Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Mater Dei — Outpatients

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti data meta ser ikun qed jopera l-outpatients blokk il-ġdid fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 13153.

Sptar Mater Dei – Parkeġġ ġdid għall-istaff

Question

Fid-dawl li ġimgħa ilu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa semma l-parkeġġ il-ġdid għal-istaff f'Mater Dei waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, jista’ jgħid fejn qed isir il-parkeġġ il-ġdid?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett jikkonsisti fi tliet parkeġġi, u wieħed minnhom jinsab lest biswit id-dipartiment tal-emerġenza.

Sexual Health Policy – Pjan u Spiża

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-pjan tas-sexual health policy u kemm hi l-ispiża stmata għaliha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-policy li semma hu se tkun ppublikata għal perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika fil-gimgħat li ġejjin.

Sptar Mater Dei – Żieda ta’ teatri tal-operazzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jiżdiedu t-teatri tal-operazzjonijiet f'Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fic-Ċentru Reġjonali Vincent Moran li se jinfetaħ fl-ewwel xhur tas-sena l-ġdida se jkun hemm numru ta’ swali tal-operazzjonijiet ġodda u addizzjonali.

Sptar Mater Dei – Pjan biex jitnaqqsu l-listi ta’ stennija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhu l-pjan biex jitnaqqsu l-waiting lists fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm numru ta inizjattivi sabiex ikomplu jitnaqqsu l-waiting lists fl-Isptar Mater Dei. Fosthom hemm: Operazzjonijiet li jsiru fil-Ħdud Outsourcing sħiħ ta’ proceduri minuri u intermedjarji fis-settur privat li jhallas ghalihom Il-gvern Outsourcing sħiħ ta’ operazzjonijiet maġġuri Outsourcing parzjali tal-proċeduri kollha Kiri ta’ theatres fis-settur privat Swali tal-operazzjonijiet godda fix-Centru Vincent Moran

Tibdil fid-ditti tal-mediċini

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema ditti ta’ mediċini li jġib il-Gvern inbidlu matul is-sena 2022 u l-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jgħid għalfejn regolarment ikun hemm tibdil fid-ditti tal-mediċini?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dipartiment jipprokura skont l-ispeċifikazzjonijiet ġeneriċi indipendenti mill-marka. . F'każijiet fejn il-fornitur jonqos milli jikkonsenja l-ordni, issir ordni urġenti u proċess ġdid jista' jirriżulta f'bidla fil-marka.

Ministeru għas-Saħħa — Konsulenti

Question

B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 12484 u 12784, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-konsulenti ingaġġati, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda minnhom rispettivament?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 12484.

Sptar Mater Dei – Spiżjara u Pharmacy Technicians

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm spiżjara u/jew pharmacy technicians li għalqu s-60 sena u li għalqu l-61 sena fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm minnhom li qegħdin fuq “long sick leave”?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Mater Dei hemm 5 Senior Pharmacy Technicians u 1 Principal Pharmacy Technician li għalqu 60 sena. Hemm 1 Senior Pharmacy Technician li qiegħed fuq long sick leave.

Baġit 2024 — Medical School

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser titlesta l-Medical School sabiex tibda tilqa’ fiha l-istudenti tal-Mediċina u tal-Health Sciences? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm flus allokati għal dan il-proġett fil-Baġit 2024?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Sptar Karin Grech — Standard operating procedures

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk fi żmien li l-Isptar Karin Grech kien taħt it-tmexxija ta’ Vitals Global Healthcare (VGH) u Steward inżammux l-istess standard operating procedures bħalma jsir fi sptarijiet oħra li huma immexxija mill-Gvern? Jista’ jgħid ukoll jekk record keeping u statistika humiex aġġornati fis-servizzi kollha offruti fl-Isptar Karin Grech?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fi żmien li l-isptar Karin Grech kien taħt it-tmexxija ta’ Vitals Global Healthcare u Steward inżammu l-istess standard operating procedures bħalma jsir fi sptarijiet oħra li huma immexxija mill-Gvern.

Sptar Mater Dei — Canteen

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru għas-Saħħa jgħid meta l-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei se jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-canteen li ttieħdetilhom biex saret ward?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ser isir xogħol sabiex ikun ippublikat tender sabiex jinbena canteen ġdid.

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali – ilment minn residenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12313 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u ċjoè: B’referenza għal ilment li sar erba’ xhur ilu minn numru ta’ residenti lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali (Sanità) bit-tracking number 2351/2023, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-ilment u t-tweġiba għalih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali jieħu l-passi skont il-liġi meta jiġi mgħarraf mill-Agenzija kompetenti li l-livell ta’ ċertu sustanzi fl-arja ikunu qabżu l-livelli aċċettabli.

Binja tal-Acute Mental Hospital ġdid — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tal-binja tal-Acute Mental Hospital ġdid, li kien imwiegħed sena wara sena fil-baġits u minħabba li fil-baġit ta’ din is-sena lanqas issemma u ma jidhrux flus ta' investiment kapitali għalih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-fatt fil-baġit ta’ din is-sena hemm line item bil-vot ta’ tliet miljun, sitt mija u sittin elf Euro bit-titlu Acute Psychiatric Hospital. Ninformaħ ukoll illi ħaddejjin diskussjonijiet għall-użu ta’ fondi Ewropej f’dan il-proġett.

Binja tal-Mother and Baby Clinic/centre/hospital ġdid — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tal-binja tal-Mother and Baby Clinic/centre/hospital ġdid, li kien imwiegħed qrib Mater Dei għal diversi snin, minħabba li fil-baġit ta’ din is-sena lanqas issemma u ma jidhrux flus ta' investiment kapitali għalih?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13153.

Proġett tar-robotika — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tar-robotika, minħabba li fil-baġit ta’ din is-sena lanqas issemma u ma jidhrux flus ta' investiment kapitali (budget item 7402)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-investiment kapitali fuq dan il-proġett diġà sar.

Infectious Disease Unit — Iffinanzjar

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kif ser jiffinanzja l-proġett tal-Infectious Disease Unit, minħabba li fil-baġit ta' din is-sena ma jidhrux flus ta' investiment kapitali (budget item 7402)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett tal-High Degree Isolation Unit (Infectious Disease) tlesta fl-2021.

Baġit 2024 — End of Life Equipment

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex naqqas il-baġit bħala investiment kapitali 'end of life equipment' (budget item 7402) minn 3 miljuni għal 2 miljuni fis-sena? Jista' jgħid ukoll fiex ser ikun qed jonfoq dawn il-flus?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi nvestiment fuq apparat mediku li jkun wasal għal End of Life huwa investiment kontinwu u ħafna minnu sar fis-snin li għaddew.

Settur tas-saħħa — Tnaqqis ta’ investiment

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex l-investiment kapitali fis-settur tas-saħħa naqas minn €4,670,000 għal €2,060,000?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-vott kapitali fis-settur tas-saħħa din is-sena huwa wieħed rekord ta’ €81 miljun.

Kawżi ta’ mwiet f’Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11788, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istatistika ta’ mwiet għas-sena 2022 issa li din is-sena qed toqrob lejn tmiemha?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11788.

Ministeru għas-Saħħa — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 184.