każijiet ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali – Protokolli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema protokolli jeżistu bejn il-Pulizija, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra sabiex jiġu indirizzati każijiet ripetuti ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali relatati ma' akkomodazzjoni turistika? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jsaħħaħ dawn il-protokolli u jekk iva, kif?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Gvern qed jieħu numru ta’ inizjattivi fir-rigward taż-żamma tal-ordni pubblika kif diġa ġie mħabbar fil-konsum pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sospiżi jew irrevokati liċenzji ta' akkomodazzjoni turistika minħabba ksur tar-regoli jew rapporti ripetuti ta' storbju, imġiba antisoċjali jew problemi relatati mal-ordni pubblika matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet kienu jinsabu dawn il-proprjetajiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid x'obbligi għandhom l-operaturi u l-persuni li jamministraw akkomodazzjoni turistika meta jkun hemm rapporti ripetuti ta' storbju jew imġiba antisoċjali mill-klijenti tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligi li għandhom l-operaturi jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Malta Tourism Authority (https://mta.com.mt/licenses-applications/holiday-furnished-premises/). Screenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eżenzjoni ngħatat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal dak li jirrigwarda xogħol f’toroq li fihom mhux suppost isir xogħol bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet ingħataw dawn l-eżenzjonijiet u kemm ingħataw f’kull lokalità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ħarġet
seba’ (7) eżenzjonijiet
sabiex ikunu jistgħu jitwettqu xogħlijiet f’żoni turistiċi matul il-perjodu bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru.
Ingħatat
eżenzjoni waħda (1)
f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet:
· Marsaxlokk;
· Għajnsielem (Għawdex);
· Il-Belt Valletta;
· Swieqi;
· Tas-Sliema;
· Birżebbuġa; u
· Mellieħa.
Dawn l-eżenzjonijiet mhux neċessarjament ingħataw għal perjodu sħiħ.
Ministeru għat-Turiżmu – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Jista’ l-Ministru jgħid x’titjib huwa ppjanat li jsir fid-Dwejra f’Għawdex, b’mod partikolari fiż-żona tal-Inland Sea, fid-dawl tal-fatt li fis-Seduta tat-Tnejn 6 ta’ Lulju, 2026 intqal li d-diving se jkun wieħed min-niċeċ għat-turiżmu ta’ kwalità? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat titjib fit-triq dilapidata li mill-pjazza twassal għall-Inland Sea, sabiex din iż-żona tkun aktar aċċessibbli u attraenti għall-għaddasa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liem huma l-lokalitajiet li huma identifikati bħala żoni turistiċi? Jista’ jgħid ukoll liema żoni huma kkunsidrati bħala żoni turistiċi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' lokalijiet u toroq definiti bћala 'Żoni Turistiċi' għall-fini ta' S.L.623.08.
Din il-lista tidher ukoll fuq is-sit elettroniku
https://mta.com.mt/news/cessation-demolition-and-excavation-works-summer-tourist-zones-2026/
Ministeru għat-Turiżmu – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li jibdew ix-xogħlijiet ta’ restawr fil-Palazz ta’ Selmun, x’inhu l-istadju attwali tal-proġett, u jekk hemmx timeline stabbilita għat-tlestija tiegħu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għat-Turiżmu – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Ministeru għat-Turiżmu – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-sena 2024 ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Ministeru għat-Turiżmu.