Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 726

Tfal li huma mċaħħda mill-kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull statistika li għandha l-Qorti tal-Familja, il-Ministeru jew kwalunkwe entità pubblika oħra relatata ma’ tfal li huma mċaħħda mill-kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom, mas-sistema tal-aċċess, mas-Supervised Access Unit u mal-esperti tal-Qorti tal-Familja, u jindika jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jwettaq riforma ta’ dawn is-servizzi, inkluż l-introduzzjoni ta’ standards minimi ta’ kwalifika u speċjalizzazzjoni għall-esperti, sistemi ta’ evalwazzjoni u ta’ accountability, limiti ta’ żmien għall-proċeduri u reviżjoni perjodika obbligatorja tad-digrieti li jissospendu l-aċċess bejn ġenitur u wliedu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qorti tal-Familja - Esperti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-esperti kollha li matul l-aħħar għaxar snin servew jew għadhom iservu lill-Qorti tal-Familja u, għal kull wieħed minnhom, jindika l-professjoni, il-kwalifiki akkademiċi u professjonali, il-warrant jew ir-reġistrazzjoni professjonali fejn applikabbli, l-ispeċjalizzazzjoni, is-sena tal-ħatra, kemm-il darba ġie maħtur f’kull waħda mill-aħħar għaxar snin, l-ammont imħallas lilu kull sena, jekk sarux ilmenti jew proċeduri dixxiplinarji kontrih u l-eżitu tagħhom, kif ukoll jekk għadux jagħmel parti mir-reġistru tal-esperti tal-Qrati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji u l-proċedura għall-għażla tagħhom, il-kodiċi ta’ etika, il-linji gwida jew protokolli li jirregolaw il-ħidma tagħhom, il-proċeduri dwar kunflitti ta’ interess, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ taħriġ kontinwu u, jekk teżisti,  is-sistema ta’ rotazzjoni jew allokazzjoni tal-esperti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Supervised Access Unit - Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru, għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid: a) kemm-il każ ġie riferut lis-Supervised Access Unit; b) kemm-il każ ġie konkluż; ċ) kemm-il tifel u tifla kienu involuti; d) kemm kien hemm każijiet fuq waiting list; e) x’kien il-ħin medju ta’ stennija sabiex jibda s-servizz; f) kemm kien hemm social workers, psikologi, supervisors u professjonisti oħra impjegati fis-servizz, skont il-professjoni tagħhom; u g) x’kien ir-ratio ta’ każijiet għal kull professjonist?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qorti tal-Familja - Kawżi dwar kura, kustodja u aċċess

Question

Jista’ l-Ministru, għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid: a) kemm-il kawża dwar kura, kustodja u aċċess ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Familja; b) kemm ġew deċiżi; ċ) kemm għadhom pendenti; d) kemm damu bħala medja sabiex ġew deċiżi; e) kemm-il talba sabiex jerġa’ jingħata l-aċċess ġiet ippreżentata, kemm intlaqgħu, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti; u f) kemm-il assessjar psikoloġiku, psikjatriku jew multidixxiplinari ġie ordnat mill-Qorti u kemm-il darba r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti ġew segwiti jew ma ġewx segwiti mill-Qorti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Qorti tal-Familja - Deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru, għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid: a) kemm-il każ u kemm-il tifel u tifla kienu suġġetti għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Familja li ordnat sospensjoni totali tal-aċċess ta’ wieħed mill-ġenituri, aċċess sorveljat, aċċess monitorjat jew ordni ta’ ebda kuntatt (“no contact”); b) kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ingħataw permezz ta’ digriet proviżorju u kemm permezz ta’ sentenza finali; ċ) kemm minn dawn il-każijiet wasslu sabiex l-aċċess reġa’ ġie stabbilit, kemm għadhom pendenti u kemm spiċċaw f’sospensjoni permanenti jew għal żmien indeterminat; d) kemm kien hemm tfal li baqgħu mingħajr kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom għal aktar minn sena, sentejn, tliet snin, ħames snin u għaxar snin; u e) x’inhu t-tul medju ta’ dawn is-sospensjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Allowance supplimentari - Żieda fl-eliġibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiżdied l-eliġibilità għall-allowance supplimentari u b’kemm ser tiżdied?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rati tal-Allowance Supplimentari żdiedu b’mod konsiderevoli matul l-2017, l-2022, l-2025 u l-2026. Dan ifisser li matul l-2026 ir-rata massima għal persuni waħedhom żdiedet għal €14.40 fil-ġimgħa filwaqt li għal koppji żdiedet għal €27.30 fil-ġimgħa. Tajjeb jingħad illi kull sena l-limiti (thresholds) ta’ eliġibilita’ fir-rigward tal-Allowance Supplimentari jitwessgħu permezz tal-Baġit annwali. Matul l-2025 il-limitu (threshold) għall-koppji twessa’ b’mod sostanzjali, sa €18,000 biex aktar koppji jiġu nklużi fil-paramteri ta’ eliġibilità. Permezz tal-Baġit għas-sena 2026, minbarra iż-żieda fir-rati kif imfisser aktar qabel, reġgħu twessgħu l-limiti (thresholds) ta’ eliġibilita’ b’mod aktar vantaġġjuż, minn €12,493 għal €14,000 fir-rigward ta’persuni waħedhom u minn €18,000 għal €20,000 fir-rigward tal-koppji. Wara dak mħabbar fil-manifest elettorali, din l-allowance ser tkompli tara żidied fil-limiti ta’ dħul. Il-limitu (threshold) kif imwiegħed fil-manifest, fir-rigward ta’ persuni waħedhom, elettorali, ser jitwessa’ minn €14,000 għal €18,000 u fir-rigward tal-koppji l-limitu (threshold) ser jitwessa’ minn €20,000 għal €25,000.

Pensjoni non-kontributorja u assistenzi soċjali - Żieda fl-eliġibilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun qed tiżdied l-eliġibilità għall-pensjoni non-kontributorja, l-assistenza soċjali, l-assistenzi mediċi u l-kartuna r-roża? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun din iż-żieda fil-limitu ta’ assi kapitali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-ewwel darba wara ħafna snin, matul l-2017 ġie mwessa’ l-ammont tat-test tal-kapital fir-rigward tal-Għajnuna Medika bla Ħlas. Għal persuni waħedhom l-ammont twessà minn €9,320 għal €14,000 u għall-koppji l-ammont twessa’ minn €16,310 għal €23,300. Dan kien l-ewwel pass, sabiex sussegwentament fl-2022 it-test tal-kapital għal-persuni waħedhom u koppji li diġà kienu ilhom jirċievu l-Pensjoni tal-Età u l-Għajnuna Medika għal mill-inqas ħames snin u jirtu propjetà jew flejjes, it-test tal-kapital twessà minn €14,000 għal €30,000 u għall-koppji minn €23,300 għal €50,000. Il-Baġit għas-sena 2025 reġa’ wessa’ il-parametri tat-test tal-kapital minn €14,000 għal €16,000 fir-rigward ta’ persuni waħedhom u minn €23,300 għal €26,000 fir-rigward tal-koppji. Żvilupp ieħor huwa illi skont kif ġie mwiegħed fill-manifest, b’mod gradwali l-limiti (thresholds) imsemmija ser jaraw twessiegħ minn €16,000 għal €20,000 fir-rigward ta’ persuni waħidhom u minn €26,000 għal €30,000 fir-rigward tal-koppji.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 704

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2026?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024

Question

Fid-dawl li n-National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024 skadiet fl-2024, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi mnedija l-istrateġija nazzjonali li jmiss?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, kif spjegajt f’April 2026, bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet, bil-għan li tiġi ffinalizzata l-istrateġija nazzjonali li jmiss.

National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024 - Objettivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-objettivi li ntlaħqu jew li ma ntlaħqux fin-National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 35107 fis-Seduta Nru 451 tal-XIV -il leġislatura.

Strateġija Nazzjonali ta’ kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2024

Question

Fid-dawl li l-Istrateġija Nazzjonali ta’ kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali skadiet fl-2024, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi mnedija l-istrateġija nazzjonali li jmiss?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 35106 fis-Seduta Nru 451 tal-XIV -il leġislatura.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Karozzi – Spiża annwali

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tiegħu u jekk dawn huma mixtrija, jista’ jgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W580 fis-Seduta Nru 452 tal-XIV -il leġislatura. "Korrezzjoni: Ara Dokument PL 151 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 7 tas-6 ta' Lulju 2026"