Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Balzan – toroq

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 15946 u 12961, jista’ l-Ministru jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar fi Triq il-Ferrovija l-Antika u Triq il-Wied? Jista’ jgħid jekk ix-xogħol li beda fl-2019 tlestiex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.

Birkirkara – toroq

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 15945 u 12959, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħlijiet fit-toroq imsemmija fir-risposti tlestewx? F’kull każ, jista’ jgħid ukoll fiex kien jikkonsisti x-xogħol imsemmi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — first aiders kwalifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet, entitajiet u dipartimenti hija kif murija fit-tabella segwenti; Dipartiment / Entita' / Agenzija: kemm hemm first aiders ċertifikati skont id-dipartiment/entità rispettiva? Infrastructure Malta 3 Lands Authority 25 Estate Management 18 Corporate Services 2 Finance 1 Contracts 3 Enforcement, Inspectorate & Compliance 1 Joint Office 4 GHRC 2 Projects Malta 5 Projects Plus 1 BAAI 1 MATS LTD. 20 MATS LTD. - Management 1 MATS LTD. - Administration 6 MATS LTD. - Operations 7 MATS LTD. - Technical 4 MATS LTD. - AIM 1 MATS LTD. - Drivers 1 Yachting Malta Ltd. 1 Transport Malta 19 Merchant Shipping Directorate 2 Ports & Yachting Directorate 4 Land Transport Directorate 5 Civil Aviation Directorate 2 Enforcement Unit 2 Corporate Services Directorate 1 TM Gozo 1 Integrated Transport Stategy Directorate 2 MTIP 91 Financial Management Directorate 7 People Management Directorate 5 Policy Development and Programme Implementation Directorate 1 Office of the CIO 2 Project Design and Engineering Directorate 2 Manufacturing and Services Directorate 18 Office of the Permanent Secretary 2 Project Monitoring Unit 1 Marine and Storm Water Unit 24 Ministerial Procurement Unit 1 Project Implementation Directorate 14 DGSS - Security Section 12 Occupational Health and Safety Unit 2

Billboards

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hawn billboards madwar it-toroq Maltin li għandhom permess u x'miżuri mistennija jittieħdu fil-konfront ta' strutturi illegali li hawn fis-suq għaż-żvantaġġ ta' dawk li qed joperaw bil-permessi neċessarji u skont il-liġi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru kkonċernat.

Post — każ ta' familja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15574 u 15445 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jgħaddi fuq il-Gvern biex imbagħad jibda jsejjaħ lill-familja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija Parlamentari Nu.15762, l-Uffiċċju Konġunt qiegħed fl-istadju li jipprepara l-pjanti relattivi in konnessjoni mall-art in kwistjoni. L-għan aħħari ta’ dawn il-pjanti huwa sabiex tiġi sottomessa applikazzjoni fir-Reġistru tal-Artijiet u l-imsemmija art tiġi reġistrata f’isem il-Ġvern ta’ Malta.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – lista ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru/entitajiet/awtoritajiet u aġenziji tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li rigward il-konsulenti fi ħdan il-Ministeru għandu jirreferi għall-informazzjoni fit-tweġiba għall-mistoqsija W107 li għadha kemm ingħatat fis-seduta 346. Mill-bqija minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali fl-aġenziji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. Entitajiet SENA KONSULENT NATURA TAL-KONSULENZA SKALA GHRC 2018 - to date Frank Franjou Lighting Design Consultancy 5 Projects Malta 14/08/2017 - 01/10/2019 David Zahra Consultant to the Executive Chairman Scale 4 + €1,630.56 p.a. (Expense allowance) + €4,658.75 p.a. (All inclusive tramsport) + €1,600 p.a. (All inclusive communication) + up to 15% (Performance allowance) - contract terminated Transport Malta 2013 Paul Sciriha Konsulenza Sezzjoni Aero Medika Skala 2 Transport Malta 2013 Ing Kenneth Gafa Konsulenza dwar International Maritime Conventions Skala 3 Transport Malta 2015 Capt Anand Dayal Konsulenza dwar L-Investigazzjonijet tas-Sigurta' Marittima Skala 5 Transport Malta 2016 David Lynn Seisun Konsulenza dwar Intelligent Transport Systems - Terminated 2020 Skala 4 Transport Malta 2019 Silvio Grixti Konsulenza medika fis-Sezzjoni tal- Land Transport Skala 5 Transport Malta 2019 George Borg Marks Konsulenza fuq l-Avjazzjoni Skala 5

Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti — kontrolli

Question

B'referenza għal-Liġi Sussidjarja Nru 200.02 (Avviż Legali Nru. 30/1969 kif emendat b'Avviż Legali Nru 32/1969) Regolamenti dwar Perijodi Permessi għal Duħħan Iswed minn Bastimenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm saru kontrolli, jekk saru, mill-bidu tas-sena 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm infrazzjonijiet u minn min?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li r-Regolamenti dwar Perijodi permessi għal Duħħan minn Bastimenti (L.S. 200.02) huma maħruġa taħt l-Att dwar l-Arja Pura (Kap. 200) u jaqgħu taħt il-Ministru responsabbli għas-saħħa pubblika. Minkejja dan, l-Awtorita għat-Trasport f’Malta rċeviet madwar 17-ilment dwar duħħan ħiereġ minn bastimenti mis-2016 sal-lum, liema ilmenti ġew investigati minnufih u ttieħdet l-azzjoni neċessarja fejn kien hemm bżonn. Ta min wieħed jiċċara illi dawn l-emissjonijiet kienu r-riżultat ta’ magni li kellhom bżonn tiswijiet jew inkella minn bastimenti antiki waqt l-operazzjonijiet ta’ manuvrar tagħhom, inkluż irmiġġ jew ħall mill-irmiġġ.

Birkirkara – Infrastruttura Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li saru minn Infrastruttura Malta f’Birkirkara fil-perjodu bejn l-2018 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12959 li saret mill-istess Onor. Interpellant f’Seduta 306, inżid ninformaha li Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll Triq Kanonku Karmenu Pirotta.

Ħal Lija – Infrastruttura Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li saru minn Infrastruttura Malta f’Ħal Lija fil-perjodu bejn l-2018 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12960 li saret mill-istess Onor. Interpellant f’Seduta 307, inżid ninformaha li Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll xogħlijiet fi triq ġdida fi Triq il-Mosta.

L-Iklin – Triq il-Wied – Infrastruttura Malta — xogħlijiet

Question

B'referenza għax-xogħol li qed isir minn Infrastruttura Malta fuq Triq il-Wied fl-Iklin, jista' l-Ministru jgħid: a) meta beda x-xogħol; b) meta huwa ppjanat li jitlesta; u c) fiex jikkonsisti x-xogħol li qed isir fuq din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti u bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Infrastructure Malta qed tagħmel investiment ta’ €3.5 miljun biex tibni mill-ġdid żewġ toroq ewlenin li jgħaqqdu n-Naxxar mal-Mosta, Burmarrad, l-Iklin u Birkirkara. Dawn iż-żewġ toroq, Triq San Pawl u Triq il-Wied, jgħoddu flimkien maż-żewġ kilometri u nofs (2.5 km). Fihom hemm ħafna residenzi u f’waħda minnhom, Triq San Pawl, hemm anke żona kummerċjali ewlenija tan-Naxxar. Madankollu partijiet twal minnhom tħallew fi stat ħażin ħafna għal snin twal. F’ċertu postijiet lanqas kellhom bankini jew punti ta’ qsim pedonali. Dan minkejja li ħafna persuni jużawhom ta’ kuljum biex jivvjaġaw b’mezzi differenti bejn in-Naxxar u lokalitajiet oħra fl-inħawi. Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid dawn iż-żewġ toroq biex ikunu aktar siguri kemm għar-residenti, kif ukoll għal eluf ta’ persuni li ta’ kuljum jivvjaġġaw fihom. Fi Triq il-Wied, in-niżla twila li tgħaqqad in-Naxxar mal-Iklin u mal-Bypass ta’ Birkirkara, Infrastructure Malta qed tibdel is-servizzi taħt l-art għall-ilma, drenaġġ, Internet u telekomunikazzjonijiet oħra, kif ukoll tagħmel sistema ġdida ta’ lqugħ tal-ilma tax-xita u tibni bankini ġodda f’postijiet fejn qabel ma kienx hemm ebda infrastruttura għall-mixi. Ix-xogħlijiet kollha huwa mmirat li jitlestew għall-aħħar ta’ Settembru bil-bdil tal-pedamenti u ta’ wiċċ it-triq, li bħalissa jinsabu fi stat ħażin ħafna. Din it-triq ser tinbena b’disinn ġdid li joffri aktar sigurtà għar-residenti u għal dawk li jivvjaġġaw minnha, filwaqt li joħloq żoni mħaddra li fihom Infrastructure Malta se tħawwel siġar u pjanti ġodda.

Reserved car parking spaces għal persuni b’diżabilità

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15643, jista' l-Ministru jagħti lista ta’ fejn saru l-parkeġġi fit-13-il distrett għal kull waħda mis-snin imsemmija, maqsuma lokalità b'lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Batching plants

Question

Jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament kemm hawn batching plants f'Malta u Għawdex u fejn jinsabu? Jista' jgħid jekk hemmx minnhom li m'għandhomx il-permessi skont il-Liġi biex ikunu jistgħu joperaw?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru kkonċernat.

Property Malta – rapport amministrattiv u estimi finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport amministrattiv u l-estimi finanzjarji għal kull waħda mis-snin li ilha mwaqqfa Property Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għall-mistoqsija Parlamentari Numru 15784, qed npoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra l-estimi finanzjarji għas-sena 2017. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 15192 tas-Seduta 340 għal estimi finanzjarji tal-2019. Filwaqt li nirreferih ukoll għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14581 tas-Seduta 331 għal estimi finanzjarji tal-2018 u għar-rapport amministrattiv datat f’Mejju 2020.

Reġistru tal-Artijiet – reġistrazzjonijiet pendenti tat-titoli

Question

Kwantu l-Uffiċċju Konġunt u r-reġistrazzjonijiet pendenti tat-titoli fir-Reġistru tal-Artijiet, tal-proprjetà kollha li għaddiet għand il-Gvern fis-sena 1993, jista' l-Ministru jispjega lill-Parlament jekk hux minnu li nbdiet proċedura ġdida fejn mhux qed isiru r-rikonoxximenti taċ-ċenswalisti tal-proprjetà qabel ma tkun saret ir-reġistrazzjoni tat-titolu? Jekk iva, jista' jagħti r-raġuni għal dan?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess tar-rikonoxximent sar jinvolvi ir-reġistrazzjoni tal-propjeta’ sa mill-bidu tal-proċess, minflok lejn l-aħħar. Illum il-proċess huwa aktar efficjenti, u għall-ewwel darba f’numru ta’ snin, l-Awtorità qiegħda f’pożizzjoni li tnaqqas b’mod sinifikanti mill-‘backlog’ mingħajr ma toħloq wieħed ġdid. Fix-xahar ta’ Ġunju, l-Awtorità tal-Artijiet iffinalizzat 72 rikonoxximent, li huwa kważi d-doppju tat-talbiet il-ġodda.

Ħal Qormi – Triq il-Vitorja – miżuri ta’ traffic calming

Question

Jista’ l-Ministru jimplimenta pjan serju u effikaċi ta’ miżuri ta’ traffic calming għal Triq il-Vitorja Ħal Qormi biex jevita l-periklu ta’ kuljum li qed jilmentaw minnu r-residenti? Wara li residenti lmentaw miegħi dwar il-periklu li qed joħolqu vetturi minħabba over-speeding huma u neżlin minn din it-triq, speċjalment imma mhux biss, minn Triq l-Imdina sa ħdejn il-Knisja tal-Vitorja u f’salib it-toroq ta’ bejn Triq il-Vitorja, Triq Dun Ġwakkin Schembri u Triq Ġużè Muscat Azzopardi, jista’ l-Ministru jgħid xi proposti ta’ traffic calming tressqu mill-Kunsill Lokali Qormi bl-iskop ta’ kontroll aħjar tat-traffiku f’din it-triq? Jista’ jgħid liema minnhom ġew aċċettati u liema ma ġewx? Jista’ jagħti r-raġunijiet għaliex dawk il-proposti ma ġewx aċċettati? Jista’ jgħid x’inhuma l-proposti alternattivi tal-Awtorità tat-Trasport u l-Ministeru, għall-miżuri li ma ġewx aċċettati u jista’ jgħid jinkludux sleeping policeman, speed cameras, traffic lights jew miżuri oħra? Jista’ jagħti data sa meta se jiġu implimentati l-miżuri ta’ traffc calming measures fi Triq il-Vitorja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta evalwat numru ta’ talbiet li kien hemm mill-kunsill lokali għal road humps u bollards skond il-policies tal-Awtorita’. F’din it-triq diġa hemm ukoll numru ta’ raised crossings li qed jgħinu biex titanqqas il-veloċita` fit-triq, dan flimkien ma sinjali oħrajn li jigwidaw lis-sewwieq. Madanakollu Transport Malta ser tkun qiegħda tikkomunika mal-Kunsill ta’ Hal Qormi biex tara li s-sitwazzjoni titjieb.

In-Naxxar – Infrastruttura Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li saru minn Infrastruttura Malta fin-Naxxar fil-perjodu bejn l-2018 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12956 li saret mill-istess Onor. Interpellant f’Seduta 306, inżid ninformaha li Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll link temporanja minn ħdejn ir-roundabout ġdida fi Vjal il-Labour lejn l-inħawi industrijali.

San Pawl il-Baħar – Infrastruttura Malta — toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li saru minn Infrastruttura Malta f’San Pawl il-Baħar fil-perjodu bejn l-2018 u meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 12957 li saret mill-istess Onor. Interpellant f’Seduta 306, inżid ninformaha li Infrastructure Malta din is-sena għamlet ukoll Triq il-Port Ruman, Triq Annetto Caruana, Triq l-Istamnar, Triq Nicola Ardonio u Triq Ġużeppi Despot.