Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ uffiċċju jew sular tal-quad towers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu laħaqx innegozja jew qed jinnegozja xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru tiegħi u d-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru ma tawx jew innegozjaw xi ftehim ta’ kiri jew xiri ta’ xi uffiċċju jew sular tal-quad towers.
Pazjenti morda bil-kanċer – sick leave – għajnuna mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22411 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk fil-każijiet ta’ pazjenti morda bil-kanċer, hijiex tingħata l-għajnuna li kienet imwiegħda fil-budget tal-2019 lill-pazjenti tal-kanċer f’każ li minħabba l-kura li jkunu qed jieħdu fit-tul, bħalma hi l-chemo, dawn il-pazjenti jispiċċalhom is-sick leave? Il-wegħda tal-2019 kienet tgħid li l-Gvern ser jagħmel tajjeb għas-sick leave hu, għal ħaddiema li jispiċċalhom is-sick leave.
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-miżura imsemmija minnu, imwiegħda fil-baġit tas-sena 2020 daħlet fis-seħħ minn Jannar 2020 u sallum ibbenefikaw minna 27 persuna fis-sena 2020 u 14 matul l-2021, sax-xahar li qed tkun imwieġba din l-interpellanza.
Nirrimarka ukoll li, fl-istess baġit tal-2020, issemmiet ukoll miżura oħra simili, immirata għal persuni li jbatu bil-kundizzjoni tal-fibromyalgia. B’din l-miżura, sal-lum ibbenefikaw 11 il-persuna fis-sena 2020 u 7 persuni fis-sena matul l-2021 sad-data li qed tkun imwieġba din l-interpellanza.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22410, 21989 u 22049 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21913, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta' pajjiżna tad-Droga?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta, tirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 22410.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21054 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru tiegħi ma tax u ma għandux kuntratti ta’ konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni.
Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunita’: Ċentri ta’ Riżorsi tal-Familja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità humiex sejrin iwaqqfu aktar Ċentri ta’ Riżorsi tal-Familja f’pajjiżna? Jekk iva, fejn se jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri u meta se jitwaqqfu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-mira aħħarija ta’ dan l-Ministeru hija li l-Fondazzjoni jkollha preżenza on the ground f’kull lokalità premezz ta’ Ċentri minn fejn jingħataw is-servizzi lil kull min jiġi bżonnhom. Dan billi l-ħidma matul is-snin uriet li aktar ma nkunu qrib in-nies u ngħinuhom fil-mument tal-bżonn, aktar nkunu qed nipprevjenu milli jikbru l-problemi soċjali fil-kommunitajiet.
Biex jintlaħaq dan il-għan hemm bżonn ta’ 3 għodod importanti ħafna; finanzi, uffiċini adegwati u finalment ir-riżorsi umani. L-akbar sfida, filfatt, qiegħda tkun li nsibu biżżejjed riżorsi umani, hekk kif bħalma qed jiġri fil-bqija tal-Ewropa u partijiet oħra tad-dinja, mhux qed jiggradwaw biżżejjed professjonisti fil-qasam soċjali/komunitarju.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21989 u 22049 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21913, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta' pajjiżna tad-Droga?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onoroveli interpellanta li kien hemm progress fil-ġbir ta’ informazzjoni, minkejja dan il-proċess għadu mhux konkluż. Għaldaqstant tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21989 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21913, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-Politika Nazzjonali l-ġdida ta' pajjiżna tad-Droga?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-proċess ta’ ġbir ta’ informazzjoni għadu għaddej. Għaldaqstant din it-tweġiba se tingħata aktar tard.
Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21984, jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari u jgħid liema huma d-drogi u s-sustanzi li huma l-vizzji ewlenin ta' dawn iż-żgħażagħ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari li qed tirreferi għalija ġiet imwieġba fi 12 ta’ Lulju 2021 fil-mistoqsija parlamentari 21984.
Fiċ- Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall -Adoloxenti, il-programm se jkun ikoppri għal kull tip ta’ droga u sustanza, skont l-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi li Ċentru jiltaqa’ magħhom.
Jista’ l-Ministru jindika x’inhuma r-responsabilitajiet li għandu l-Kumitat għat-Tisħiħ tal-Familja? Min huma l-membri f’dan il-Kumitat? X’rakkomandazzjonijiet għamlu minn mindu twaqqfet biex tissaħħaħ il-familja Maltija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Kummissjoni Tisħiħ Familja huwa kumitat illi xogħolu huwa li jara t-tibdil fis-soċjetà u kif dan jaffettwa lill-familji.
Il-Kumitat preżenti huwa kompost kif jidher hawn taħt:
Chairperson:
Sur Joe Gerada
Viċi Chairperson:
Sa Rita Law
Membri:
Dr Andrew Azzopardi
Sa Claudia Cuschieri
Dr Diane Galea
Sa Antoinette Vassallo
Sur Max Zammit
Segretarja:
Sa Mary Grace Gauci
F’dawn l-aħħar snin, il-Kumitat kien irrakkomanda diversi miżuri fosthom li:
- ninkoraġixxu xoghol “blended” biex jgħati ċans akbar lill-ħaddiema speċjalment nisa biex jlaħħqu kemm mar-responsabiltajiet tax-xogħol u anki dawk tal-familja,
- ingħatat Informazzjoni kontinwa dwar il-miżuri u skemi li jgħinu l-familji jintegraw aħjar ir-responsabiltajiet tax-xogħol u tal-familja,
- ġie imbuttat ir-reviżjoni tal-benefiċċju tal-paternal leave għal aktar involviment tal-missierijiet fit-trobbija tat-tfal u anki fid-dawl tal-izviluppi tal-politika tal-Unjoni Ewropea.
Dawn ir-rakkommandazzjonijiet harġu wara l-istudju li kienet għamlet l-Universita’ ta’ Malta imsejjaħ “A scoping review of the current family-friendly practices in Malta”.
Rakkomandazzjoni oħra kienet dik dwar il-bżonn li jitwessa’ is-servizz tal-helpline 179, b’mod partikolari biex tingħata aktar informazzjoni dwar benefiċċji u servizzi ta’ appoġġ soċjali u anki fid-dawl tas-sitwazzjoni li ġabet magħha l-COVID 19 fejn aktar nies ħassewhom waħedhom.
Il-Kumitat ħadem b’mod intensiv għal żmien twil ma’ grupp ta’ esperti li evalwaw l-implikazzjonijiet tas-sitwazzjoni tal-COVID 19 fuq il-qasam soċjali u ħarġu b’rakkommandazzjonijiet varji f’rapport li kien ippreżentat f’Awwissu tas-sena 2020.
L-aħħar inizjattiva tal-Kumitat kienet il-kampanja “Noħloq il-ferħ” f’2021 li kienet intenzjonata li tinkoraġġixxi relazzjonijiet aktar b’saħħithom fil-familji. Din il-kampanija li kienet mifruxa fuq perijodu ta’ xahrejn, ipproduċiet 3 filmati ta għarfien, dwar relazzjonijiet b’saħħithom anki bejn koppji separati u bit-tfal, kif ukoll dwar relazzjonijiet b’saħħithom fil-konfront tal-anzjani.
Rapport Annwali tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15583, jista’ l-Ministru jindika fiex kienu jikkonsistu in-nuqqasijiet imsemmija mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali u f’liema postijiet kienu dawn in-nuqqasijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministeru kkonċernat.
Early Retirement – emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali
Question
In vista tal-fatt li persuni li joħorġu minn fuq il-post tax xogħol bl-'Early Retirement' qabel ma jilħqu l-pension age, skont skeda tal-kumpanija, bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni u għalhekk persuna li tingħata 'early retirement' ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it 3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, għaldaqstant, jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir emenda fil-liġijiet tas-Sigurtà Soċjali biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu xorta b'xogħol iddikjarat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma hemm xejn fl-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali li jipprekludi persuna milli taħdem qabel l-eta’ ta’ 61 sena jew qabel/wara l-età tal-
irtirar.
Jista’ jagħti l-każ li dak li qed isemmi l-Onor. Interpellant ġej mill-kundizzjonijiet ta’ xi skema jew skemi ta’ Early Retirement, liema kundizzjonijiet isiru minn min joffrihom.
Kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali — kalkolu tal-pensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm każ fejn il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għall-kalkolu tal-pensjoni inkludietx ukoll is-snin taħt it-18-il sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bis-saħħa ta’ miżura tal-baġit li daħlet fis-seħħ f’Jannar 2021, il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali ta’ qabel id-19-il sena għal dawk il-persuni li twieldu qabel il-31 ta’ Diċembru 1961, jiġu inklużi fil-kalkoli tal-pensjoni tagħhom, jekk bil-kontribuzzjonijiet ta’ wara d-19-il sena ma jkunux eliġibbli għal pensjoni kontributorja.
In-numru ta’ persuni li bbenefikaw minn din il-miżura sa issa huwa ta’ 850.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara għala l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minn Raħal Ġdid ġiet infurmata mid-DSS li l-għajnuna medika tagħha u l-pensjoni ta’ età twaqqfulha b’avviż tas-17 ta’ Mejju 2021 sempliċement għax id-depożiti fil-bank qabbżu l-limitu stabbilit mil-Liġi u dan unikament ghax ilha ġewwa mis-sena l-oħra minħabba l-COVID bil-konsegwenza li kull benefiċċju soċjali ġie depożitat u m’għamlet ebda withdrawal of funds? Għaliex għandha tkun ikkastigata pensjonanta anzjana marida li għamlet sena u nofs ġewwa u ma nefqitx flus?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Benefiċċji mhux Kontributorji, f’dan il-każ il-Pensjoni tal-Età u l-Għajnuna Medika huma Means Tested u għalhekk dawn il-benefiċċji jitwaqqfu awtomatikament mis-sistema meta l-Kapital jeċċedi l-iskala. Is-sistema ma tagħhrafx ir-raġuni għala żdied il-kapital. Għalhekk sta għall-benefiċċjarju li jiġġustifika dan.
Każi ġenwini fejn il-kapital eċċeda għaliex kien hemm ċirkustanzi simili għal dak imsemmi fil-PQ tiegħek ġew trattati għalihom wara li sar l-iskrutinju meħtieġ u l-pagamenti reġgħu inħarġu mingħajr tnaqqis.
Ninfurmak illi l-każ tas-sinjura qed jiġi trattat bl-istess mod u hi se tirċievi risposta fil-ġranet li ġejjin.
Jista’ l-Ministru ġentilment jara jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li minħabba l-kundizzjoni medika tiegħu u li huwa pensjonant għandu iktar minn €150 kull xahar spejjeż ta’ mediċina, (u jeħtieġ anti pain medicine li ma jiflaħx jixtri) apparti l-ispejjeż ta’ ħlas tal-home li fiha jinsab (Dar l-Annunzjata, Tarxien), huwiex jew jistax ikun intitolat għal xi għajnuna supplementari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li minħabba l-protezzjoni tad-data ma nistax nagħti informazzjoni fuq is-sinjur imsemmi.
Bħala informazzjoni ġenerali, sabiex persuna tikkwalifika għall-Għajnuna Supplimentari ma jridx ikollha dħul iżjed minn €14,058 fis-sena.
Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21914 u ċjoè: B’referenza għall-istqarrija PR 211221 “Viċin li jinfetaħ iċ-ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall-adolexxenti f’Tal-Ibwar” li ħarġet fis-26 ta’ Ġunju, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm adoloxxenti li qed jistennew biex jidħlu f’dan iċ-ċentru? Jista’ jgħid ukoll liema huma d-drogi u s-sustanzi li huma l-vizzju ewlieni ta’ dawn iż-żgħażagħ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minbarra 4 persuni li bħalissa diġà jinsabu fi programm residenzjali temporanju tal-Caritas, b’kollox bħalissa hemm 3 persuni fuq il-lista tal-istess Caritas li qed jistennew biex jidħlu fis-servizz residenzjali taċ-ċentru meta jibda jopera minn tal-Ibwar. Barra minn hekk hemm 6 persuni oħra li qed jiġu assessjati.
Minn naħa tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjalo (FSWS), minbarra 4 persuni li bħalissa qed jagħmlu l-programm u 2 persuni li ġew allokati key worker, hemm 2 persuni oħra li qed jiġu assessjati.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa kapitali totali għall-bini u l-attrezzar ta’ dan iċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti gewwa tal-Ibwar, li se jkun immexxi mill-Caritas, mistennija tilħaq it-€3.8 miljuni, u qed issir kollha mill-Gvern. In-nefqa rikkurrenti tiegħu ukoll se tkun iffinanzjata totalment mill-Gvern permezz ta’ vot ta’ madwar miljun ewro fis-sena.
Dan iċ-Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni mid-Droga għall-Adolexxenti, se jkun qied jieħu 14-il resident u 10 addoloxxent ghal matul il-jum. Il-programm se jkun ikoppri ghal kull tip ta’ droga