Legislature:
Category:
Reset
Active:

TCNs – Permessi ta’ residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34242 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ma kellux il-permess ta' residenza mġedded? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ma applikawx biex iġeddu l-permess u kemm minnhom kellhom il-permess imġedded, mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u jaqsam din l-informazzjoni f'kolonni separati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-lista ta’ permessi ta’ residenza, kemm dawk mġedda kif ukoll dawk li ma ġewx imġedda, huma ndikati fit-tabella t’hawn taħt, maqsuma xahar b’xahar. Sena Xahar TCNs li ma kellhomx il-permess ta' residenza mġedded TCNs li kellhom il-permess ta' residenza mġedded 2024 Jan 1,616 1,408 2024 Feb 1,375 1,463 2024 Mar 1,400 1,933 2024 Apr 2,431 2,803 2024 May 1,720 2,574 2024 Jun 1,051 2,345 2024 Jul 992 2,151 2024 Aug 891 2,231 2024 Sep 928 2,338 2024 Oct 845 2,216 2024 Nov 1,024 2,730 2024 Dec 702 2,088 2025 Jan 1,521 1,736 2025 Feb 1,351 1,797 2025 Mar 1,312 2,092 2025 Apr 2,309 2,888 2025 May 1,345 2,687 2025 Jun 804 2,329 2025 Jul 1,290 2,526 2025 Aug 891 2,629

Tas-Sliema - Rata ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' kriminalità f'Tas-Sliema bejn l-2010 u l-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija għal tas-Sliema mis-sena 2010 sal-aħħar ta’ Diċembru 2025 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. L-informazzjoni turi kif bis-saħħa tal-prevenzjoni u preżenza aktar, ir-rata ta' kriminalità f'din il-lokalità naqset, minkejja żieda l-attività ekonomika, popolazzjoni u turiżmu. Sena Numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali rreġistrati - Sliema 2010 894 2011 814 2012 1176 2013 1062 2014 1158 2015 1289 2016 1440 2017 1383 2018 905 2019 855 2020 653 2021 648 2022 645 2023 673 2024 638 2025 592

Malta - Rata ta’ kriminalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' kriminalità f'pajjiżna bejn l-2010 u l-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ rapporti ta’ reati kriminali għall kull elf persuna rreġistrati fis-sistema tal-Pulizija f’dawn il-gżejjer mis-sena 2004 sal-aħħar ta’ Diċembru 2024 kienu kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Year Crimes per 1000 persons 2004 46 2005 46 2006 40 2007 37 2008 36 2009 29 2010 32 2011 34 2012 37 2013 41 2014 38 2015 39 2016 38 2017 37 2018 33 2019 31 2020 25 2021 30 2022 28 2023 30 2024 29

Qorti - Persuni li tressqu b’arrest

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna tressqet b'arrest quddiem il-Qorti matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom tressqu fuq vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni ser tiġi provduta f'seduta oħra.

Total ta’ ħaddiema reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema reġistrati f'impjieg full-time fl-oqsma tat-turiżmu u divertiment, saħħa, kura tal-anzjani, kostruzzjoni u amministrattivi, li huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), mir-Renju Unit u minn pajjiżi oħra mhux fl-UE?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ persuni li huma minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE), mir-Renju Unit u minn pajjiżi oħra mhux fl-UE li huma reġistrati f'impjieg full-time fl-oqsma tat-turiżmu u divertiment, saħħa, kura tal-anzjani, kostruzzjoni u amministrattivi kien ta’ 36,324 sal-aħħar t’ Awwissu 2025 (l-aħħar ċ-ċifri ppublikati).

TCNs - Terminazzjonijiet ta’ impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34241 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ittermina l-impjieg tiegħu u kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi kellu l-impjieg tiegħu tterminat mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-tabella t’hawn taħt turi  informazzjoni dwar persuni minn pajjiżi terzi (TCNs) li tterminaw l-impjieg tagħhom  u li kellhom l-impjieg tagħhom itterminat mill-1 ta' Jannar 2024 sal-aħħar ta’ Awwissu 2025 (l-aħħar ċifri ppublikati). Din it-tabella hija skont informazzjoni li tirċievi Jobsplus minn għand min iħaddem mill-formoli ta’ tmiem tal-impjieg. Infurmat li Persuna jista’ jkollha iżjed minn terminazzjoni waħda f’sena (2024) u jista’ jkun ukoll kellha terminazzjoni oħra s-sena ta’ wara (fl-2025).  Għalkemm kien hemm dawn it-terminazzjonijiet, persuna jista’ jkun li qed taħdem ma’ xi employer ieħor. Filfatt infurmat li meta wieħed jħares lejn l-ammont ta’ persuni minn pajjiżi terzi li kellhom l-impjieg tagħhom tterminat u ma kienx segwit minn ingaġġ ġdid, dan kien ilaħħaq il-fuq minn 10,000 fl-2024, li matul is-sena l-oħra beda nieżel b’mod persistenti għal madwar 8200 (din ta l-aħħar hija informazzjoni dwar kemm harġu bejn Awwissu 2024 u 2025). Għalhekk dan jindika li qed jiġi osservat titjib sostanzjali fir-Retention tal-ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi terzi li huwa wieħed mil-prinċipji tal-Malta Labour Migration Policy. Sena Xahar Impjieg itterminat (employer terminated) Ittermina l-impjieg (resigned) Total 2024 Jannar 775 2,222 2,997 Frar 791 2,051 2,842 Marzu 846 2,276 3,122 April 977 2,289 3,266 Mejju 870 2,521 3,391 Ġunju 683 2,239 2,922 Lulju 876 2,433 3,309 Awwissu 817 2,321 3,138 Settembru 920 2,089 3,009 Ottubru 913 2,266 3,179 Novembru 871 2,009 2,880 Diċembru 583 1,833 2,416 Sena Xahar Impjieg itterminat (employer terminated) Ittermina l-impjieg (resigned) Total 2025 Jannar 771 1,915 2,686 Frar 613 1,812 2,425 Marzu 648 2,019 2,667 April 679 2,055 2,734 Mejju 751 2,181 2,932 Ġunju 726 2,267 2,993 Lulju 718 2,047 2,765 Awwissu 769 1,937 2,706

Childcarers Maltin - Inċentiv finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk childcarers Maltin u li allura huma fluwenti fil-lingwa Maltija, humiex se jkunu intitolati għall-istess inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ovvju li ċ-childcarers Maltin, u li allura kif qed jgħid hu jitkellmu bil-Malti, se jieħdu dan l-inċentiv finanzjarju li ntroduċejna bħala parti minn ftehim ġdid li kompla jsaħħaħ il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fiċ-ċentri li grazzi għall-għajnuna tal-gvern jipprovdu s-servizz taċ-childcare b’xejn f’pajjiżna. Fil-każ ta’ persuni mhux Maltin l-aġenzija Jobsplus se tħaddem l-istess proċedura li tintuża f’kull każ ta’ allowance relatat ma’ kompetenza.

Childcarers barranin - Inċentiv finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk liċ-childcarers barranin, li effettivament jiksbu l-livell rekwiżit sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv, humiex se jkunu assessjati b’mod kontinwu sabiex ikun assigurat li l-livell jinżamm wara li jkun inkiseb?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba 34184

Childcarers - Inċentiv finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif se jkun amministrat il-livell rikjest miċ-childcarers sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari 34184.

Koppji tal-istess sess- Divorzji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru divorzji minn koppji tal-istess sess fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li kien hemm 12-il divorzju minn koppji tal-istess sess irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta matul l-2025. Infurmat ukoll li ma kien hemm l-ebda divorzju ta’ koppji tal-istess sess irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.

Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa - Laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa din is-sena, attendejt għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Interni li saret f’Ċipru fit-22 ta’ Jannar 2026. Għax-xhur li ġejjin, bħala prassi u sa fejn ikun possibbli, jien ser nattendi l-laqgħat li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li jkunu intenzjonati għall-Ministri responsabbli mit-temi partikolari tal-portafoll ministerjali tiegħi.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.      it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.     data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.    ammont totali tal-infiq?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni qed tinġabar.

TCNs – Permessi ta’ residenza

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ma kellux il-permess ta' residenza mġedded? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ma applikawx biex iġeddu l-permess u kemm minnhom kellhom il-permess imġedded, mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u jaqsam din l-informazzjoni f'kolonni separati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

TCNs - Terminazzjonijiet ta’ impjiegi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi (TCNs) ittermina l-impjieg tiegħu u kemm-il ċittadin ta’ pajjiżi terzi kellu l-impjieg tiegħu tterminat mill-1 ta' Jannar 2024 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-informazzjoni tingħata f'seduta oħra.

Childcarers - Inċentiv finanzjarju - Rekwiżiti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka fid-dettall x’jirrikjedu r-rekwiżiti mistennija miċ-childcarers sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba parlamentari 34180.

Childcarers - Inċentiv finanzjarju - Rekwiżiti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti mistennija miċ-childcarers sabiex ikunu eleġibbli għall-inċentiv finanzjarju ta’ €520 annwali mħabbar mal-iffirmar tal-ftehim kollettiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onov.Interpellant li dak li ffirmajna huwa l-aqwa ftehim għaċ-Childcare b'xejn li jkopri erba' snin u li jisboq il-kwart ta' biljun ewro. Waħda mill-prijoritajiet li poġġejna quddiemna meta bdejna ninnegozjaw dan il-ftehim, mhux biss bħala Ministru responsabbli, iżda wkoll bħala missier ta' tifla li tgawdi miċ-Childcare u li nixtieqha titkellem Malti tajjeb, hu li childcarers li jitkellmu l-Malti mhux biss inżommuhom fis-settur iżda nħajru oħrajn li jagħżlu din il-karriera. Għalhekk, ħloqna allowance addizzjonali ġdid ta’ €520 fis-sena biex nassiguraw li t-tfal tagħna jkunu esposti għal-lingwa Maltija minn eta żgħira. Ninsab infurmat għalhekk, li din l-allowance ser tingħata lil dawk iċ-childcarers u childcare managers li għandhom tal-inqas livell A2 fil-lingwa Maltija. Minħabba li seta kien hemm min qajjem ċertu dubji qed inkun ċar ħafna li din ser jieħduha l-persuni Maltin, għax jitkellmu l-Malti.

Karozzi li ħadu n-nar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi li ħadu n-nar f’dawn l-aħħar ħames snin, esklużi dawk li nħarqu bi ħsara kollaterali jew b’konsegwenza ta’ nirien li kienu biswit, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu electric vehicles u jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni dwar każi fejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assista fuq nirien ta’ vetturi hi skont it-tabella hawn taħt. Rapporti ta’ nirien fil-vetturi li rrikjidew l-assistenza ta' CPD 2021 2022 2023 2024 2025 Sena 2021 - 2025 140 114 96 126 139 Rapporti ta’ nirien fil-vetturi elettriċi li rrikjidew l-assistenza ta' CPD 2021 2022 2023 2024 2025 Sena 2021 - 2025 NIL NIL 3 6 7