Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva – Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Proċeduri relatati mal-għajnejn - Lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni fuq il-lista ta’ stennija għall-proċeduri relatati mal-għajnejn u jagħti n-numru skont it-tip ta’ proċeduri?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kartuna r-roża - Mediċini

Question

Fid-dawl li l-mediċina li tista’ tinġieb bil-kartuna r-roża (free medical aid) hija limitata u ħafna persuni xorta jkollhom jixtru l-mediċina minkejja d-dħul baxx tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm mediċina out of stock li tista’ tinġieb bil-free medical aid?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-istokk ta l-unika mediċina li ma kinitx dissponibli wasal u hu pjanat li jitqassam fil-ġranet li ġejjin.

Medical Advice Helpline 1440 - Telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru telefonati fuq il-Medical Advice Helpline 1440 matul is-sena 2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru tal-linja li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta hawn fuq, ma japartjeni mal-ebda servizz li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħi.

Servizz tas-saħħa bla ħlas

Question

Fid-dawl li l-popolazzjoni ta’ Malta qed tgħix ħajja itwal, jista’ l-Ministru jgħid xi strateġija qed jaddotta l-Gvern biex jiżgura li s-servizz tas-saħħa jibqa’ sostenibbli u bla ħlas minn min qed juża s-servizz?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern introduċa diversi miżuri fl-Istrateġiji Nazzjonali tiegħu biex jiżgura li s-servizzi tas-saħħa jibqgħu sostenibbli u aċċessibbli għal kulħadd, minkejja iż-żieda fil-persentaġġ ta’ l-anzjani fil-popolazzjoni Maltija.

Kuntratt tal-isptarijiet - Obbligi pendenti ta’ pagamenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux obbligi pendenti ta’ pagamenti taħt xi sub-kuntratti ma’ kumpaniji Maltin li kienu qed jaħdmu taħt il-kuntratt ewlieni tal-isptarijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 32963.

Kuntratt tal-isptarijiet - Kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk hemmx xi kumpaniji lokali li ma qablux li jirċievu ħlas jew li ċaħdu ħlasijiet bħala parti minn ftehim jew arranġament finanzjarju fil-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 32963.

Kuntratt tal-isptarijiet - Valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Ministeru għandux stima ta’ kemm jista’ jkun il-valur ta’ ħlasijiet li għadhom mistennija lill-kumpaniji li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-isptarijiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-PQ 32963.

Segretarjat għall-Anzjanità Attiva – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34165 u 34620 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ infiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Każ dwar ħanut bi prodotti tas-CBD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet taħt id-dekasteru tiegħu sarux jafu u/jew ivvalutawx il-każ dwar ħanut relatat ma’ prodotti tas-CBD li kien se jiftaħ ħdejn/kontra skola? Jista’ wkoll jindika: i.          x’tip ta’ prodotti kienu maħsuba li jinbiegħu; ii.         jekk kienx hemm prodotti b’THC anke f’ammonti minimi; iii.        jekk sarux pretensjonijiet ta’ natura medika jew “health claims”; u iv.        x’azzjonijiet ta’ konformità ttieħdu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor, Interpellant li dawn it-tip ta' ħwienet mgħandhomx bżonn awtorizzazzjoni mid-dipartiment tas-saħħa.

Saħħa sesswali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi mnedija l-politika dwar is-saħħa sesswali b’mod ħolistiku?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

L-Istrateġija Nazzjonali dwar is-Saħħa Sesswali 2025–2030 ġiet ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika u rċeviet rispons estensiv minn diversi organizzazzjonijiet, entitajiet u individwi. Dan ir-rispons inġabar, ġie analizzat fid-dettall u, abbażi tiegħu, l-istrateġija ġiet aġġornata sabiex tirrifletti aħjar approċċ ħolistiku u bbażat fuq evidenza xjentifika. Din l-istrateġija aġġornata se tiġi ppubblikata fiż-żmien li ġej. Sadanittant, diversi inizjattivi diġà ġew imsaħħa u oħrajn ġew imnedija bħala parti mill-impenn tal-Gvern favur is-saħħa sesswali, fosthom il-provvista b’xejn tal-PEP u l-PrEP, flimkien ma’ miżuri oħra ta’ prevenzjoni, edukazzjoni u aċċess għas-servizzi tas-saħħa.