Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-linja li kienet tifforma parti mis-servizz antik tat-trasport pubbliku u li nbiegħet jew ġiet trasferita minn Transport Malta jew minn entità governattiva oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari:
i. inbiegħet bil-kundizzjoni li tiġi restawrata;
ii. inbiegħet wara dikjarazzjoni mix-xerrej li kellha tiġi restawrata;
iii. kienet intiża biex tintuża bħala attrazzjoni turistika jew ta’ wirt nazzjonali; jew
iv. kienet intiża biex tintuża għal sightseeing jew għal servizzi oħra tal-passiġġieri?
Jista’ wkoll jipprovdi n-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-flotta għal kull waħda minn dawn il-karozzi tal-linja, id-data tal-bejgħ, il-prezz tal-bejgħ, l-użu ddikjarat, l-istat tar-restawr u jekk bħalissa hijiex effettivament tintuża għall-iskop indikat meta nbiegħet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, kemm mill-karozzi tal-linja antiki marbuta mas-servizz antik tat-trasport pubbliku li ġew akkwistati, riċevuti, ikkontrollati, mibjugħin jew trasferiti minn Transport Malta jew minn entità pubblika oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bħalissa huma:
i. irreġistrati f’Malta jew Għawdex;
ii. liċenzjati biex jintużaw fit-toroq pubbliċi;
iii. koperti b’liċenzja għat-trasport tal-passiġġieri jew b’Malta Heritage Bus Licence;
iv. irreġistrati bħala li ntużaw fit-toroq pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar;
v. użati għal sightseeing tours, eskursjonijiet, tiġijiet jew attivitajiet oħra marbuta mat-turiżmu;
vi. ippreservati biss għall-wiri;
vii. qegħdin jiġu restawrati;
viii. maħżuna iżda mhux restawrati;
ix. esportati; jew
x. skrappjati?
Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tar-reġistrazzjoni u l-klassifikazzjoni attwali ta’ kull vettura?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-linja marbuta mas-servizz antik tat-trasport pubbliku ġiet akkwistata, riċevuta, ikkontrollata, mibjugħa jew trasferita minn Transport Malta jew minn entità pubblika oħra mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn il-vetturi u għal kull vettura jipprovdi:
i. in-numru tar-reġistrazzjoni u n-numru preċedenti tal-flotta;
ii. il-marka, il-mudell, ix-chassis u s-sena tal-manifattura;
iii. l-entità li rċeviet il-vettura;
iv. jekk il-vettura nżammitx, inbiegħetx, ingħatatx bħala donazzjoni, ġietx skrappjata jew esportata;
v. id-data u l-metodu tad-disponiment;
vi. il-prezz tal-bejgħ jew korrispettiv ieħor; u
vii. kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-bejgħ jew mat-trasferiment?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull rotta tat-trasport pubbliku bil-baħar:
i. kemm kien hemm vjaġġi skedati u kemm minnhom saru;
ii. kemm inġarru passiġġieri;
iii. kemm ġew ikkanċellati vjaġġi u għal liema raġunijiet;
iv. x’kien il-livell ta’ puntwalità;
v. kemm tħallas sussidju pubbliku; u
vi. liema konnessjonijiet ma’ servizzi skedati tal-karozzi tal-linja kienu disponibbli,
minn Mejju 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Mejju u Settembru 2026, is-servizzi tal-ferry bejn il-Belt Valletta u l-Kottonera, u bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema, kellhom 64 vjaġġ skedat kuljum kull wieħed. Is-servizz bejn Tas-Sliema, Buġibba u Għawdex kellu 26 vjaġġ skedat kuljum, filwaqt li dak bejn il-Belt Valletta u Għawdex kellu 39 vjaġġ.
Matul l-istess perjodu, is-servizz bejn il-Belt Valletta u l-Kottonera ġarr 299,129 passiġġier, dak bejn il-Belt Valletta u Tas-Sliema 489,667 passiġġier, filwaqt li s-servizzi bejn Tas-Sliema, Buġibba u Għawdex, u bejn il-Belt u Għawdex, ġarrew 462,838 u 553,114 passiġġier rispettivament.
Fir-rigward tal-operat, is-servizzi kienu regolari, bis-sospensjonijiet ikunu kważi kollha dovuti għall-kundizzjonijiet tat-temp; bl-unika eċċezzjoni tkun sospensjoni ta’ sagħtejn fuq ir-rotta bejn il-Belt Valletta u l-Kottonera li kienet ir-riżultat ta' ħsara teknika.
Is-sussidju pubbliku kien ta’ €926 għal kull vjaġġ bejn il-Belt Valletta u Għawdex u €726 għal kull vjaġġ bejn Tas-Sliema, Buġibba u Għawdex.
Fir-rigward tal-konnettività mat-trasport pubbliku, it-terminal ta’ Ta’ Liesse huwa moqdi mir-rotot 150 u 300, ikkoordinati mal-Fast Ferry, kif ukoll mir-rotta 133. It-terminal ta’ Buġibba huwa moqdi mill-bus ċirkolari numru 406 u dik ta’ Tas-Sliema bin-numru 410.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn Transport Malta qed tibni tip ta' ħitan bi blokok kbar tal-ġebel (ritratt anness), minflok b'ħitan tas-sejjieħ skont is-sengħa li jikkumplimentaw il-pajsaġġ Malti?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill- Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ passiġġieri li għamlu użu mill-karozzi tal-linja mill-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa (telgħu fuq il-karozza tal-linja minn dawn il-lokalitajiet), bejn l-2020 u l-2025, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jinnota li ż-żieda fin-numru ta’ passiġġieri li għamlu użu mis-servizz tat-trasport pubbliku f’dawn il-lokalitajiet, b’mod partikolari matul l-aħħar tliet snin tal-perjodu indikat, għandha titqies ukoll fid-dawl tal-investiment kontinwu li sar fis-servizz tat-trasport pubbliku.
Fil-fatt, matul dawn is-snin ġew introdotti diversi rotot ġodda u saru emendi sostanzjali f’rotot eżistenti, fosthom
TD3, TD1, X299, 207, 214, X300, 182, TD5, 101, 403, 404 u 405,
bil-għan li tissaħħaħ il-konnettività, titjieb l-aċċessibbiltà u s-servizz ikun aktar adattat għall-ħtiġijiet tal-komunitajiet rispettivi.
Għall-finijiet ta’ dawn il-figuri, għandu jiġi ċċarat li ċ-ċifri tal-Mellieħa jinkludu wkoll iċ-Ċirkewwa u l-Għadira, peress li dawn jagħmlu parti mil-limiti tal-Mellieħa; filwaqt li ċ-ċifri ta’ San Pawl il-Baħar jinkludu wkoll ix-Xemxija, Buġibba, il-Qawra u Burmarrad, peress li dawn jagħmlu parti mil-limiti ta’ San Pawl il-Baħar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti rreġistrati li għandhom liċenzja tas-sewqan valida fil-Mellieħa, San Pawl il Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru totali ta’ vetturi privati u kummerċjali liċenzjati fil-Mellieħa, San Pawl il Baħar, l-Imġarr, il-Mosta, in-Naxxar, San Ġwann, Ħal Balzan, Ħ’Attard u l-Imtarfa bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 940, minħabba l-fatt li l-parkeġġ fil-Bajja ta’ San Tumas, Marsaskala se jkun bla ħlas, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun hemm kumpens għas-sid ta’ din l-art?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Persuni b’diżabilità – Permessi għal parkeġġi riservati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità fis-sena 2025 u jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru
1467
f’Seduta 15.
Persuni b’diżabilità – Permessi għal parkeġġi riservati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għal parkeġġ riservat għal persuni b’diżabilità fis-sena 2026 u jaqsam din l-informazzjoni xahar b’xahar?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li qed ngħaddi l-informazzjoni mitluba dwar permessi maħruġa għal perkeġġi riservati għall persuni b’diżabilita’ xahar b’xahar mill-1 ta’ Jannar sa l-20 t’Ottubru 2026.
PQ 3028 Persuni B'Disabilita' - Permessi Ghal Parkeggi Riservati
Minn Jannar 2026 sa Ottubru 2026
Personalizzati
Komuni
Jannar
51
15
Frar
38
15
Marzu
37
7
April
32
14
Mejju
59
24
Gunju
43
0
Lulju
37
0
Awwissu
45
6
Settembru
15
12
Ottubru
18
0
Total
375
93
Jista’ l-Ministru jgħid meta kull waħda mill-40 karozza tal-linja elettrika mħabbra f’Mejju 2026 se tasal Malta u tidħol fis-servizz tal-passiġġieri? Jista’ jipprovdi l-prezz tax-xiri, is-sors tal-finanzjament, il-kapaċità tal-passiġġieri, ir-rotot ippjanati, l-ispiża tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u t-tnaqqis annwali mistenni fil-konsum tal-fjuwil u fl-emissjonijiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.
Malta in Motion – Studji u pjan ta’ implimentazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-pjan ta’ implimentazzjoni għal kull parti tal-programm ‘Malta in Motion’, inkluż in-network il-ġdid tal-karozzi tal-linja, is-servizzi bil-baħar, l-ivvjaġġar attiv, il-miżuri dwar il-parkeġġ, il-ġestjoni tan-network tat-toroq u s-sistema ta’ rapid transit? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji dwar id-domanda, l-għażliet tar-rotot, l-istimi tal-ispejjeż, l-għażliet ta’ finanzjament, l-istudji ambjentali u d-dati previsti għad-deċiżjonijiet ewlenin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.
Regoli tal-2026 dwar is-servizzi Y-plate – Sewwieqa, vetturi u infurzar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, mid-dħul fis-seħħ tar-regoli tal-2026 dwar is-servizzi Y-plate sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm:
i. hu t-total ta’ sewwieqa liċenzjati maqsuma Maltin u barranin;
ii. hu t-total ta’ vetturi reġistrati bil-Y-plate, maqsuma skont it-tip ta’ vettura u l-kapaċità massima awtorizzata ta’ passiġġieri, eskluż is-sewwieq;
iii. hu n-numru ta’ vetturi għal kull kapaċità ta’ passiġġieri kif indikata fil-liċenzja tal-vettura;
iv. ġew spezzjonati sewwieqa u operaturi;
v. instabu ksur tar-regoli dwar il-ħin massimu tax-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ;
vi. instabu sewwieqa mingħajr liċenzja, mingħajr awtorizzazzjoni jew mhux irreġistrati kif suppost;
vii. ġew sospiżi jew irtirati permessi; u
viii. inħarġu multi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.
Trasport Malta – Permessi għal xogħlijiet jew għeluq ta’ toroq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm permessi għal xogħlijiet jew għeluq ta’ toroq inħarġu minn Transport Malta matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll:
i. kemm kien hemm permessi li qabżu l-perjodu approvat;
ii. kemm ġew identifikati permessi li kienu f’kunflitt jew sovraposti ma’ xogħlijiet oħra;
iii. kemm inħarġu twissijiet, multi jew ordnijiet biex jitwaqqfu x-xogħlijiet; u
iv. meta se tkun kompletament operattiva u aċċessibbli għall-pubbliku, is-sistema integrata u bbażata fuq mappa għall-permessi tat-toroq?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed lista fuq il-Mejda tal-Kamra li turi kemm:
i. karreġġjati segregati għar-roti;
ii. rotot protetti għall-persuni li jimxu;
iii. bankini aċċessibbli;
iv. pedestrian crossings siguri; u
v. faċilitajiet għall-ipparkjar tar-roti
tlestew minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari jew li huma ppjanati sal-aħħar ta’ Diċembru 2028, maqsuma lokalità b’lokalità? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma: it-tul, l-ispiża, is-sors tal-finanzjament u d-data mistennija għat-tlestija ta’ kull proġett, u jidentifika n-nuqqasijiet li qegħdin iżommu lil dawn ir-rotot milli jiffurmaw networks kontinwi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.
Fid-dawl taż-żieda fl-inċidenti tat-traffiku u ta’ persuni li korrew matul it-tieni kwart tal-2026, jista’ l-Ministru:
i. jidentifika l-25 post fit-toroq bl-ogħla numru ta’ inċidenti matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari;
ii. jgħid jekk saritx verifika tas-sigurtà fit-toroq f’kull post;
iii. jiddeskrivi x-xogħlijiet korrettivi li ġew ordnati; u
iv. jipprovdi l-baġit u d-data mistennija għat-tlestija ta’ kull intervent?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tinaġħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jitwaħħlu tabelli b’informazzjoni ċara u aġġornata dwar il-ħinijiet tas-servizz Park and Ride bejn Ta’ Xħajma u t-Terminals tal-Imġarr, kemm fil-Hub Ta’ Xħajma kif ukoll fil-punt tat-tluq fl-Imġarr, sabiex il-pubbliku jkun jista’ jagħmel użu aktar effiċjenti minn dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll x’investiment sar fil-faċilità tal-park and ride Ta’ Xħajma sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż ix-xogħlijiet infrastrutturali li twettqu u l-ispiża totali tagħhom? Jista’ jgħid ukoll kemm sewa dan is-servizz sa mill-bidu tiegħu, billi jipprovdi rendikont sena b’sena tal-ispejjeż operattivi, ta’ manutenzjoni u ta’ kwalunkwe nefqa oħra relatata ma’ dan is-servizz?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Trasport pubbliku - Ta’ Qali – Rotot numri 403 u 405
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 317, fejn intqal li “matul l-aħħar ħmistax-il ġurnata qabel it-tqegħid ta’ din il-mistoqsija, ir-rotta 403 intużat minn total ta’ 801 passiġġier, filwaqt li r-rotta 405 intużat minn total ta’ 450 passiġġier” u fid-dawl li skont l-iskeda tal-Malta Public Transport, isiru 186 vjaġġ fil-ġimgħa fuq iż-żewġ rotot u allura f’dawk il-15-il-ġurnata taħt eżami kien hemm medja ta’ 2.1 passiġġier fuq kull vjaġġ fuq rotta 403 u medja ta’ 1.2 passiġġier fuq kull vjaġġ fuq rotta 405, jista' l-Ministru jikkonsidra li l-karozzi ta’ dawn ir-rotot jibdew jiġbru wkoll in-nies li jkunu qed jistennew fuq il-bus stops u b’hekk isir użu aħjar mir-riżorsi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rotot 403 u 405 ġew imfassla bħala servizzi express, b’numru limitat ta’ waqfiet sabiex il-ħin tal-vjaġġ jinżamm kemm jista’ jkun qasir.
Madanakollu, is-suġġeriment imressaq ser jiġi evalwat aktar ’il quddiem, fid-dawl tal-użu ta’ dawn ir-rotot u tal-ħtiġijiet tal-passiġġieri.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 54 u jgħid jekk hemmx pjan biex persuni jkunu jistgħu jużaw l-app minflok it-Tallinja Card fuq il-karozzi tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 54 f’Seduta 10.