Legislature:
Category:
Reset
Active:

Proprjetà tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, hijiex tal-gvern jew le? Jekk hija proprjetà tal-gvern, hemm xi opportunità li l-art tingħata għall-kiri jew għall-bejgħ?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

kwestjoni dwar bejjiegħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux konxju ta' kemm hawn barranin li qed jiġu f'Malta jbiegħu kull tip ta' affarijiet, minn żraben, skieken u għodda minn ġewwa l-karozzi tagħhom b'kompetizzjoni diretta ma' tal-ħwienet li għandhom ħafna iktar spejjeż biex ibiegħu l-istess affarijiet? Jistgħu jittieħdu passi għaliex fil-waqt li l-Maltin kemm dawk li jbiegħu mill-vannijiet kif ukoll dawk li jbiegħu minn ġewwa l-ħwienet għadhom diversi liċenzji u spejjeż x'jagħmlu dawn il-barranin li qed ibiegħu minn ġewwa l-karozzi tagħhom m'għandhom xejn minn dan peress li din is-sitwazzjoni qed toħloq kompetizzjoni mhux ġusta ma' tal-ħwienet u vannijiet Maltin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi meta persuna diġà jkollha liċenza jew tkun xort’oħra legalment stabbilita biex twettaq xi attività kummerċjali fi Stat Membru ieħor, u dik il-persuna tkun tixtieq tiġġestixxi dik l-attività kummerċjali f ’Malta fuq bażi mhux permanenti u li ssir minn żmien għal żmien, l-awtorità regolatorja m’għandhiex twaqqaf lil dik il-persuna milli tagħmel dan billi timponi xi ħtiġiet li jkunu diskriminatorji, mhux meħtieġa jew sproporzjonati: Iżda l-awtorità regolatorja tista’ timponi dawk il-ħtiġiet dwar il-provdiment ta’ attività ta’ servizz partikolari, meta dawn ikunu ġustifikati għal raġunijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika, is-saħħa pubblika jew il-protezzjoni tal-ambjent: Iżda wkoll meta tkun qegħda tistabbilixxi jekk provditur ikunx qiegħed jeżerċita l-libertà tiegħu li jipprovdi servizzi fi ħdan it-tifsir tal-artikolu 6 tal-Att dwar Servizzi li jingħataw fis-Suq Intern u ta’ l-Artikolu 49 tat-Trattat, jew jekk ikunx każ ta’ stabbiliment, jew jekk provditur ta’ servizzi jkunx qiegħed jieħu vantaġġ mil-libertà li jforni servizzi, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta u tiddeċiedi kull każ fuq il-mertu individwali tiegħu u f’konformità mad-dritt Komunitarju u mad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan iffiser li jekk il- persuni imsemmija huma minn pajiżżi oħra membri tal-Unjoni Ewropeja u għandhom liċenza biex ibiegħu fit-toroq , m’ghandomx bżonn liċenza oħra minn Malta. Pero xorta iridu joservaw ir-regolamenti relevanti. Jekk m’humiex minn pajjiżi oħra membri tal-Unjoni Ewropeja għandhom bżonn ukoll liċenza. Ninforma lil Onor. Interpellant li kul meta saru Rapporti lill-awtorita kompetenti u kien hemm bażi biex jittieħdu passi fil-Qorti, dawn il-passi ittieħdu, bħal per ezempju meta barranin, anke minn pajjizi tal-Unjoni Ewropea, inqabdu jbiegħu bi ksur tal-liġi tal-VAT.

Permessi fuq imwejjed, siġġijiet u umbrelel fuq art tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum cioè sena b'sena kemm daħħlu fi flus l-awtoritajiet kkonċernati minn permessi fuq imwejjed, siġġijiet, umbrelel eċċ. li jitpoġġew fuq art il-Gvern ta' Malta hu s-sid, lokal b'lokal?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf li Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

akkwist ta' proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35720 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se tkun akkwistatat il-proprjetà tal-Iskema HOS 1979 ta' Farsina f'Ħal Qormi biex ikunu jistgħu jsiru l-kuntratti ta' akkwisti li għadhom pendenti?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern huwa konxju li hemm diversi kuntratti ta’ akkwisti ta’ residenzi li ġew mibnija taħt skemi tal-HOS li saru fit-tmiem ta’ sebgħinijiet madwar Malta u Għawdex, fosthom f’ta’ Farsina, Ħal Qormi, li għadhom pendenti. Biex jiġu konklużi dawn il-kuntratti, l-art trid tiġi trasferita lill-Awtorità tad-Djar wara li l-istess art tkun ġiet akkwistata mill-Gvern. Billi l-proċess tal-akkwist tal-art jirrikjedi ħafna riżorsi, il-proċess qed isir fuq numru ta’ snin. Fil-fatt kemm fl-2011 u anke fl-2012 ġew ivvutati tliet miljun ewro (€3,000,000) għal dan il-għan li bihom, sa issa, ġiet mixtrija art fl-oqsma tad-Djar fir-Rabat, Sta Lucia, Raħal Ġdid, Żurrieq, Gudja u Nadur Għawdex. Huwa previst li dan il-proċess jitkompla fis-snin li ġejjin biex b’hekk l-art kollha li ttieħdet għal dan l-iskop, tiġi akkwistata mill-Gvern. Wara li l-akkwist jiġi finalizzat, l-art tkun tista’ tiġi trasferita lill-Awtorità tad-Djar, li min-naħa tagħha tkun tista’ tikkonkludi l-kuntratti mas-sidien tad-diversi residenzi. Dan l-eżerċizzju jinkludi wkoll l-art f’ta’ Farsina, Ħal Qormi li għad trid tiġi akkwistata.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — entitajiet tal-internal audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid: a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda; b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit; ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern; d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u e) kemm għandha impjegati l-entità?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-MCCAA għandha awditur intern li huwa uffiċjal tal-istess awtorità kif titlob il-liġi u għalhekk ma tużax ditti ta’ awdituri esterni. Tajjeb ukoll li nfakkru lill-Onor. Interpellant, illi d-Dipartimenti u l-entitajiet, b’mod partikolari fejn ma hemmx “Internal Audit”, ad hoc jagħmlu użu mill-Internal Audit and Investigations Department.

Dipartiment tal-Artijiet — file ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-file li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament quddiem id-Dipartiment tal-Artijiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-file li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie finaliżżat u l-proprjetà in kwsitjoni ser tgħaddi f’idejn l-Awtorita’ tad-Djar biex isiru t-tiswijiet neċessarji. Madanakollu, dan it-trasferiment iseħħ wara li l-istess awtorità toħroġ Avviż Legali li permezz tiegħu isir it-trasferiment tat-titlu.

Koperattivi Malta — investigazzjoni

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35491, jista' l-Ministru jindika x'inhuma l-punti li wasslu għall-investigazzjoni li tinsab għaddejja bħalissa dwar Koperattivi Malta li l-operat tagħha huwa finanzjat mill-fond ċentrali tal-koperattivi?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni qed issir fuq talba mill-Kumitat tal-Fond Ċentrali tal-Koperattivi wara allegazzjonijiet ta’ skorrettezza fl-amministrazzjoni ta’ Koperattivi Malta.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances lill-Impjegati fuq xogħol f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu allowances l-impjegati tal-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom xi xogħol Għawdex mill-2011 sal-lum?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — tnaqqis baġitarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tnaqqis baġitarju tal-€40 miljun tnaqqsu s'issa mill-Ministeru, dekasteri u entitajiet li jaqgħu taħtu xahar b'xahar sa Mejju 2012?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Il-Budget tal-Gvern jinħadem fuq bażi ta’ sena. Għalhekk nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta tiegħi f’Mistoqsija Parlamentari Nru. 33202.

ticket booths fl-area tal-Viset

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-booths li minnhom ibiegħu tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tad-Dipartimentt tat-Trade?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35667.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema f'kull segretarjat tal-Ministeru tiegħu li mhumiex civil servants? Xi grad għandhom? X'inhu xogħolhom?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

art esproprijata

Question

Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena kemm-il biċċa art ġiet esproprijata matul l-aħħar għaxar snin sabiex tinfetaħ jew titwessa' xi triq ġo żona indikata għall-iżvilupp fejn tali triq tkun skemata mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jagħti l-isem tat-triq u l-lokalità għal kull biċċa art rispettiva? Kemm tħallsu flus mill-gvern sabiex inxtrat kull biċċa minn dawn l-artijiet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista, miġbura mir-records tad-Dipartiment tal-Propjetà tal-Gvern, ta’ art li ġiet esproprijata matul l-aħħar għaxar snin sabiex jinfetħu jew jitwessgħu toroq li huma skemati mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġo żoni dikati għall-izvilupp. Il-lista tinkludi l-lokalità, l-isem tat-triq u l-fondi li tħallsu għal kull biċċa art.

Għarb — Kumpens għall-art li se tittieħed biex titwessa triq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32185 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 31765 u 31594, peress li skont il-Ministru jidher li hemm diffikulta biex tiġi identifikata l-parti meħuda, peress li qed jintbagħtu separatament is-site plans minn fejn jirriżultaw id-dettalji kollha mogħtija fil-mistoqsijiet parlamentari, jista' issa l-Ministru jwieġeb u jgħid meta ser jingħata l-kumpens għat-teħid tal-art biex titwessa' t-triq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32185.

Xiri tal-Isptar St Philips

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W78 datata 23 ta' Lulju 2010 u cioè ladarba l-Gvern qed jinnegozja x-xiri tal-isptar St Philips, għaliex ma saritx sejħa pubblika għall-interess jew sejħa għall-offerti għal dawk interessati li jipprovdu servizz simili, jew anke bejgħ ta' faċilitajiet simili, ta' dak l-isptar St Philips

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern ma rċieva 1-ebda talba sabiex l-isptar St. Philips joħroġ b'sejħa għall-offerti għall-pubbliku jew għal min jipprovdi servizz simili.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li c-chairman tal MCCAA għamel żjara fil Gżejjer Fiji biex jattendi laqgħa Ġenerali tal-ISO COPOLCO. Iċ-chairman ġie mistieden biex jattendi għax is-sena li ġejja din il-laqgħa ferm prestiġjuża sejra ssir Malta. Il vjaġġ kollu ta’ chairman kien fil klassi ekonomika, vjaġġ u allowance flimkien ġew 3190 euros. L-arranġamenti kollha meħtieġa kif kontemplati fil-liġi jitieħdu meta chairman ikun msiefer. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nixtieq nirriferi lil Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30650.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — ħaddiema b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni b'diżabilità li jaħdmu fil-Ministeru, dipartimenti, u dekasteri li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu? Kemm huwa dan bħala persentaġġ tal-ħaddiema in ġenerali?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi fl-MCCAA hemm tliet persuni b’diżabilta li jgħamlu persentaġġ ta 2.5% tal-ħaddiema in ġenerali Id-Dipartiment tal-Kummerċ hemm persuna waħda b’diżabiltà li tammonta għal 1.35% Ġewwa l-MCCAA hemm tlett persuni b’diżabilà li jagħmlu persentaġġ ta’ 2.5% tal-ħaddiema in ġenerali Minn total ta' 165 impjegat, id-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern għandu, 3 persuni b'diżabilità impjegati miegħu li jammonta għal 1.8% tal-ħaddiema.

MCCAA — informazzjoni dwar iċ-chairman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35256 u jinforma lil din il-Kamra jekk hux minnu li ċ-chairman tal-MCCAA se jżur il-Gżejjer ta' Fiji fi żmien qrib? Jekk it-tweġiba hija fl-affermattiv, jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-għan ta' din iż-żjara, kemm se tiswa lit-taxpayer u waqt li ċ-chairman ikun barra l-pajjiż, hemm xi ħadd li uffiċjalment għandu l-poter li jieħu deċiżjonijiet u jiffirma minfloku? Jista' jinforma lil din-Kamra kemm kienet is-somma globali li ċ-chairman tal-MCCAA rċieva bħala allowances tas-safar matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35256.

Koperattivi Malta — investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx investigazzjoni pendenti dwar l-operat ta' Koperattivi Malta u jekk fl-affermattiv, din f'liema stadju waslet?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm investigazzjoni għaddejja dwar l-operat ta’ Koperattivi Malta fejn jirrigwarda fondi mill-Fond Ċentrali tal-Koperattivi. Din l-investigazzjoni qed issir fuq deċizjoni meħuda mill-Kumitat tal-Fond Ċentrali tal-Koperattivi u qed tkun immexxija minn Board of Review magħmul minn persuni ndipendenti appuntati mill-Bord tal-Koperattivi. Għalkemm l-investigazzjoni għaddejja b’ritmu mgħaġġel ma huwiex prudenti li tingħata data fissa għat-tkomplija tar-rapport. Ir-rapport finali ta’ din l-investigazzjoni għandu jgħaddi lill-Bord tal-Koperattivi li minn naħa tiegħu jirraporta lura lill-Fond Ċentrali.

Liċenzja ta' hawker ticket seller

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli fil-Ministeru tiegħu li joħroġ il-liċenzji ta' hawker ticket seller? X'inhi l-proċedura għall-ħruġ ta' tali liċenzja? Hemm xi ħlas u jekk fl-affermattiv, kemm hu? Jista' jgħid jekk hemmx dewmien fil-ħruġ ta' dawn il-liċenzji? Jekk fl-affermattiv, għalfejn hemm dan id-dewmien? Kemm huma l-ħaddiema li qed jistennew il-ħruġ ta' din il-liċenzja?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-liġi sussidjarja 441,07 imħaddma mid-Dipartiment tal-Kummerċ li taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru tiegħi ma tipprovdix għal-liċenzji ta’ hawker ticket seller. Tajjeb li wieħed jinnota pero li xi persuni kienu għamlu applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ attivita’ “sale of tickets.” Dawn l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ġew milqugħa fit-2010. Instab pero’ li dawn mhux qed ibiegħu l-biljetti bħala prodott per se imma bħala indikazzjoni li jinxtara xi tour mill-klijent. Il-klijent imbagħad ikun jista’ juża dan il-biljett biex jibbenifika mit-tour. Peress li d-Dipartiment tal-Kummerċ ma jilliċenzjax il-bejgħ ta’ tours inħass li dawn ir-reġistrazzjonijiet m’għandhomx jiġu mġedda. Dan l-aħħar jiem daħlu ukoll numru ta’ applikazzjonijiet ġodda tal-istess attivita’ abbażi ta’ dak li għadu kemm intqal iktar qabel. Id-Dipartiment tal-Kummerċ mhux qiegħed f’pożizzjoni li joħroġ liċenzja f’dan ir-rigward.