San Pawl il-Baħar — Triq Sir Luigi Preziosi - Xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11252, jista' l-Ministru jgħid:
a. meta se jibda x-xogħol imsemmi;
b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u
c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin.
Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq.
Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Ix-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid se jibda fiż-żmien li ġej, aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla.
Karozzi reġistrati biex jintużaw nhar ta’ Sibt, Ħadd, festi Nazzjonali u btajjel pubbliċi
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11479 jista' l-Ministru jgħid għal kull waħda mill-vetturi li huma inklużi fil-lista mogħtija fl-imsemmija tweġiba, kemm kienet tammonta t-taxxa ta' reġistrazzjoni li ġiet imħallsa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed x’inżid mat-tweġiba numru 11479.
Marsa Junction Project – inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers — nefqa
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11478, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar servizzi relatati ma’ traduzzjoni, billboard, catering, l-armar ta’ fejn saret l-inawgurazzjoni, xogħol u l-armar tas-sound, dawl, viżwali, kameras u tagħmir kollu li kien hemm bżonn biex setgħet issir l-inawgurazzjoni tal-ewwel żewġ flyovers li jiffurmaw parti mill-Marsa Junction Project u li saret nhar l-20 ta' Settembru 2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed x’inżid mat-tweġiba numru 11478.
Transport Malta – number plates ta’ vetturi mitlufa jew misruqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet lil Transport Malta sabiex jinħarġu number plates ta’ vettura wara li dawn ġew mitlufa jew misruqa, sena b’sena, mis-sena 2008 sas-sena 2019?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, l-ammont ta’ number plates ta’ vetturi li nħargu wara li ġew mitlufa jew misruqa, sena b’sena, mis-sena 2008 sas-sena 2019 huma kif jidher fit-tabella hawn taħt;
Sena
Ammont
2008
1229
2009
1288
2010
1382
2011
1274
2012
1680
2013
1256
2014
1318
2015
1537
2016
1005
2017
1344
2018
1696
2019
1174
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura sabiex tiġi rreġistrata vettura meqjusa bħala vintage?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li l-proċedura biex vettura tiġi rreġistrata vintage hija ssegwenti:
Sid il-vettura għandu jippreżenta l-applikzzjonijiet appożita, VEH15 u VEH15A ġewwa d-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art flimkien ma’ tminn (8) ritratti riċenti tal-vettura, iċ-ċertifikat oriġinal tar-reġistrazzjoni barrani, fattura, dokument li juri meta l-vettura daħlet Malta, applikazzjoni VEH05 jekk il-vettura tkun impurtata minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropeja u ħlas amministrattiv ta’ €105.00.
Id-dokumenti kollha jiġu rriferuti lill-Kumitat għall-klassifikazzjoni tal-vetturi antiki. Il-Kumitat iqabbad wieħed mill-membri tiegħu stess biex jispezzjona l-vettura u eventwalment joħroġ rapport fuq il-kundizzjoni tagħha. Sussegwentement, ir-rapport jiġi ppreżentat lill-Kumitat.
F’dan l-istadju, il-Kumitat ikun jista’ jiddetermina jekk il-vettura tikkwalifikax bħala waħda vintage, jekk il-vettura fil-qagħda preżenti tagħha tistax toħroġ fit-triq kif ukoll jiddetermina l-valur tal-vettura li fuqu tiġi kkomputata it-taxxa tar-reġistrazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kif tiġi kklassifikata vettura jekk tkunx meqjusa vintage jew le?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li biex vettura tiġi kklassifikata vintage, sid il-vettura għandu jippreżenta l-applikazzjoni appożita, VEH15, ġewwa d-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art flimkien ma’ tminn (8) ritratti riċenti tal-vettura u ħlas amministrattiv ta’ €50.00.
L-applikazzjoni u r-ritratti jiġu rriferuti lill-Kumitat għall-klassifikazzjoni tal-vetturi antiki. F’dan l-istadju l-Kumitat jara l-file tal-vettura biex jikkonferma s-sena tal-manifattura tal-vettura u cioe’ li din għandha 30 sena jew aktar mid-data tal-manifattura. Il-Kumitat jiskrutinja r-ritratti li jkunu ġew ippreżentati mal-applikazzjoni u jekk huma jaqblu li din il-vettura hija konformi mar-regolamenti u l-linji gwida, jgħaddu biex jikklassifikaw din il-vettura bħala waħda vintage.
F’ċirkostanzi fejn il-Kumitat ikollu xi dubji biex jikklassifika vettura minn fuq ir-ritratti, huma jitolbu lill-Awtorita’ biex tikkuntattja lil sid il-vettura biex iġib il-vettura sabiex din tiġi spezzjonata fi¿ikament mill-Kumitat.
F’ċirkostanzi fejn vettura ma tiġix meqjusa li tikkwalifika bhala vintage minħabba li ma tkunx tissodisfa r-regolamenti u l-linji gwida, il-Kumitat iħejji rapport fejn jiġu elenkati l-punti li minħabba fihom il-vettura m’hijiex qed titqies li tikkwalifika u l-istess rapport jiġi mibgħut lil sid il-vettura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn VRT stations liċenzjati fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, fil-preżent hawn 36-il stazzjon tal-VRT li għandhom liċenzja attiva mal-Aworità ta Transport.
Jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-lokalitajiet li fihom jinsabu l-VRT stations, skont in-numru f’kull lokalità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, illi l-istazzjonijiet tal-VRT liċenzjati u l-lokalitajiet fejn dawn jinsabu f’Malta u Għawdex huma dawk li jidhru fil-lista li ġejja:
MALTA
Ħ'Attard
1
Burmarrad
1
Il-Għargħur
1
Il-Gżira
1
Ħal Lija
2
Ħal Luqa
1
Il-Mellieħa
1
Il-Mosta
1
L-Imrieħel
2
In-Naxxar
1
Ħal Qormi
4
Ir-Rabat
1
San Pawl il-Baħar
1
San Ġwann
2
Santa Venera
2
Is-Siġġiewi
1
Tas-Sliema
1
Ħaż-Żabbar
1
Ħaż-Żebbuġ (Malta)
1
Iż-Żejtun
3
Iż-Żurrieq
1
GĦAWDEX
Ir-Rabat (Għawdex)
2
Ix-Xagħra
1
Ix-Xewkija
3
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għal VRT stations mis-sena 2014 sal-lum, sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, mis-sena 2014 sal-lum l-Awtorità ħarġet liċenzja waħda li tista’ titqies bħala ġdida. Fis-sena 2019 b’akkoljiment ta’ applikazzjoni li kienet saret fis-sena 2001, liema applikazzjoni kienet oriġinarjament miċħuda iżda dik id-deċiżjoni ġiet riformata mill-Awtorità għal raġunijiet validi fil-liġi.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-fuljett bl-isem "Marsa Junction Project" maħruġ mill-Aġenzija għal Infrastruttura Malta u li ġie mqassam fid-djar f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġie mqassam bieb bieb l-imsemmi fuljett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Marsa Junction Project jinkludi l-iżvilupp ta' multi-level intersection b'seba' strutturi ta' flyovers u aktar minn 12-il kilometru ta’ korsiji ġodda li se jgħaddu b’mod separat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti biex joħolqu konnessjonijiet diretti kemm lejn it-tramuntana kif ukoll lejn in-nofsinhar bejn it-toroq arterjali li jingħaqdu fil-ħolqa ewlenija tat-trasport ta' pajjiżna, fl-inħawi taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, bejn il-Marsa, Raħal Ġdid u Santa Luċija. B’hekk se jispiċċaw it-traffic lights u l-ħin ta’ stennija żejjed li jikkawżaw fir-rotta prinċipali minn u lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Ser jonqsu wkoll ir-riskji ta' aċċidenti f'din iż-żona li minnha jivvjaġġaw aktar minn 100,000 persuna kuljum. Ser jitnaqqsu anke l-emissjonijiet ikkaġunati mill-konġestjoni fil-Marsa u lokalitajiet oħrajn fil-madwar. Permezz ta' dan il-proġett se jiġu introdotti wkoll faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi ta’ trasport, fosthom bankini u korsiji għar-roti, pontijiet għall-mixi, waqfiet u korsiji għall-karozzi tal-linja, żona ta’ park and ride u żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti, fost infrastruttura oħra ġdida.
L-ewwel żewġ fażijiet ta' dan il-proġett, li kienu jinkludu fost oħrajn il-bini mill-ġdid ta' Triq il-Gvern Lokali u l-bini mill-ġdid u t-twessigħ ta' Triq Aldo Moro għal 10 korsiji, tlestew fl-2018. Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq it-tielet fażi, li tinkludi l-bini tal-flyovers u l-faċilitajiet u l-istrutturi kollha ippjanati għat-titjib ta' dawn l-inħawi. F'Settembru li għadda bdew jintużaw l-ewwel żewġ strutturi ta' flyovers. Għadna kif ħabbarna li erba' oħra se jitlestew sal-aħħar ta' Marzu li ġej. L-aħħar flyover tinfetaħ sa' Ġunju, waqt li l-proġett kollu jitlesta sal-aħħar tas-sena 2020.
Dan l-investiment huwa kofinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-Unjoni Ewropea.
Il-fuljett edukattiv indikat qed jitqassam minn Infrasructure Malta f'Malta u Għawdex, kif iddikjarat fil-mistoqsija stess. Il-fuljett jikkonsisti minn mappa dettaljata ta' kif ser ikunu r-rotot ewlenin ġodda li qed jiġu żviluppati b'dan il-proġett, kif ukoll dettalji dwar il-faċilitajiet ġodda li se jintroduċi, fosthom korsiji għar-roti, passaġġi u pontijiet għall-mixi, sistemi ta' park and ride u aktar. B'hekk, aktar minn 100,000 persuna li ta' kuljum jivvjaġġaw minn din ir-rotta jkollhom gwida aktar ċara biex jiffamiljarizzaw ruħhom sew dwar kif ser jinbidlu r-rotot f'dawn l-inħawi. Dan it-tagħrif huwa importanti sabiex inaqqas id-diffikultajiet li jista' jkun hemm sakemm jindraw il-korsiji l-ġodda ta' din il-multi-level intersection li s'issa m'hawnx bħala f'Malta. Fl-istess waqt, din il-pubblikazzjoni tifforma parti mill-obbligi li Infrastructure Malta għandha bħala parti mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta' dan l-akbar proġett li qatt twettaq fit-toroq Maltin. Id-disinn, stampar u tqassim tal-fuljett jiswew €9,000, VAT eskluża.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11242, jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol ta' terzi li qed iżomm ix-xogħlijiet fi Triq it-Tamar f'San Pawl il-Baħar milli jitkomplew u jitlestew?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol huwa żvilupp ta’ proprjetà privata li qabel jitlesta ma jistax jitkompla x-xogħol fit-triq indikata.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11243, jista' l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol;
b. x'tip ta' xogħol sar; u
c. meta tlesta x-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin.
Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq.
Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Ix-xogħlijiet biex it-triq indikata nbniet mill-ġdid bdew aktar kmieni din is-sena u tlestew fix-xhur ta’ wara.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11244, jista' l-Ministru jgħid meta se jkompli dan ix-xogħol u meta hu ppjanat li jitlesta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt ix-xogħol fit-triq indikata jkun jista’ jibda wara li jitlestew xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art li jridu jsiru minn entitajiet terzi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11245, jista' l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol;
b. x'tip ta' xogħol sar; u
c. meta tlesta x-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin.
Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq.
Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Ix-xogħlijiet biex it-triq indikata nbniet mill-ġdid bdew aktar kmieni din is-sena u tlestew fix-xhur ta’ wara.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11246, jista' l-Ministru jgħid:
a. meta se jibda x-xogħol imsemmi;
b. x'se jkun ix-xogħol li se jsir; u
c. meta se jkun konkluż dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin.
Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq.
Meta kollox ikun ippjanat, Infrastructure Malta tibda billi tħaffer it-trinek biex tibdel dawn is-servizzi, skont il-ħtieġa. Imbagħad isir il-bini mill-ġdid jew tiswijiet tal-bankini, skont f’liema stat ikunu. Isiru wkoll testijiet tal-pedamenti ta’ kull triq. Fejn jinstab li huma dgħajfin wisq, jinqalgħu u jsiru mill-ġdid. B’hekk, meta fl-aħħar isir il-wiċċ b’asfalt ġdid, ikun jista’ jservi aktar fit-tul. It-toroq imbagħad jitlestew bis-sistemi ta’ saħħa u sigurtà skont il-ħtieġa, sinjali u marki tat-triq u faċilitajiet oħrajn.
Ix-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid se jibda fiż-żmien li ġej, aktar tard din is-sena jew is-sena d-dieħla.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11247, jista' l-Ministru jgħid:

Ministeru għat-Trasport, Infrasturttura u Proġetti Kapitali — servizz ta' kumpanija għal microtargeting
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu użatx is-servizzi tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal microtargeting mill-2013 sal-lum? Jekk iva, meta u għalxiex?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maħruġa permessi għal “Y plate” kull sena bejn is-sena 2008 u s-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport, li mis-sena 2008 sas-sena 2018 ħarġu 296 permess bil- Y plate. It-tabel annessa turi kemm ħarġu kull sena rispettivament.
Sena
Numru ta’ permessi
2008
33
2009
20
2010
10
2011
8
2012
11
2013
18
2014
20
2015
33
2016
21
2017
31
2018
91
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11230, jista' l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol;
b. fiex jikkonsisti dan ix-xogħol; u
c. meta hu ppjanar li se jispiċċa?
Response (BORG, IAN)
Kif diġà spjegajt il-maġġoranza tax-xogħol biex it-triq indikata tinbena mill-ġdid beda u tlesta aktar kmieni din is-sena, u fadal biss parti minnha li tkun tista’ ssir meta jitlestew xogħlijiet ta’ restawr li jridu jsiru minn terzi f’binja storika li hemm fl-istess triq.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11231, jista' l-Ministru jgħid: