Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32019 u 32173 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid jekk iż-żmien li matulu persuna tkun irċeviet il-‘Carers Allowance’ jew il-‘Carers Grant’ jgħoddx għall-finijiet tal-pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-aħħar snin saru diversi emendi fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sabiex persuni li jkunu qiegħdin jirċievu xi waħda mill-Allowances għal Carers jew il-Carers Grant, ikollhom il-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali akkreditati.
Sas-sena 2022, dawk il-benefiċċjarji tal-Allowances għal Carers li jissodisfaw 156 kontribuzzjoni mħallsa u kellhom medja ta 20 kontribuzzjoni imħallsa jew akkreditati minn meta l-persuna għalqet it-tmintax ‘il sena biss kienu eliġibbli għal kreditu tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
Iżda bis-saħħa tal-emendi tas-sena 2023, tnaqqset il-medja ta’ kontribuzzjoni mħallsa jew akkreditati minn 20 għal 15 u l-benefiċċjarji tal-Allowances għal Carers li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija aktar ‘il fuq bdew jingħataw massimu ta’ erba snin kontribuzzjonijiet akkreditati għal finijiet ta’ pensjoni kontributorja.
Barra minn hekk, permezz ta’ emendi fis-sena 2025, il-kontribuzzjonijiet akkreditati kif imfissra bdew jingħataw ukoll lill-benefiċċjarji tal-Carers Grant.
Dan sabiex dejjem jiġu mtejba l-prospetti ta’ pensjoni kontributorja aħjar lil dawn il-benefiċċjarji.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32018 u 32172 li oriġinarjament saru lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u lill-Ministru għall-Finanzi u jgħid x’inhuma eżattament il-kriterji biex persuna tidħol fl-iskema tal-‘Carers Allowance’ jew tal-‘Carers Grant’? Jekk persuna tkun diġà laħqet jew qabżet l-età tal-pensjoni, tista’ xorta tibqa’ jew tidħol f’din l-iskema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-Allowance għal Carers u l-Allowance Miżjuda għal Carers daħlu għall-ewwel darba permezz ta’ emendi fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) matul is-sena 2017. Bis-saħħa tal-emendi persuna setgħet tibda tapplika sabiex tieħu ħsieb pazjent qarib u l-iskrutinju mediku jiġi somministrat minn Bord Multi-Dixxiplinarju permezz ta’ Barthel Index jew Mini-Mental State Examination. Tajjeb jingħad illi dawn iż-żewġ allowances ma’ humiex dipendenti fuq test tal-mezzi.
Permezz ta’ emendi fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318) matul is-sena 2021, iddaħlet għall-ewwel darba f’pajjiżna l-Carers Grant. Il-ħlas tal-Carers Grant huwa fl-ekwivalenti ta’ nofs il-Paga Minima Nazzjonali netta u ma hijiex dipendenti fuq test tal-mezzi, titħallas lil dawk il-ġenituri li ma jkunux jistgħu jaħdmu minħabba li jkollhom wild b’diżabilità severa u dak il-wild ikun qiegħed jirċievi l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa (jekk ikollu 16 ‘il sena jew aktar) jew jekk il-wild ikollu jew ikollha anqas minn 16 ‘il sena, ikun ingħata punteġġ ta’ 75% jew aktar permezz tal-assessjar fuq il-mudell tal-World Health Organisation International Classification of Functioning, Disability, and Health (ICF for Children and Youths) mill-Bord Inter-Professjonali.
Persuna li tkun laħqet l-età pensjonabbli tkun tista tibqa’ fuq dawn il-benefiċċji u tista’ tapplika għal dawn l-assistenzi wkoll.
L-Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali - Ilmenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali (SCSA) tul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll (f’termini ġenerali) dwar xiex kienu dawn l-ilmenti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nixtieq ninforma lill- Onor. Interpellanta li mill-1 ta’ Jannar 2025 sa-24 ta’ Novembru 2025
L-Awtorità ta' Standards u Ħarsien Soċjali rċeviet total ta’ 52 ilment sottomessi minn utenti tas-servizz, il-qraba tagħhom u provdituri tas-servizzi.
Ġie osservat li n-natura tal-ilmenti li waslu din is-sena kienu varjati, u waqgħu f’diversi kategoriji ewlenin li jinkludu:
1. Tmexxija tas-Servizz
2. Kwalità tal-Kura
3. Saħħa Mentali
4. Ambjent u Struttura
FSWS, CRPD u Aġenzija Sapport – Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Speech Therapists, Physiotherapists u Occupational Therapists jaħdmu mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) u ma’ Aġenzija Sapport?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fejn jirrigwarda l-
Fondazzjoni għas-Servizzi għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (
FSWS
)
it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu hija nil.
It-tagħrif għall-entitajiet l-oħra msemmija fil-mistoqsija, jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Studenti b’diżabiltà li jagħlqu s-16-il sena - Għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31938 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u jgħid b’mod konkret, x’ser ikollhom bħala għajnuna dawk l-istudenti b’diżabilità li jagħlqu s-16-il-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant
li jeżistu diversi tipi ta’ benefiċċji
u allura nitolbu sabiex jispeċifika għall-liema għajnuna għal studenti li jagħlqu 16-il sena qed jirreferi, u ċioe jekk hux għall-għajnuna f’benefiċċji soċjali fi flus jew għajnuna fuq edukazzjoni post-sekondarja.
‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30706 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ minn meta beda l-programm sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u minn liema pajjiż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
‘I Belong Programme’ - Kandidati li bdew u temmew b’suċċess
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30705 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm kien hemm kandidati li bdew u temmew b’suċċess il-programm ta’ ‘I Belong’ għal din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30636 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm hemm persuni fuq il-lista ta’ stennija għal ‘I Belong Programme’ u li ilhom fil-lista ta’ stennija skont dawn iż-żminijiet:
· 0 – 6 xhur;
· 7 – 12-il xahar;
· 13 – 18-il xahar;
· 19 – 24 xahar; u
· 24+ xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija parlamentari tagħha lill-Ministru kkonċernat.