Legislature:
Category:
Reset
Active:

Is-Siġġiewi — Salib tal-Għolja - Kappella tal-Lunzjata - Xogħol ta’ restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol ta’ restawr u konsolidazzjoni fil-Kappella tal-Lunzjata (fuq l-għolja tas-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi) mid-Direttorat tar-Restawr, kemm kien twil il-perjodu tal-eżekuzzjoni tax-xogħol skont il-kuntratt iffirmat mal-kuntrattur u meta ser jitlesta x-xogħol in kwistjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ix-Xogħol ta’ restawr fuq il-Kappella tal-Lunzjata u ta’ konsolidazzjoni tal-blat sottostanti beda f’Ottubru tal-2023. Oriġinarjament, skont kif previst fis-sejħa għall-offerti, il-perjodu tal-eżekuzzjoni tax-xogħol kien ta’ sena. F’Ottubru 2024, minħabba fatturi li żviluppaw waqt it-twettiq tax-xogħol li kienu jinkludi sejbiet ta’ valur arkaeoloġiku; bżonn ta’ reviżjoni fid-disinn u xogħol addizzjonali meħtieġ minħabba fatturi strutturali oriġinarjament moħbija; ġranet li fihom ma setax jitwettaq xogħol minħabba l-maltemp u n-natura esposta tas-sit eċċ, ġie ffirmat addendum għall-kuntratt oriġinali u l-perjodu tal-eżekuzzjoni tax-xogħol ġie estiż għal Lulju 2025. Fil-preżent, għal raġunijiet simili, qed jiġi kkunsidrat il-bżonn li l-perjodu tal-eżekuzzjoni jiġi estiż ulterjorment.

Ħal Qormi — Kolleġġjata ta' San Ġorġ – Xogħlijiet ta’ restawr fuq iz-zuntier

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet ta' restawr meħtieġa fuq iz-zuntier tal-Kolleġġjata ta' San Ġorġ, f'Ħal Qormi mill-iktar fis, sabiex jitneħħa l-periklu kif ukoll biex jiġi ppreservat il-wirt storiku tal-Qriema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-restawr taċ-ċint ta’ maz-zuntier tal-Kolleġjata ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi huwa wieħed mill-proġetti magħżula taħt l-iSkema tar-Restawr għall-Kunsilli Lokali 2024-25 u li ser jitwettqu mid-Dipartiment tar-Restawr u Preservazzjoni. Investigazzjonijiet preliminari ma jindikawx periklu imminenti u dawn ix-xogħolijiet huma ipprogrammati li jitwettqu fl-2026 sabiex dan il-patrimonju jiġi mħares ukoll.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Rigali u donazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ħal Tarxien — Triq Paola - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex ser isiru x’xogħlijiet neċessarji fi Triq Paola, f’Ħal Tarxien billi tidher ċar li qiegħda taqa’ u ċċedi biċċa biċċa?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk — Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li matul is-snin imsemmija ma ppubblika l-ebda rivista minħabba li juża mezzi oħra biex ixerred l-informazzjoni.

Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn — Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ l-pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ma ppubblikax rivisti bejn l-2021 u l-2024 minħabba li juża mezzi oħra biex ixerred l-informazzjoni.

Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq — Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq ma ħareġ l-ebda rivista bejn l-2021 u l-2024 minħabba li juża mezzi oħra biex ixerred l-informazzjoni.

Ix-Xewkija, Għawdex — Triq Ta’ Ġokk - Playing field

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25764 dwar manutenzjoni, inkluż tal-ġnien li hemm fil-playing field, fi Triq Ta’ Ġokk, fix-Xewkija Għawdex, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kunsill Lokali, peress li kien ġie mwieġeb li huwa mistenni li “x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u rinnovar tas-sit imsemmi jitlesta sa Frar 2026 u s-sejħiet għall-offerti għax-xogħlijiet relatati jinsabu fi stadju avvanzat”, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra site plan ta’ fejn se jsir ix-xogħol ta’ manutenzjoni u rinnovar ta’ dan il-ġnien u l-playing field?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-site plan mitluba.

Ħ’Attard — Każin La Stella Levantina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex il-binja tal-Każin La Stella Levantina f'Ħ'Attard, tgħaddi għand il-Kumitat tas-Soċjetà wara li l-Gvern xtara dan il-każin mingħand is-sidien tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti akkwista l-binja msemmija li bħalissa tintuża minn Każin La Stella Levantina bħala parti mill-impenn kontinwu tiegħu biex jipproteġi l-futur tal-każini tal-banda fil-lokalita’ ta’ Ħ’Attard, kien għaliex il-Gvern għaraf li għaqdiet bħal Każin inkwistjoni għandhom rwol essenzjali fil-fibra kulturali u soċjali ta’ pajjiżna. Dan l-akkwist sar abbażi ta’ politika tal-Gvern sabiex ipprevjena r-riskju ta’ żgumbrament tal-każini tal-banda u żgura s-sostenibbiltà ta’ l-attività tagħhom fit-tul. Wieħed tajjeb jinforma lill-Membri ta’ din il-kamra li bħalissa, il-Gvern qed jaħdem sabiex jikkonkludi l-arranġamenti tal-kirijiet rigwardanti għal din il-proprjetà kif ukoll għal kull binja li ġiet salvata minn riskju ta’ żgumbramet simili, dan sabiex il-każini tal-banda jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu fil-komunitajiet tagħhom. It-termini tal-kiri se jiġu ppreżentati formalment lill-partijiet interessati, inkluż Każin La Stella Levantina, u dan skont dak li diġà ġie mitkellem u spjegat. Din l-inizjattiva hija parti minn sforz usa’ biex jiġu mħarsa l-ispazji kulturali u titħares it-tradizzjoni għanja tal-każini tal-banda għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Is-Siġġiewi — Proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa l-proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr taz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta’ San Nikola fis-Siġġiewi?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru ikkonċernat.

Kunsill Lokali tal-Fgura — Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Fgura ħareġ żewġ rivisti fis-snin 2021 u 2022 b’nefqa ta’ €1,605.00 u € 3,640.25 rispettivament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rivisti.

Kunsill Lokali taż-Żejtun — Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali taż-Żejtun matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali taż-Żejtun ħareġ rivista waħda fl-2024 b’nefqa ta’ €4,037.25. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rivista.

Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija — Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li fis-snin imsemmija ma ppubblika l-ebda rivista minħabba li juża mezzi oħra biex ixerred l-informazzjoni.

Il-Birgu — Fortizza ta’ Sant’Anġlu - Containers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-numru ta’ containers li hemm quddiem il-Fortizza ta’ Sant’Anġlu fil-Birgu humiex qegħdin jostakolaw il-vista u l-ispazju?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26264.

Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien — Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Ħal Tarxien ħareġ l-ewwel rivista f’ Lulju 2024 b’nefqa ta’ €318. Fi Frar 2025 tqassmet it-tieni pubblikazzjoni iżda l-Kunsill għadu ma rċeviex il-kont tan-nefqa. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja diġitali tar-rivisti.

Kunsill Lokali tal-Gudja — Rivisti ppubblikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Gudja li matul is-snin imsemmija ma ppublika l-ebda rivista minħabba li juża mezzi oħra biex ixerred l-informazzjoni.

Cat Feeders — Skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena, humiex ser jinħarġu xi skemi sabiex cat feeders jingħataw vouchers jew ikel għal qtates stray? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li dawn jinħarġu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Karnival 2025 — Rapport ta’ theddid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjonijiet se jieħu fil-konfront ta’ uffiċjal għoli fl-entità Festivals Malta, wara rapporti ta’ theddid li rċevew diversi persuni li pparteċipaw fil-Karnival tal-2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li Festivals Malta ma rċeviet l-ebda rapport ta’ theddid.