Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Belt Valletta - Għeluq ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija tatx l-approvazzjoni tagħha għal għeluq ta’ toroq fil-Belt, Valletta matul il-weekend ta’ bejn it-18 u d-19 ta’ Lulju 2026 minħabba xi proġett ta’ filming? Jekk iva, jista’ jgħid x’miżuri ttieħdu biex tonqos l-inkonvenjenza għar-residenti tal-Belt, b’mod partikolari f’każ ta’ xi emerġenza?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li fid-dati indikati mill-Onor. Membru, ingħalqu parzjalment għall-ħinijiet qosra. Fil-ħin li ma sarx filming, il-vetturi kellhom aċċess ghħall-imsemmija toroq,kellu wkoll aċċess għal rotot alternattivi, filwaqt li fl-ebda ħin ma ġie kompromess l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza. Fil-każ li kien ikun hemm il-ħtieġa li vettura tal-emerġenza tidħol fiż-żona, il-filming kien jiġi sospiż immedjatament sabiex jingħata l-aċċess meħtieġ u tiġi pprovduta l-assistenza.

Ċentri ta’ Detenzjoni - Uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il uffiċjal fiċ-ċentri ta’ detenzjoni irtira matul l-aħħar 12-il xahar; u mistenni jirtira matul it-12-il xahar li ġejjin?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul l-aħħar 12-il xahar, irtiraw 7 uffiċjali, filwaqt li fir-rigward tat-12-il xahar li ġejjin, 7 uffiċjali huma mistennija jirtiraw.

Ċentri ta’ Detenzjoni - Persuni ingaġġati ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li diġà għandhom impjieg, jiġu ingaġġati maċ-ċentri ta’ detenzjoni, humiex ser iżommu l-impjieg tagħhom jew jekk humiex ser jittrasferixxu għas-servizz taċ-ċentri ta’ detenzjoni?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull persuna li tiġi ingaġġata mal-Aġenzija, jekk tkun diġà uffiċjal pubbliku, iżżomm il-post sostantiv tagħha fis-Servizz Pubbliku u tiġi assenjata mal-Aġenzija permezz ta’ detailing. Persuni li ma jkunux ġejjin mis-Servizz Pubbliku jiġu impjegati direttament mill-Aġenzija permezz ta’ kuntratt ta’ impjieg maħruġ mill-istess Aġenzija.

Ċentri ta’ Detenzjoni - Persuni b’ ingaġġ ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkunu ingaġġati persuni fiċ-ċentri ta’ detenzjoni li diġà huma impjegati f’xogħol ieħor mas-settur pubbliku jew privat?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġaladarba ikun hemm ingaġġ inkun nista’ nwiegeb din il-mistoqsija.

Ċentri ta’ Detenzjoni - Persuni b’ingaġġ ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: meta ser ikun hemm ingaġġ ġdid fiċ-ċentri tad-detenzjoni; taħt liema grad jew pożizzjoni ser ikunu dawn l-impjegati ġodda; u jekk dawn hux se jkunu ingaġġati permezz ta’ sejħa pubblika jew mod ieħor?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull ingaġġ isir skont il-proċeduri stabbiliti mil-liġi u mill-ftehimiet applikabbli. Fir-rigward tal-mistoqsijiet l-oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 247

Ċentri ta’ Detenzjoni - Kapaċità massima

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-kapaċità massima ta’ kull ċentru ta’ detenzjoni u kemm minn dawn il-postijiet huma okkupati bħalissa?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fiċ-ċentri jistgħu jkunu akkomodati 1116 detenut, waqt li fil-preżent hemm 197.

Earthquake Emergency Response Plan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta għandhiex Earthquake Emergency Response Plan speċifiku u aġġornat? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġie approvat, meta ġie rivedut l-aħħar, u liema entitajiet huma responsabbli mill-implimentazzjoni tiegħu?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta għandha Earthquake Emergency Response Plan li kien aġġornat fl-2025 u hu presedut mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Għases tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, liema huma l-lokalitajiet li: i.    għandhom għassa tal-Pulizija li qed tkun miftuħa għall-pubbliku; ii.   għandhom għassa tal-Pulizija, iżda din mhix qed tinfetaħ għall-pubbliku; iii.   m’għandhomx għassa tal-Pulizija; u iv.   fil-każ tal-għases imsemmija f’punt (i), x’inhuma l-ġranet u l-ħinijiet li fihom kull għassa tkun miftuħa għall-pubbliku?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ta’ fejn huma l-lokalitajiet bl-għassa miftuħa qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-lokalitajiet l-oħra l-għassa hija magħluqa.

Visas – Applikazzjonijiet minn ċittadini Libjani – Ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus fi ħlasijiet uffiċjali relatati ma’ applikazzjonijiet għal visas minn ċittadini Libjani mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx irrappurtati ħlasijiet addizzjonali jew mhux awtorizzati mitluba minn intermedjarji u x’azzjoni ttieħdet dwarhom?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru 2719.

Visas – Sistema elettronika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema elettronika tal-visas iżżommx rekord ta’ min daħal f’kull applikazzjoni, min biddel l-informazzjoni u min approvaha? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew identifikati każijiet ta’ aċċess mhux awtorizzat, tibdil mhux ġustifikat jew nuqqas ta’ dokumentazzjoni, u x’azzjoni ttieħdet?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru 2719.

Visas – Sistema tal-ipproċessar – Verifiki/awditjar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru verifiki jew awditjar fuq is-sistema tal-ipproċessar tal-visas mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti, ir-rakkomandazzjonijiet u l-pjanijiet ta’ azzjoni li ħarġu minn dawn il-verifiki, filwaqt li tiġi protetta kull informazzjoni kunfidenzjali?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru 2719.

Visas – Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux investigazzjonijiet interni, amministrattivi, dixxiplinarji, tal-Pulizija jew maġisterjali dwar allegati irregolaritajiet fil-proċess tal-ħruġ tal-visas? Mingħajr preġudizzju għal proċedimenti pendenti, jista’ jgħid ukoll meta nbdew dawn l-investigazzjonijiet, x’kien l-ambitu tagħhom u jekk ġewx konklużi?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru 2719.

Visas – Persuni li ma telqux fiż-żmien stipulat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu ngħataw visa ma telqux minn Malta jew miż-żona Schengen fiż-żmien stipulat, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom sussegwentement applikaw għall-ażil, għal permess ta’ residenza jew għal status ieħor?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali (IPA) ma tiġborx u ma tirreġistrax speċifikament din l-informazzjoni fid-database tagħha. Madankollu, permezz ta’ verifika manwali ġie stabbilit li, mill-2013 sal-lum, 386 persuna li kellhom visa Maltija applikaw għall-protezzjoni internazzjonali f’Malta, filwaqt li 1,197 persuna li kellhom visa Maltija applikaw għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea.

Visas – Revoki/annullamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew revokati jew annullati visas wara li nħarġu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ wkoll jindika r-raġunijiet għar-revoka jew l-annullament u kemm minn dawn il-każijiet ġew riferuti lill-Pulizija jew lil awtorità oħra għall-investigazzjoni?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru 2719.

Burmarrad – Inħawi ta’ Wied Qannotta – Rapporti dwar wire tal-elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn s’issa għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni mill-Pulizija dwar wire tal-elettriku li għaddej jaqsam l-għelieqi b'mod illegali u perikoluż għall-ħajja tan-nies fl-inħawi ta' Wied Qannotta, f’Burmarrad, San Pawl il-Baħar, liema rapport, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, sar fil-25 ta' Ottubru 2023 u fit-13 ta' Lulju 2026?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li l-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa solvut.

Għawdex – Protezzjoni Ċivili

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 459, jista’ l-Ministru jgħid fejn qiegħed jikkunsidra li jiġi rilokat jew stabbilit post ġdid għall-istazzjonar tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex? Jista’ jikkunsidra wkoll jekk il-post attwali fejn jinsabu stazzjonati l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fix-Xewkija huwiex l-aktar wieħed adegwat, tenut kont li l-ħin ta’ rispons biex jaslu lejn il-Port tal-Imġarr jista’ jkun ta’ madwar 20 minuta, u li dan jista’ jwassal għal telf ta’ ħin prezzjuż f’każijiet ta’ tfittxija u salvataġġ fuq il-baħar (Search and Rescue), fejn kull minuta tista’ tkun kruċjali biex tiġi salvata ħajja?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Irrid nirrileva illi, l-istazzjon tas-CPD F’Għawdex illum huwa mgħammar ħafna aħjar milli kien snin ilu u jilħaq il-gzira kollha fil-qasam marittimu. Il-Gvern qed jeżamina għażliet oħra sabiex jiġi identifikat post xieraq. Din hija waħda mill-wegħdiet li ġew imniżżla fil-manifest elettorali u l-Gvern għandu l-intenzjoni li jwettaq dan il-impenn.

Għawdex – Skorti tal-Pulizija fi żmien il-festi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skorta tal-Korp tal-Pulizija ngħatat għal ġarr ta’ nar relatat mal-festi f’Għawdex matul l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallsu l-għaqdiet organizzaturi għall-provvista ta’ dawn l-iskorti matul is-sena 2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallsu l-istess għaqdiet għall-preżenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija sabiex jassistu u jissorveljaw l-ħruq tan-nar matul l-2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fejn jikkonċerna skorti ma logħob tan-nar fi żmien il-festi, ħafna minn dawn is-servizzi ma jsirx ħlas għalihom. Infurmat illi fis-sena 2025 saru 59 skorta waqt li sa issa din is-sena saru 44 skorta fejn fihom ma ntalab l-ebda ħlas. Ħlasijiet isiru biss meta jkun hemm ħtieġa ta’ aktar minn skorta waħda, fejn matul is-sena 2025 u  sal-25 ta’ Settembru 2026 dawn kienu jammontaw għal €3,095. F’dan il perjodu ma sarux ħlasijiet għall-preżenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija sabiex jassistu u jissorveljaw l-ħruq tan-nar. Sena bid data X’Kienet il festa Numru ta’ ufficcjali ordnati skorta man-nar tal-istess festa Ammont imhallas ghal l-iskorta Ghaqdiet li hallsu ghal l-iskorti extra 05/04/2025 Kercem 1 117.14 KERCEM AJAX FC 10/05/2025 Munxar 1 117.14 SEZZJONI ZAGHZAGH MUNXARIN 17/05/2025 Munxar 2 234.28 SEZZJONI ZAGHZAGH MUNXARIN 21/06/2025 Xewkija 2 234.29 SAN GWANN XEWKIJA 22/07/2025 Sannat 2 234.29 G HA QDA TAN NAR SANNAT 19/07/2025 Victoria, San George 1 117.14 SAN GORG GOZO 30/07/2025 Qala 1 117.15 SAN GUZEPP QALA 10/08/2025 Victoria St Maria 1 141.19 SOCJETA FILARMONIKA LEONE 19/10/2025 Munxar 1 189.29 SEZZJONI ZAGHZAGH MUNXARIN 29/11/2025 Zebbug 1 117.15 PARROCCA ST MARIJA ZEBBUG 21/12/2025 Victoria St Maria 1 189.29 SOCJETA FILARMONIKA LEONE 11/06/2026 Xewkija 5 605.4 Franklin Farrugia 23/06/2026 Munxar 3 363.24 Shaun Parnis 17/08/2026 Zebbug 1 121.08 Ghaqda tan-Nar Maria Assunta 30/08/2026 Ghajnsielem 1 197.016 Ghaqda Piroteknika 10 Ta’ Dicembru

Il-Mosta – Rapporti ta’ storbju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju fil-Mosta minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika t-tip ta' storbju?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u 23 ta Settembru 2026, minn tagħrif miġbur mis-sistema tal-Pulizija, dwar ħsejjes eċċessivi taħt il-kategorija dwar ksur ta’ paċi u ordni pubblika, il-Mosta kien hemm sittax (19) -il każ rreġistrat.

Servizzi Korrettivi - Nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nisa fis-Servizzi Korrettivi u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ ta’ nisa li jservu fis-Servizzi Korrettivi huwa ta’ 17.8%. Dawn iservu fil-gradi kollha minn Correctional Inspector Class II l-isfel