programmi biex nies bla xogħol jitħajru jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11265 u jgħid xi programmi saru s’issa ma' nies bla xogħol biex jitħajru jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol u li għalihom kien hemm finanzjament parzjali jew totali mill-Fond Soċjali Ewropew fl-aħħar sena u nofs? Jista’ jgħid kemm ħarġu flus fuq dawn il-programmi? Kemm ħadu sehem persuni u kumpaniji fihom u kemm ħadu flus?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
ħaddiema li jaħdmu ma' kumpaniji li jimanifatturaw solar water heaters u photo voltaic systems
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu full-time ma' kumpaniji li jimpurtaw/jagħmlu assembly jew jimaniffaturaw
- solar water heaters?
- photo voltaic systems?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx. Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti l-ismijiet tal-fabbriki biex tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' avvelinament fl-ikel f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?
Jista' l-Ministru jgħid skond id-dipartimenti konċernati, kemm kien in-numru ta' ħaddiema globali f'Malta u Għawdex separatament li rrikkorrew għas-sick leave matul l-2009? Kemm minnhom kienu nisa?
Jista' l-Ministru jgħid skond id-dipartimenti konċernati, kemm kien in-numru ta' ħaddiema globali f'Malta u Għawdex separatament li korrew u/jew tilfu ħajjithom matul l-2009? Kemm minnhom kienu nisa?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li kien hemm (8) tmien każijiet ta’ mwiet fuq il-post tax-xogħol u dawn kienu kollha f’Malta u kollha rġiel.
Dwar kemm kien hemm ħaddiema li korrew matul l-istess sena, nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ommijiet li ħadu l-maternity leave matul l-2009 f'Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom kienu ommijiet xebbiet?
persuni li nqabdu jabbużaw minn xi servizz tas-saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jabbużaw minn xi forom ta' servizzi tas-saħħa matul l-2009? Kemm minn dawn il-każijiet intalbu jagħtu kumpens lura?
Jista' l-Ministru jgħid, skond id-dipartimenti konċernati, kemm kien in-numru ta' familji li bbenefikaw mill-benefiċċju taċ-Children's Allowance matul l-2009 f'Malta u Għawdex separatament?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13187 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u 12966 u 12632 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġew riferuti lilu u jispjega x'kienet l-iskema tal-pensjoni li wettqet il-Korporazzjoni Telemalta fl-aħħar tas-snin sebgħin u fil-bidu tas-snin tmenin? Jista' jgħid jekk saritx allowance għal dan id-dritt fil-bejgħ tal-Gvern lil terzi privati? Jista' jiddikjara kif se jagħmel biex jara li l-ħaddiema kollha tal-GO, kemm dawk li ħadu l-iskema tal-voluntary redundancy u kemm dawk li ma ħadux l-iskema jieħdu din il-pensjoni speċjali?
Response (DALLI, JOHN)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li ngħatat fil-misoqsija numru 13187.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13396 u jgħid fuq liema bażi ttieħdet id-deċizjoni li l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tingħata biss lill-persuni b'diżabilità li għandhom karozza awtomatika jew modifikata? Jikkonferma li iżda kien hemm numru ta' każijiet fejn l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq ingħatat lill-persuni b'diżabilità li kellhom karozza manual? Hemm xi ħsieb li l-Gvern jikkonsidra li min għandu diżabilità li tippermettilu li jsuq karozza manual biss ikollu ukoll eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li qatt ma ttieħdet deċiżjoni li l-eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tingħata biss lill-persuni b’diżabilita' li għandhom karozza modifikata jew awtomatika.
Informa ukoll li din l-eżenzjoni tingħata skont dawn il-kriterji ( li huma miniżżlin ukoll fuq il-Pubblikazzjoni tal-KNPD Servizzi u Benefiċċji għal Persuni b’Diżabilità:
• ikun persuna b’diżabilità skont il-Liġi tas-Sigurtà Socjali tal-1987 kif emendata u li jsuq hu stess il-vettura tiegħu;
• ikun persuna b’diżabilità skont il-Liġi tas-Sigurtà Soċjali tal-1987 kif emendata u li jkollu karozza reġistrata f’ismu mad-Dipartiment tal-Liċenzji;
• ikun persuna li jkollu vann bil-ħġieġ li jista’ jġorr persuna fis-siġġu tar-roti jew fil-
buggy
.
Għaldaqstant il-KNPD tikkonferma li kien hemm persuni b’diżabilità li bbenefikaw minn dan il-benefiċċju u kellhom karozza manwali jekk huma kkwalifkaw skont il-kriterji msemmija hawn fuq.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13394 u jgħid għal kemm numru ta' siringi b'xejn huma intitolati fix-xahar in-nies li jbatu mid-dijabete f'pajjiżna? Fuq liema bażi ġie stabbilit dan in-numru? Jikkonferma li s-sitwazzjoni preżenti qed toħloq diffikultajiet għal ċerti nies li jbatu mid-dijabete? Hemm xi pjan biex dan in-numru jiġi rivedut fiż-żmien li ġej?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-nies li jbati d-dijabete f'Malta u Għawdex huma intitolati għal għaxar siringi fix-xahar b'xejn. Id-Dipartiment tas-Saħħa presentament qed jikkunsidra reviżjoni tas-sitwazzjoni ħolistika għal din il-kategorija ta' pazjenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13254, 12872 u 12384 u jikkonferma jekk bħala parti mill-Iskema l-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek, kienx hemm mediċina ritornata lura mingħad l-ispiżjara għaliex kienet skaduta? Kemm kien l-ammont?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-valur ta' mediċina skaduti li ġew ritornati mill-ispiżeriji minn Marzu sa Ottubru 2009 huwa ta' €75,888.60.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13251 u 12772 u jgħid kemm huma l-anzjani li se jitilfu l-għajnuna supplimentari minħabba ż-żieda għall-għoli tal-ħajja mħabbra fl-aħħar budget?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13642 u 13431 u jgħid kemm saru investigazzjonijiet dwar reati kontra l-Kap 210? Kemm tressqu l-Qorti u kemm instabu ħatja?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal-liema Artiklu qiegħda tirreferi meta qed tikkwota għal Kap 210.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistqosijiet parlamentari 13640 u 13433 u jgħid x'ordnijiet ingħataw mill-Gvern dwar speċifikazzjonijiet ta' klassijiet ta' impjieg a tenur ta' l-Artiklu 19 tal-Kap 210 tal-Liġijiet ta' Malta?
Jista' l-Ministru jindika kemm-il elezzjoni nżammet mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali f'postijiet tax-xogħol li m'hemmx preżenza ta' unions kif huwa obbligat jagħmel skond il-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali skond Kapitlu 452?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li skont il-liġi ndustrijali, hemm riferenza għal rappreżentanti tal-ħaddiema fi tliet ċirkostanzi: f’involviment fil-proċess ta’ informazzjoni u konsultazzjoni skont l-Avviz Legali 10 tal-2006, u f’involviment f’każi ta’ sensji kollettivi u ta’ trasferiment ta’ negozju. Jekk ikun hemm union rikonoxxuta mill-prinċipal għal xi kategorija ta’ ħaddiema, awtomatikament tkun din li tirraprezenta lil dawk il-ħaddiema.
Fi proċessi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni, l-Avviż Legali 10 tal-2006 jagħmilha ċara li huwa l-obbligu ta' min iħaddem illi f’każ li jkun hemm xi kategoriji ta’ ħaddiema li ma jkunx hemm
union
rikonoxuta li tirrapreżenthom, jitlob lill-ħaddiema interessati biex jissotomettu ismijiet ta’ persuni li jkunu jixtiequ joħorgu għall-elezzjoni ta’ rappreżentanti tal-ħaddiema. Jekk ikun hemm nomini, huwa il-prinċipal li jrid jagħmel il-preparazzjonijiet neċessarji biex jorganizza elezzjoni għal tali rappreżentanti. Jirriżulta illi f’2009 kiem hemm erba każi fejn saret elezzjoni għal ħatra ta’ rappreżentanti tal-ħaddiema.
F’sitwazzjonijiet ta’ sensji kollettivi u ta’ trasferiment ta’ negozju, il-ħaddiema jiġu mgħarrfa, anka minn uffiċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg, dwar il-ħtieġa li jagħżlu rappreżentanti biex jiġi ffaċilitat il-proċess. F’każi bħal dawn, uffiċjali tad-Dipartment, barra li jagħtu pariri kif rikjesti mill-prinċipal, jagħmlu laqgħat apposta mal-ħaddiema involuti biex jispjegawlhom xi jkun qed jiġri, jisimgħu il-problemi u xi lmenti li jista jkollhom u jagħtuhom pariri fuq id-drittijiet tagħhom biex b’hekk jiffaċilitaw il-proċess ta’ konsultazzjoni bejn il-prinċipal u l-ħaddiema tiegħu. Fl-2009 kien hemm 6 kumpaniji li fihom ġew magħżula rappreżentanti tal-ħaddiema wara intervent tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impieg f’każi ta' sensji Kollettivi.
Jekk ma jkun hemm ħadd mill-ħaddiema li jkun lest joffri ruħu biex iservi ta’ rappreżentant tal-ħaddiema, min iħaddem ikun irid jinforma direttament lill-ħaddiema affettwati. Tul l-2009, dan ġara f'żewġ każi ta’ sensji kollettivi u fi tnejn ohra ta’ trasferiment ta’ negozju, fejn ma ntgħażel ħadd biex jirrapreżenta lil ħaddiema u l-konsultazzjonijiet neċessarji saru mal-ħaddiema b’mod individwali taħt l-iskrutinju tad-Dipartiment. F’żewg każi oħra ta' sensji kollettivi kien diġa jeżisti rappreżentant tal-ħaddiema, avolja ma kienx hemm presenza ta’ unions.
Ministeru għall-Politka Soċjali — informazzjoni dwar bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra tar-Rapprezentanti kif ġej:
a. Liema Bordijiet jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu?
b. In-numru ta’ diretturi fuq dawn il-bordijiet?
ċ. Kemm minnhom huma nisa u kemm huma rġiel?
d. Kemm hemm
chairpersons
nisa fuq il-Bordijiet tal-Ministeru konċernat?
e. Kemm inħatru diretturi u
chairpersons
wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet?
assistant care workers — opportunità ta' promozzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14078 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ applikazzjoni li tagħti opportunità ta' promozzjoni għall-assistant care workers li qegħdin fi Scale 16?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14075 u jara meta se jsir ir-reception desk tal-Paola Health Centre peress li dan ilu jiġi mwiegħed aktar minn ħames snin? Jista' jara ukoll li jingħataw computers għar-receptionist biex jitħaffef il-proċess tal-applikanti?